+5.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+97. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta’ governanza interna ta’ …
---+98. Għall -SREP, il- valutazzjoni tal - governanza interna u tal - kontrolli tad - ditta tal - …
---+99. Il- valutazzjoni tal - governanza interna għandha tinf orma l- valutazzjoni speċifika tal - …
---+100. F’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna , il- valutazzjoni tal - …
---+101. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni konsistenti tal - investituri fis - servizzi finanzjarji …
---+102. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - prinċipju tal - proporzjonalità bil - għan li …
---+103. Għall - finijiet tal - paragrafu ta’ hawn fuq u filwaqt li titqies il - varjetà ta’ mudelli …
---+104. Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità …
---+105. Għall - applikazzjoni xierqa tal - SREP fil - każ ta’ ditti tal -i nvestiment ikklassifikati …
---+106. Għad - ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet għall - kwalifika ta’ ditti …

5.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

5.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
97. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta’ governanza interna ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta’ governanza interna ta’ ditta tal - investiment humiex adegwati u proporzjonati mal - profil tar - riskju, il - mudell tan - negozju, in - natura, id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment. Dawn għandhom jidentifikaw il - punt sa fejn id - ditta tal - investiment tikkonforma mar - rekwiżiti nazzjonali u tal -UE applikabbli fir - rigward ta’ arranġamenti soda ta’ governanza interna u jidentifikaw kwalunkwe nuqqas. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw, b’mod partikolari, jekk l - arranġamenti ta’ governanza interna jiżgurawx il - ġestjoni soda tar - riskji u jinkludux kontrolli interni u sorveljanza xierqa. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx riskji materjali imposti minn arranġamenti dgħajfa ta’ governanza interna u l - effett potenzjali tagħhom fuq is - sostenibbiltà tal - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment.

98. Għall -SREP, il- valutazzjoni tal - governanza interna u tal - kontrolli tad - ditta tal - …

Għall -SREP, il- valutazzjoni tal - governanza interna u tal - kontrolli tad - ditta tal - investiment għandha tinkludi, wara li titqies l - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità, valutazzjoni tal - oqsma li ġejjin:

  • a. il- qafas ta’ governanza interna ġenerali, li għandu jinkludi struttura organizzazzjonali ċara u kultura tar - riskju korporattiva xierqa;
  • b. il- kompożizzjoni, l - organizzazzjoni u l - funzjonament tal - korp maniġerjali u, meta stabbiliti, tal - kumitati tiegħu;
  • c. il- politiki u l - prattiki ta’ remunerazzjoni;
  • d. il- qafas ta’ kontroll intern, li għandu jinkludi konformità indipendenti, u, meta applikabbli, il - ġestjoni tar - riskju intern u funzjonijiet tal - awditu intern;
  • e. il- qafas tal - ġestjoni tar - riskju, inkluż l - ICARAP;
  • f. Teknoloġija tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni; u
  • g. ippjanar għall - kontinwità tal - operat.
99. Il- valutazzjoni tal - governanza interna għandha tinf orma l- valutazzjoni speċifika tal - …

Il- valutazzjoni tal - governanza interna għandha tinf orma l- valutazzjoni speċifika tal - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli kif speċifikat fit - Titoli 6 u 8, kif ukoll il - valutazzjoni tal - kapital tal - SREP fit - Titolu 7 u l - valutazzjoni tal - likwidità tal - SREP fit - Titolu 9. Bl- istess mod, analiżi tar - riskji individwali tal - adegwatezza tal - kapital intern u l - proċess ta’ valutazzjoni tar - riskju intern riveduti taħt it - Titolu 7, u kwalunkwe nuqqas identifikat hemmhekk, għandhom jinfurmaw il - valutazzjoni tal - qafas ġenerali tal - ġestjoni tar - riskju vvalutat taħt dan it - titolu.

30

100. F’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna , il- valutazzjoni tal - …

F’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna13 , il- valutazzjoni tal - qafas ta’ governanza interna għandu jinkludi l - verifika tal - eżistenza ta’ arranġamenti u mekkaniżmi ta’ governanza biex jiġi żgurat li d - ditta tal - investiment tikkonforma mar - rekwiżiti tal -AML/CFT applikabbli u tqis kwalunkwe informazzjoni supplimentari riċevuta mis - superviżuri tal -AML/CFT dwar il- valutazzjoni ta’ dawn l - arranġamenti u l - mekkaniżmi.

101. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni konsistenti tal - investituri fis - servizzi finanzjarji …

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni konsistenti tal - investituri fis - servizzi finanzjarji kollha, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mal - awtoritajiet tas - suq, u jikkunsidraw l - informazzjoni rilevanti riċevuta minn tali awtoritajiet għall - valutazzjoni tal - arranġamenti ta’ governanza u l - kontroll i mad- ditti kollha.

Prinċipju tal - proporzjonalità

102. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - prinċipju tal - proporzjonalità bil - għan li …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - prinċipju tal - proporzjonalità bil - għan li jiżguraw li l - arranġamenti ta’ governanza interna stabbiliti mid - ditti tal - investiment, inkluż fil - kuntest ta’ gruppi ta’ ditti tal - investiment, ikunu konsistenti mal - profil tar - riskju individwali tad - ditta u tal - grupp, proporzjonali mad - daqs u mal - organizzazzjoni interna tagħhom, rilevanti għall - mudell tan - negozju tagħhom, adatt għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħhom u biżżejjed biex jintlaħqu b’mod effettiv l - objettivi tar - rekwiżiti regolatorji rilevanti.

103. Għall - finijiet tal - paragrafu ta’ hawn fuq u filwaqt li titqies il - varjetà ta’ mudelli …

Għall - finijiet tal - paragrafu ta’ hawn fuq u filwaqt li titqies il - varjetà ta’ mudelli ta’ negozju differenti li taħthom joperaw id - ditti tal - investiment u l - gruppi ta’ ditti tal - investiment, għandu jiġi vvalutat jekk id - ditti tal - investiment b’organizzazzjoni aktar kumplessa jew bi skala akbar għandux ikollhom arranġamenti ta’ governanza aktar sofistikati, filwaqt li d - ditti tal - investiment b’organizzazzjoni aktar sempliċi jew b’attivitajiet bi skala iżgħar jew inqas kumplessi jistgħu jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza aktar sempliċi.

104. Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità …

Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità bħal dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati għall - valutazzjoni tal - governanza interna, f’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna:

  • a. id- daqs f’termini tal - karta tal - bilanċ tad - ditta tal - investiment u tas - sussidjarji tagħha fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - konsolidazzjoni prudenzjali;
  • b. l- assi mmaniġġjati;
  • c. jekk id - ditta tal - investiment hijiex awtorizzata żżomm flus jew assi tal - klijent;
  • d. l- assi salvagwardjati u amministrati;
  • e. il- volum tal - ordnijiet tal - klijenti ttrattati;
  • f. il- volum tal - fluss ta n- negozjar ta’ kuljum;
  • g. il- preżenza ġeografika tad - ditta tal - investiment u d - daqs tal - operazzjonijiet tagħha f’kull ġuriżdizzjoni, inkluż fil - ġuriżdizzjonijiet tal - pajjiżi terzi;

13 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar il- Governanza Interna skont id - Direttiva (UE) 2019/2034 (EBA/GL/2021/14). 31

  • h. il- forma ġuridika tad - ditta tal - investiment, inkluż jekk id - ditta tal - investiment hijiex parti minn grupp u, jekk iva, il - valutazzjoni tal - proporzjonalità għall - grupp;
  • i. jekk id - ditta tal - investiment hijiex awtorizzata tuża mudelli interni għall - kejl tar - rekwiżiti kapitali, kif imsemmi fl - Artikolu 22 tar - Regolament (UE) 2019/2033;
  • j. it - tip ta’ attivitajiet awtorizzati, is - servizzi mwettqa mid - ditta tal - investiment kif iddefiniti fit - Taqsimiet A u B tal - Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE u servizzi oħrajn imwettqa mid - ditta tal - investiment;
  • k. il- mudell u l - istrateġija tan - negozju sottostanti; in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet kummerċjali, u l - istruttura organizzazzjonali tad - ditta tal - investiment;
  • l. l- istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - profil tar - riskju reali tad - ditta tal - investiment, filwaqt li jitqies ukoll ir - riżultat tal - valutazzjonijiet tal - likwidità tas - SREP u tal - kapital tas - SREP;
  • m. is - sjieda u l - istruttura ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment;
  • n. it - tip ta’ klijenti;
  • o. il- kumplessità tal - istrumenti jew il - kuntratti finanzjarji;
  • p. il- funzjonijiet u l - kanali ta’ distribuzzjoni esternalizzati;
  • q. Is - sistemi u t - teknoloġiji tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni eżistenti (ICT), inkluż is - sistemi ta’ kontinwità u l - funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il - qasam;
105. Għall - applikazzjoni xierqa tal - SREP fil - każ ta’ ditti tal -i nvestiment ikklassifikati …

Għall - applikazzjoni xierqa tal - SREP fil - każ ta’ ditti tal -i nvestiment ikklassifikati, f’konformità mat - Titolu 2, għall - kategorija 3, ir- rekwiżiti minimi aġġustati huma pprovduti fit - taqsimiet rispettivi ta’ dan it - titolu.

106. Għad - ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet għall - kwalifika ta’ ditti …

Għad - ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet għall - kwalifika ta’ ditti tal - in vestiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033 (ditti tal - Klassi 3), l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - arranġamenti organizzazzjonali tagħhom kif iqisu xieraq, filwaqt li jqisu r - rekwiżiti regolatorji applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/