+92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …

92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …

Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej:

  • (a) Li x - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax żviluppati internament minnhom stess ikunu proporzjonali man - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet kif ukoll mal - profil ta’ riskju tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċaqliq u bidliet f’daqqa u gradwali, paralleli u mhux paralleli, fil - kurvi tar - rendiment. Ix - xenarji għandhom ikunu bbażati fuq iċ - ċaqliq storiku u l - imġiba tar - rati tal - imgħax, kif ukoll fuq simulazzjonijiet ta’ rati tal - imgħax futuri;
  • (b) Xenarji tar - rati tal - imgħax li jirriflettu bidliet fir - relazzjonijiet bejn ir - rati ewlenin tas - suq sabiex jindirizzaw ir - riskju ta’ bażi;
  • (c) Ix - xenarji preskritti ta’ xokk tar - rata tal - imgħax kif imsemmi fil - paragrafu 5 tal - Artikolu 98 tad - Direttiva 2013/36/UE;
  • (d) Kwalunkwe xenarju addizzjonali ta’ xokk tar - rati tal - imgħax meħtieġ mis - superviżuri;
  • (e) Li l - validità tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni tiġi enfasizzata kif xieraq; u
  • (f) F’ambjenti tar - rati tal - imgħax baxxi, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll xenarji tar - rati tal - imgħax negattivi u l - possibbiltà ta’ effetti asimetriċi tar - rati tal - imgħax negattivi fuq l - istrumenti tagħhom li jkunu sensittivi għar - rati tal - imgħax.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/