+104. Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità …

104. Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità …

Il- kriterji li għandhom jitqiesu għall - applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità bħal dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati għall - valutazzjoni tal - governanza interna, f’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna:

  • a. id- daqs f’termini tal - karta tal - bilanċ tad - ditta tal - investiment u tas - sussidjarji tagħha fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - konsolidazzjoni prudenzjali;
  • b. l- assi mmaniġġjati;
  • c. jekk id - ditta tal - investiment hijiex awtorizzata żżomm flus jew assi tal - klijent;
  • d. l- assi salvagwardjati u amministrati;
  • e. il- volum tal - ordnijiet tal - klijenti ttrattati;
  • f. il- volum tal - fluss ta n- negozjar ta’ kuljum;
  • g. il- preżenza ġeografika tad - ditta tal - investiment u d - daqs tal - operazzjonijiet tagħha f’kull ġuriżdizzjoni, inkluż fil - ġuriżdizzjonijiet tal - pajjiżi terzi;

13 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar il- Governanza Interna skont id - Direttiva (UE) 2019/2034 (EBA/GL/2021/14). 31

  • h. il- forma ġuridika tad - ditta tal - investiment, inkluż jekk id - ditta tal - investiment hijiex parti minn grupp u, jekk iva, il - valutazzjoni tal - proporzjonalità għall - grupp;
  • i. jekk id - ditta tal - investiment hijiex awtorizzata tuża mudelli interni għall - kejl tar - rekwiżiti kapitali, kif imsemmi fl - Artikolu 22 tar - Regolament (UE) 2019/2033;
  • j. it - tip ta’ attivitajiet awtorizzati, is - servizzi mwettqa mid - ditta tal - investiment kif iddefiniti fit - Taqsimiet A u B tal - Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE u servizzi oħrajn imwettqa mid - ditta tal - investiment;
  • k. il- mudell u l - istrateġija tan - negozju sottostanti; in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet kummerċjali, u l - istruttura organizzazzjonali tad - ditta tal - investiment;
  • l. l- istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - profil tar - riskju reali tad - ditta tal - investiment, filwaqt li jitqies ukoll ir - riżultat tal - valutazzjonijiet tal - likwidità tas - SREP u tal - kapital tas - SREP;
  • m. is - sjieda u l - istruttura ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment;
  • n. it - tip ta’ klijenti;
  • o. il- kumplessità tal - istrumenti jew il - kuntratti finanzjarji;
  • p. il- funzjonijiet u l - kanali ta’ distribuzzjoni esternalizzati;
  • q. Is - sistemi u t - teknoloġiji tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni eżistenti (ICT), inkluż is - sistemi ta’ kontinwità u l - funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il - qasam;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/