+5.2 Jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw is -separazzjoni bla xkiel
---+66. F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet …
---+67. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali …
---+68. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl …
---+69. Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità …
---+70. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex …
---+71. Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni …
---+72. [Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk …
---+73. [Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u …

5.2 Jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw is -separazzjoni bla xkiel

5.2.1 Aspetti legali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
66. F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet …

F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw, fejn ikun applikabbli, sa liema punt il- liġi ta’ Stat Membru tal -UE tapplika b’mod effettiv għal kuntratt regolat minn liġi ta’ pajjiż terz u l -applikazzjoni effettiva tas- setgħat ta’ riżoluzzjoni19 .


19 Il- kuntratti ta’ pajjiżi terzi li jsostnu t -trasferiment legali ta’ assi, drittijiet u/jew obbligazzjonijiet rilevanti huma diġà mistennija li jipprovdu espliċitament għall - karatteristiċi reżiljenti għar - riżoluzzjoni u li jirrikonoxxu u jinfurmaw lill - kontroparti li l- kuntratt jista’ jkun suġġett għall - eżerċizzju tas - setgħat ta’ riżoluzzjoni biex jissospendu jew jirrestrinġu d - drittijiet jew l- obbligi (“setgħat ta’ sospensjoni”) skont id -Direttiva 2014/59/UE.

67. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali jistgħu jiġu emendati sabiex jevitaw in-notifika u l- approvazzjonijiet li mhumiex diġà eżentati skont id - Direttiva 2014/59/UE.

68. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl -identifikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fl- artikolu ta’ assoċjazzjonijiet jew tal -forma legali involuti permezz tat-trasferiment tal-perimetru tat-trasferiment definit, peress li entità tista’ ma tkunx trasferibbli taħt i l- forma legali attwali tagħha lil akkwirent b’forma legali differenti jew jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet konfliġġenti fl - artikolu ta’ assoċjazzjonijiet. Il - pjan ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jistabbilixxi l- proċess u l - azzjonijiet meħtieġa biex dawn il - kwistjonijiet jiġu indirizzati fil - ħin.

5.2.2 Aspetti finanzjarji

69. Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità …

Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità ta’ tranżazzjonijiet back -to-back kif enfasizzat mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 69 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà tal -EBA, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm fis - seħħ arranġamenti biex jiżguraw din il -kontinwità, skont l-aspettattivi tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni. Pereżempju, il - ftehimiet bankarji korrispondenti jistgħu jiġu abbozzati minn qabel sabiex jiġi żgurat li meta meħtieġ il -perimetru tat- trasferiment ikompli jiġi servut fil - muniti meħtieġa. Il - ftehimiet eżistenti jenħtieġ li jkunu trasferibbli wkoll skont id -Direttiva 2014/59/UE.

70. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jidentifikaw ir -rwol tal- mekkaniżmi ta’ solidarjetà (istituzzjonijiet b’korp ċentrali) jew kwalunkwe SPI eżistenti fl - implimentazzjoni tal- għodda tat - trasferiment u biex jiżguraw separazzjoni u riżolvibbiltà fil - pront.

5.2.3 Aspetti operattivi

71. Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni …

Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni Tranżitorja) jew lil akkwirent iżda mingħajr ma tiġi stralċjata l - istituzzjoni soġġetta għal riżoluzzjoni (meta, pereżempju, tgħaqqad ir -rikapitalizzazzjoni interna u l- għodda tas -separazzjoni tal-assi), is-setgħa regolata mill -Artikolu 64(1), punt (d), tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ ma tkunx biżżejjed biex jinżammu l - aċċessi għas - servizzi kollha. Għalhekk, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jinf urmaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar il - possibbiltà li jinkludu klawżoli ta’ aċċess tripartitiku fil - kuntratt ma’ fornitur tas-servizz.

72. [Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk …

[Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk il - mudell attwali għall - forniment ta’ servizzi ikollux impatt fuq is -separabbiltà tal-perimetru tat-trasferiment u jqisu l -infurzar tal- arranġamenti stabbiliti fil -paragrafu 34 tal-linji gwida dwar ir-riżolvibbiltà tal -EBA.

73. [Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u …

[Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u partikolarment il-paragrafu 50) tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà tal -EBA, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li:

  • - Jivvalutaw kif l- aċċessi meħtieġa tal - FMIs se jiġu trasferiti lill -entità li l- għan tagħha huwa ż - żamma tal -funzjoni kritika/il- kontinwità ta’ negozju ewlenija u/jew kif jista’ jiġi stabbilit l - aċċess indirett. Jekk l - istituzzjoni soġġetta għal riżoluzzjoni ssir entità ta’ stralċ (wara l - applikazzjoni tal- għodda tat -trasferiment skont l-Artikolu 37(6) Direttiva 2014/59/UE) jew fil- każ tal - KMA, l - aċċess għall - FMI jista’ jkun limitat. Għalhekk, jenħtieġ li jingħata aċċess indirett permezz tal- entità kontinwa u jsiru arranġamenti għal dan il - għan, inkluż li l -entità kontinwa żżomm is -servizzi tal- BIC, tal -konnettività u tal-komunikazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
  • - Jivvalutaw il- mekkaniżmi ta’ tranżizzjoni eżistenti, il - proċessi ta’ applikazzjoni sommarji għall - aċċess għall - FMI jew il - possibbiltajiet li tingħata prokura sabiex tinżamm il -kontinwità tal- aċċess għall - FMI għall -perimetru tat-trasferiment.
  • - Fuq talba mill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jivvalutaw l -impatt tat- trasferiment fuq is - servizzi pprovduti mill-istituzzjoni lill- FMIs u/jew lil partijiet oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/