+Artikolu 75 3

Artikolu 75 3

3.   L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tkun limitata għal:

(a)

informazzjoni dwar il-klijent, inkluż kwalunkwe informazzjoni miksuba matul l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-klijent u, fejn ikun rilevanti, tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(b)

informazzjoni dwar l-għan u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjoni okkażjonali bejn il-klijent u l-entità marbuta b’obbligu, kif ukoll, fejn japplika, is-sors tal-ġid u s-sors tal-fondi tal-klijent;

(c)

informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-klijenti;

(d)

informazzjoni dwar fatturi ta’ riskju ogħla u aktar baxxi assoċjati mal-klijent;

(e)

l-analiżi tal-entità marbuta b’obbligu tar-riskji assoċjati mal-klijent skont l-Artikolu 20(2);

(f)

informazzjoni miżmuma mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 77(1);

(g)

informazzjoni dwar suspetti skont l-Artikolu 69.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi skambjata biss sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit