|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u ddefiniti fir - Regolament (UE) 2019/20334 , fid - Direttiva (UE) 2019/2034 jew fid - Direttiva 2014/59/UE5 għandhom l - istess tifsira f’dawn il - linji gwida. Għall - finijiet tal - linji gwida, japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin: “Superviżur fil - qasam tal - AML/CFT” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mis - superviżjoni tal - konformità tad - ditti tal - investiment mad - dispożizzjonijiet tad - Direttiva (UE) 2015/849. “Riskju ta’ kondotta” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv ta’ telf lil ditta tal - investiment li jirriżulta minn każijiet ta’ mġiba ħażina volontarja jew negliġenti, inkluż il - forniment mhux xieraq ta’ servizzi finanzjarji. “Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u proċess intern tal - valutazzjoni tar - riskju (ICARAP)” tfisser l - arranġamenti, l - istrateġiji u l - proċessi msemmija fl - Artikolu 24 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, li jistgħu jkomplu jinqasmu fi: “Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP)” tfisser arranġamenti, strateġiji u proċessi biex jiġu vvalutati u miżmuma fuq bażi kontinwa l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern li d - ditti ta’ investiment iqisu adegwat biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji li jistgħu joħolqu għal oħrajn u li għalihom id - ditti ta’ investiment infushom huma jew jistgħu jkunu esposti; u “Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP)” tfisser arranġamenti, strateġiji u proċessi biex jiġu vvalutati u miżmuma fuq bażi kontinwa l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni ta’ assi likwidi li d - ditti ta’ investiment iqisu adegwati biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji li jistgħu joħolqu għal oħrajn u li għalihom id - ditti ta’ investiment infushom huma jew jistgħu jkunu esposti. “Riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax” (IRR) tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv għall - qligħ tad - ditta tal - investiment u l - fondi proprji li jirriżultaw minn movimenti negattivi fir - rati tal - imgħax. “Likwidità fl - istess ġurnata” tfisser il - fondi li jistgħu jiġu aċċessati matul il - jum tan - negozju biex id - ditta tal - investiment tkun tista’ tagħmel pagamenti fil - ħin reali. 4 Ir- Regolament (UE) 2019/2033 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -27 ta’ Novembru 2019 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali tad - ditti tal - investiment u li jemenda r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1). 5 Id- Direttiva 2014/59/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall - irkupru u r - | riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d - Direttiva tal - Kunsill 82/891/KE u Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u Regolamenti (UE) Nru 1093/201 0 u (UE) Nru 648/2012, tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190). | d - r - 4 |
“Riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv li d - ditta tal - investiment mhux se jirnexxielha timmaniġġa l - ħtiġijiet ta’ likwidità fl - istess ġurnata tagħha b’mod effettiv. “Riskju tat - teknoloġiji tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni (ICT)” tfisser riskju ta’ telf | minħabba l - ksur tal - kunfidenzjalità, in - nuqqas ta’ integrità ta’ sistemi u data , | l- |
inadegwatezza jew in - nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sistemi u data , jew in - nuqqas ta’ kapaċità għall - bdil tal - IT fi żmien u bi spejjeż raġonevoli meta r - rekwiżiti tal - ambjent jew tan - negozju jinbidlu (jiġifieri l - aġilità). “Rekwiżit makroprudenzjali” jew “miżura” tfisser rekwiżit jew miżura imposti minn awtorità kompetenti jew nominata biex jindirizzaw riskju makroprudenzjali jew sistemiku. “Superviżur tas - suq” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mis - superviżjoni tal - konformità tad - ditti tal - investiment mad - dispożizzjonijiet tad - Direttiva 2014/65/UE6 . “Riskju ta’ ħasil tal - flus u finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF)” tfisser ir - riskju kif iddefinit fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il- fatturi tar - riskju ta’ ML/TF7 . “Valutazzjoni SREP ġenerali” tfisser il - valutazzjoni aġġornata tal - vijabbiltà ġenerali ta’ ditta ta l- investiment bbażata fuq valutazzjoni tal - elementi SREP. “Punteġġ SREP ġenerali” tfisser l - indikatur numeriku tar - riskju ġenerali għall - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment bbażat fuq il - valutazzjoni SREP ġenerali. “Gwida tal - pilastru 2 (P2G)” tfisser il - livell u l - kwalità tal - fondi proprji li d - ditta tal - investiment hija mistennija li jkollha ’l fuq mir - rekwiżiti tal - fondi proprji tagħha, iddeterminati f’konformità mal - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. “Rekwiżit tal - pilastru 2 (P2R)” jew “rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji” tfisser ir - rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji imposti f’konformità mal - Artikolu 40 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. “Riskju reputazzjonali” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv għall - qligħ, il - fondi proprji jew il-l ikwidità tad - ditta tal - investiment li jirriżultaw minn dannu lir - reputazzjoni tad - ditta tal - investiment. “Aptit għar - riskju” tfisser il - livell aggregat u t - tipi ta’ riskji li d - ditta tal - investiment lesta li tieħu fi ħdan il - kapaċità tagħha tar - riskju, b’mod konformi mal - mudell tan - negozju tagħha, sabiex tilħaq l - objettivi strateġiċi tagħha. 6 Id- Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is - swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). 7 Linji Gwida tal - EBA skont l - Artikoli 17 u 18(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849 dwar id - diliġenza dovuta tal - klijenti u l - fatturi li l- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jikkunsidraw meta jivvalutaw ir - riskju tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu assoċjat ma’ relazzjonijiet ta’ negozju individwali u tranżazzjonijiet okkażjonali (“Il -Linji Gwida dwar il-Fatturi tar - riskju ta’ ML/TF”) (EBA/GL/2021/02) “Punteġġ tar - riskju” tfisser l - espressjoni numerika li tiġbor fil - qosor il - valutazzjoni superviżorja ta’ riskju individwali għall - kapital, il - likwidità u l - finanzjament billi tirrappreżenta l - probabbiltà li riskju se jkollu impatt prudenzjali sinifikanti fuq id - ditta tal - investiment wara li tqis il - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju u qabel il - kunsiderazzjoni tal - kapaċità tad - ditta tal - investiment biex timmitiga ir - riskju permezz ta’ riżorsi tal - kapital jew tal - likwidità disponibbli. “Riskji għall - kapital” tfisser riskji differenti li, jekk jimmaterjalizzaw, se jkollhom impatt prudenzjali sinifikanti fuq il - fondi proprji tad - ditta tal - investiment matul it -12- il xahar li jm iss. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskji koperti mill - Artikoli 29 u 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. “Riskji għal - likwidità u l - finanzjament” tfisser riskji differenti li, jekk jimmaterjalizzaw, se jkollhom impatt prudenzjali sinifikanti fuq il- likwidità tad - ditta tal - investiment fuq perjodi ta’ żmien differenti. “Element SREP” tfisser waħda minn dawn li ġejjin: analiżi tal - mudell tan - negozju, valutazzjoni tal - governanza interna u kontrolli tar - riskju fid - ditti kollha, valutazzjoni tar - riskji għall - kapital, valutazzjoni tal - kapital SREP, valutazzjoni tar - riskji għal - likwidità u l - finanzjament, jew valutazzjoni tal - likwidità SREP. “Punti ta’ riferiment superviżorji” tfisser għodod kwantitattivi speċifiċi għar - riskju żviluppati mill- awtorità kompetenti sabiex tipprovdi stima tal - fondi proprji meħtieġa biex ikopru riskji jew elementi ta’ riskji mhux koperti mir - Regolament (UE) 2019/2033. “Punteġġ tal - vijabbiltà” tfisser l - espressjoni numerika li tiġbor fil - qosor il - valutazzjoni superviżorja ta’ element tal - SREP u tirrappreżenta indikazzjoni tar - riskju għall - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment li joħroġ mill - element tal - SREP ivvalutat.
|