+Assessment of declarations
---+25. Id- dikjarazzjoni ta’ interess ta’ qabel l - impjieg imsemmija fl - Artikolu 4a(7) …
---+26. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l - membri prospettivi tal - persunal u l - …
---+27. Id- dikjarazzjonijiet annwali ta' interess imsemmija fl - Artikolu 4a(7) tad - Direttiva …
---+28. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jitolbu s - sottomissjoni tal - informazzjoni msemmija …
---+29. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - membri tal - persunal u l - membri tal - …
---+30. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu wkoll li l - membri tal - persunal tagħhom u l - …

Assessment of declarations

Assessment of declarations

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
25. Id- dikjarazzjoni ta’ interess ta’ qabel l - impjieg imsemmija fl - Artikolu 4a(7) …

Id- dikjarazzjoni ta’ interess ta’ qabel l - impjieg imsemmija fl - Artikolu 4a(7) tad-Direttiva 2013/36/UE li għandha tiġi sottomessa minn membri prospettivi tal - persunal u membri tal - korp ta’ governanza tal - awtorità kompetenti għandha tal - anqas tinkludi informazzjoni dwar il - parteċipazzjonijiet azzjonarji tal - membri prospettivi stabbiliti fl - Artikolu 4a(7) tad- Direttiva 2013/36/UE, maħruġa minn jew referenzjati lill - istituzzjonijiet taħt superviżjoni mill - awtorità kompetenti, u l - impriżi omm, sussidjarji jew affiljati diretti u indiretti ta’ dawk l- istituzzjonijiet, li l - membru kkonċernat għandu bħalissa. Il - parteċipazzjonijiet azzjonarji speċifikati fl - Artikolu 4a(3), punti (a)(i) u (ii) tad- Direttiva 2013/36/UE m'għandhomx bżonn jiġu ddikjarati.

26. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l - membri prospettivi tal - persunal u l - …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l - membri prospettivi tal - persunal u l - membri tal - korpi ta’ governanza tagħhom jiddivulgaw informazzjoni dwar kunflitti ta’ interess oħrajn, inklużi rwoli reċenti f’istituzzjonijiet li magħhom huma mistennija li jkunu involuti direttament għall - finijiet ta’ superviżjoni jew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi l - impriżi omm, is - sussidjarji jew l- affiljati diretti jew indiretti ta’ dawk l - istituzzjonijiet, jew entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ lobbjar u ta’ promozzjoni diretti lejn l - awtorità kompetenti dwar kwistjonijiet li għalihom huma mistennija li jkunu responsabbli.

27. Id- dikjarazzjonijiet annwali ta' interess imsemmija fl - Artikolu 4a(7) tad - Direttiva …

Id- dikjarazzjonijiet annwali ta' interess imsemmija fl - Artikolu 4a(7) tad - Direttiva 2013/36/UE, li għandhom jiġu sottomessi mill - membri tal - persunal u mill - membri tal - korp ta' governanza tal - awtorità kompetenti, għandhom jinkludu informazzjoni dwar il - parteċipazzjonijiet azzjonarji tal- membri msemmija fil - paragrafu 18.

28. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jitolbu s - sottomissjoni tal - informazzjoni msemmija …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jitolbu s - sottomissjoni tal - informazzjoni msemmija fil - paragrafu 19 bħala parti mid - dikjarazzjonijiet annwali ta' interess.

29. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - membri tal - persunal u l - membri tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - membri tal - persunal u l - membri tal - korp ta' governanza ta' awtorità kompetenti jiddikjaraw kwalunkwe akkwist jew disponiment tal - parteċipazzjonijiet azzjonarji msemmija fil - paragrafu 18 li jistgħu jseħħu bej n id-dikjarazzjonijiet.

30. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu wkoll li l - membri tal - persunal tagħhom u l - …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu wkoll li l - membri tal - persunal tagħhom u l - membri tal- korp ta’ governanza tagħhom jiddikjaraw fil - pront kwalunkwe sitwazzjoni oħra ta’ kunflitt ta’ interess attwali jew perċepit li tista’ tirriżulta bejn id -dikj arazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/