+41. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …
|
41. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …
Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u jiddeterminaw liema membri tal - persunal għandhom jiġu inklużi fil - kalkolu tad - differenza bejn il - ġeneri fil -pagi, f’konformità mal - kriterji li ġejjin: - a. Id- differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għandha tiġi kkalkolata għall - membri tal -persunal li jkunu persunal fi tmiem is - sena finanzjarja, jiġifieri l - membri tal - persunal li jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment matul is - sena finanzjarja ma jiġux ikkunsidrati f’dan l - eżerċizzju.
- b. Il- membri tal - persunal li jirċievu inqas mir - rimunerazzjoni annwali totali regolari tagħhom minħabba li kienu fi tmiem is - sena finanzjarja fuq kwalunkwe forma ta’ liv tal - ġenituri, liv tal - mard fit - tul jew liv speċjali fit - tul għandhom jiġu esklużi mill - eżerċizzju; il - liv fit - tul għandu jinftiehem bħala liv ta’ mill - inqas perjodu ta’ żmien konsekuttiv ta’ tliet xhur.
- c. Il- membri tal - persunal li jkunu ġew irreklutati matul l - aħħar tliet xhur tas - sena finanzjarja ma għandhomx jitqiesu f’dan l - eżerċizzju.
- d. Il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali għandhom jiġu ttrattati bħala persunal u persunal identifikat.
- e. Il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja ma għandhomx jiġu inklużi fil - kalkolu, sakemm ma jkunux rappreżentanti tal - impjegati.
- f. Il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja li huma rappreżentanti tal - impjegati għandhom jitqiesu fil - kalkolu bħala persunal u għandhom jitqiesu biss fil - kalkolu għall - persunal identifikat meta jkun persunal identifikat abbażi tal - funzjoni li għandu bħala membru tal -persunal.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|