+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1190 tat-13 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa biex jagħmlu l-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid, ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-metodoloġija tal-ittestjar u l-approċċ għal kull fażi tal-istadji tal-ittestjar, tar-riżultati, tal-istadji tal-għeluq u tar-rimedju u t-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni rilevanti oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-TLPT u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet
------+Artikolu 1 (1)
------+Artikolu 1 (2)
------+Artikolu 1 (3)
------+Artikolu 1 (4)
------+Artikolu 1 (5)
------+Artikolu 1 (6)
------+Artikolu 1 (7)
------+Artikolu 1 (8)
------+Artikolu 1 (9)
------+Artikolu 1 (10)
------+Artikolu 1 (11)
------+Artikolu 1 (12)
------+Artikolu 1 (13)
------+Artikolu 1 (14)
------+Artikolu 1 (15)
------+Artikolu 1 (16)
------+Artikolu 1 (17)
------+Artikolu 1 (18)
---+Artikolu 2 Identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa li jagħmlu TLPT
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
---+Artikolu 3 Maniġers tat-Testijiet tat-TCT u tat-TLPT
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
---+Artikolu 4 Arranġamenti organizzazzjonali għall-entitajiet finanzjarji
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju għal TLPT
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Ġestjoni tar-riskju għal TLPTs aggregati jew konġunti
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Għażla tal-fornituri tat-TLPT
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
---+Artikolu 8 Speċifiċitajiet għal TLPTs aggregati jew konġunti
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
---+Artikolu 9 Fażi ta’ tħejjija
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 9 4
------+Artikolu 9 5
------+Artikolu 9 6
------+Artikolu 9 7
------+Artikolu 9 8
------+Artikolu 9 9
------+Artikolu 9 10
------+Artikolu 9 11
------+Artikolu 9 12
---+Artikolu 10 Fażi tal-ittestjar: Intelligence dwar it-theddid
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 10 4
------+Artikolu 10 5
------+Artikolu 10 6
---+Artikolu 11 Fażi tal-ittestjar: Test tat-Tim l-Aħmar
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 11 4
------+Artikolu 11 5
------+Artikolu 11 6
------+Artikolu 11 7
------+Artikolu 11 8
------+Artikolu 11 9
------+Artikolu 11 10
---+Artikolu 12 Fażi tal-għeluq
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 12 4
------+Artikolu 12 5
------+Artikolu 12 6
------+Artikolu 12 7
---+Artikolu 13 Pjan ta’ rimedju
------+Artikolu 13 1
------+Artikolu 13 2
---+Artikolu 14 Attestazzjoni
------+Artikolu 14 1
------+Artikolu 14 2
---+Artikolu 15 Użu ta’ testers interni
------+Artikolu 15 1
------+Artikolu 15 2
------+Artikolu 15 3
------+Artikolu 15 4
---+Artikolu 16 Kooperazzjoni u rikonoxximent reċiproku
------+Artikolu 16 1
------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 16 3
------+Artikolu 16 4
------+Artikolu 16 5
------+Artikolu 16 6
---+Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1190 tat-13 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa biex jagħmlu l-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid, ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-metodoloġija tal-ittestjar u l-approċċ għal kull fażi tal-istadji tal-ittestjar, tar-riżultati, tal-istadji tal-għeluq u tar-rimedju u t-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni rilevanti oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-TLPT u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1190
tat-13 ta’ Frar 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa biex jagħmlu l-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid, ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-metodoloġija tal-ittestjar u l-approċċ għal kull fażi tal-istadji tal-ittestjar, tar-riżultati, tal-istadji tal-għeluq u tar-rimedju u t-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni rilevanti oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-TLPT u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(11), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Dan ir-Regolament ġie abbozzat f’konformità mal-qafas TIBER-UE u jirrifletti l-metodoloġija, il-proċess u l-istruttura tal-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid (TLPT, threat-led penetration testing) kif deskritt f’TIBER-UE. L-entitajiet finanzjarji soġġetti għat-TLPT jistgħu jirreferu għall-qafas TIBER-UE u japplikaw lilu jew waħda mill-implimentazzjonijiet nazzjonali tiegħu, sakemm dak il-qafas jew dik l-implimentazzjoni tkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u f’dan ir-Regolament. Id-deżinjazzjoni ta’ awtorità pubblika unika fis-settur finanzjarju li tkun responsabbli għal kwistjonijiet relatati mat-TLPT fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 26(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti fdati fil-livell tal-Unjoni għas-superviżjoni ta’ ċerti entitajiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament bħal, pereżempju, il-Bank Ċentrali Ewropew għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li għandhom jitqiesu kompetenti għal kwistjonijiet relatati mat-TLPT. Meta xi wħud biss mill-kompiti relatati mat-TLPTs jiġu ddelegati lil awtorità nazzjonali oħra fis-settur finanzjarju skont l-Artikolu 26(10) tar-Regolament (UE) 2022/2554, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-entità finanzjarja msemmija fl-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament tibqa’ l-awtorità għall-kompiti relatati mat-TLPT li ma jkunux ġew iddelegati.
|
|
(2)
|
Meta titqies il-kumplessità tat-TLPT u r-riskji relatati miegħu, jenħtieġ li l-użu tiegħu jkun ristrett għal dawk l-entitajiet finanzjarji li għalihom huwa ġġustifikat. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għall-kwistjonijiet tat-TLPT (l-awtoritajiet tat-TLPT, fil-livell tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali) jeskludu mill-ambitu tat-TLPT dawk l-entitajiet finanzjarji li joperaw f’subsetturi ewlenin tas-servizzi finanzjarji li għalihom it-TLPT mhuwiex iġġustifikat. Dan ifisser li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u tal-flus elettroniċi, id-depożitorji ċentrali tat-titoli, il-kontropartijiet ċentrali, iċ-ċentri ta’ negozjar, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, minkejja li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi, jistgħu jiġu rilaxxati mir-rekwiżit tat-TLPT fid-dawl ta’ valutazzjoni ġenerali tal-profil tar-riskju u tal-maturità tal-ICT tagħhom, l-impatt fuq is-settur finanzjarju, u t-tħassib relatat dwar l-istabbiltà finanzjarja.
|
|
(3)
|
L-awtoritajiet tat-TLPT jenħtieġ li jivvalutaw, fid-dawl ta’ valutazzjoni ġenerali tal-profil tar-riskju u tal-maturità tal-ICT, tal-impatt fuq is-settur finanzjarju, u tat-tħassib relatat dwar l-istabbiltà finanzjarja, jekk kwalunkwe tip ta’ entità finanzjarja għajr l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, il-kontropartijiet ċentrali, id-depożitorji ċentrali tat-titoli, iċ-ċentri ta’ negozjar, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jenħtieġx li tkun soġġetta għat-TLPT. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ jekk tali entitajiet finanzjarji jissodisfawx dawk il-kriterji kwalitattivi jkollha l-għan li tidentifika entitajiet finanzjarji li għalihom it-TLPT ikun xieraq bl-użu ta’ indikaturi transsettorjali u oġġettivi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ jekk entità finanzjarja tissodisfax dawk il-kriterji kwalitattivi tillimita l-entitajiet soġġetti għat-TLPT għal dawk li għalihom l-ittestjar huwa ġġustifikat. Jenħtieġ li jiġi vvalutat ukoll jekk entità finanzjarja tissodisfax dawk il-kriterji kwalitattivi fid-dawl tal-iżviluppi ġodda tas-suq u tal-importanza dejjem akbar ta’ parteċipanti ġodda fis-suq għas-settur finanzjarju fil-futur, inklużi l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
|
|
(4)
|
L-entitajiet finanzjarji jista’ jkollhom l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jew jistgħu jappartjenu għall-istess grupp u jiddependu fuq l-użu ta’ sistemi tal-ICT kondiviżi. F’dak il-każ, huwa importanti li l-awtoritajiet tat-TLPT iqisu l-istruttura u l-karattru sistemiku jew l-importanza għas-settur finanzjarju ta’ dik l-entità finanzjarja fil-livell nazzjonali jew f’dak tal-Unjoni fil-valutazzjoni ta’ jekk entità finanzjarja jenħtieġx li tkun soġġetta għat-TLPT u ta’ jekk it-TLPT jenħtieġx li jsir fil-livell tal-entità jew fil-livell tal-grupp (permezz ta’ TLPT konġunt).
|
|
(5)
|
Biex isir l-istess bħal fil-qafas TIBER-UE, huwa meħtieġ li l-metodoloġija tal-ittestjar tipprevedi l-involviment tal-parteċipanti ewlenin li ġejjin: l-entità finanzjarja, b’tim ta’ kontroll (li jirrifletti t-“tim ta’ kontroll” ta’ TIBER-UE) u tim blu (li jirrifletti t-“tim il-blu” ta’ TIBER-UE), u l-awtorità tat-TLPT, fil-forma ta’ tim ċibernetiku tat-TLPT (li jirrifletti t-“timijiet ċibernetiċi TIBER” ta’ TIBER-UE), fornitur tal-intelligence dwar it-theddid, u testers (fejn it-testers jirriflettu l-“fornitur tat-tim l-aħmar” ta’ TIBER-UE).
|
|
(6)
|
Biex jiġi żgurat li t-TLPT jibbenefika mill-esperjenza żviluppata fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ TIBER-UE u biex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mat-twettiq tat-TLPT, jenħtieġ li jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet tat-timijiet ċibernetiċi tat-TLPT, li għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-awtoritajiet tat-TLPT, jaqblu kemm jista’ jkun ma’ dawk tat-timijiet ċibernetiċi ta’ TIBER-UE. Għalhekk, jenħtieġ li t-timijiet ċibernetiċi tat-TLPT ikollhom maniġers tat-testijiet li jkunu responsabbli għas-sorveljanza tat-TLPTs individwali u għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ testijiet individwali. It-timijiet ċibernetiċi tat-TLPT jenħtieġ li jservu bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni relatata mat-testijiet mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni, għall-ġbir u l-ipproċessar tal-feedback u tat-tagħlimiet meħuda minn testijiet li jkunu saru qabel, u għall-appoġġ tal-entitajiet finanzjarji li jkunu qed jagħmlu l-ittestjar tat-TLPT.
|
|
(7)
|
Biex isir l-istess bħal fil-metodoloġija ta’ qafas TIBER-UE, jenħtieġ li l-maniġers tat-testijiet ikollhom il-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa biex jipprovdu pariri u biex jikkontestaw il-proposti tat-testers. L-esperjenza fil-qafas TIBER-UE wriet li huwa siewi li jkun hemm tim ta’ mill-anqas żewġ maniġers tat-testijiet assenjati ma’ kull test. Biex jiġi rifless li t-TLPT qed jintuża għall-inċentivar tal-esperjenza ta’ tagħlim, għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tat-testijiet, u sakemm ma jkollhomx kwistjonijiet ta’ riżorsi jew ta’ għarfien espert, l-awtoritajiet tat-TLPT huma mħeġġa bil-kbir biex jikkunsidraw li, għad-durata ta’ TLPT, il-maniġers tat-testijiet jenħtieġ ma jwettqux attivitajiet superviżorji fuq l-istess entità finanzjarja li tkun għaddejja minn TLPT.
|
|
(8)
|
Huwa importanti, għall-konsistenza mal-qafas TIBER-UE, li l-awtorità tat-TLPT issegwi mill-qrib l-ittestjar f’kull wieħed mill-istadji tiegħu. Meta titqies in-natura tal-ittestjar u r-riskji assoċjati miegħu, huwa fundamentali li l-awtorità tat-TLPT tkun involuta f’kull fażi speċifika tal-ittestjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità tat-TLPT tiġi kkonsultata u jenħtieġ li tivvalida dawk il-valutazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tal-entitajiet finanzjarji li jistgħu, minn naħa waħda, jinfluwenzaw l-effettività tat-test u, minn naħa oħra, ikollhom impatt fuq ir-riskji assoċjati mat-test. Il-passi fundamentali li fuqhom huwa meħtieġ l-involviment speċifiku tal-awtorità tat-TLPT jinkludu l-validazzjoni ta’ ċerta dokumentazzjoni fundamentali tal-ittestjar, u l-għażla ta’ fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u testers u miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju. L-involviment tal-awtoritajiet tat-TLPT, u b’mod partikolari għall-validazzjonijiet, jenħtieġ li ma jirriżultax f’piż eċċessiv għal dawk l-awtoritajiet u għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal dik id-dokumentazzjoni u dawk id-deċiżjonijiet li jaffettwaw direttament it-twettiq tat-TLPT. Permezz tal-parteċipazzjoni attiva f’kull fażi tal-ittestjar, l-awtoritajiet tat-TLPT jistgħu jivvalutaw b’mod effettiv il-konformità tal-entitajiet finanzjarji mar-rekwiżiti rilevanti, li jenħtieġ li jippermetti lil dawk l-awtoritajiet joħorġu attestazzjonijiet skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(9)
|
Is-segretezza tat-TLPT hija tal-akbar importanza biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-ittestjar ikunu realistiċi. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-ittestjar isir bil-moħbi, u jenħtieġ li jittieħdu prekawzjonijiet biex it-TLPT jinżamm kunfidenzjali, inkluża l-għażla ta’ ismijiet kodiċi li jenħtieġ li jitfasslu biex jipprevjenu l-identifikazzjoni tat-TLPT minn partijiet terzi. Jekk il-membri tal-persunal responsabbli għas-sigurtà tat-tim finanzjarju jkunu konxji ta’ TLPT ippjanat jew li jkun għaddej, x’aktarx li jkunu aktar osservanti u attenti milli waqt il-kundizzjonijiet normali tax-xogħol, b’dan jirriżulta f’eżitu alterat tal-ittestjar. Il-membri tal-persunal tal-entità finanzjarja barra mit-tim ta’ kontroll jenħtieġ li jiġu mgħarrfa biss bi kwalunkwe TLPT ippjanat jew li jkun għaddej meta jkun hemm raġunijiet konvinċenti u soġġett għall-qbil minn qabel tal-maniġers tat-testijiet, inter alia biex tiġi żgurata s-segretezza tat-test f’każ li membru tat-tim il-blu jkun induna bl-ittestjar.
|
|
(10)
|
Kif muri mill-esperjenza miġbura fil-qafas TIBER-UE fir-rigward tat-“tim ta’ kontroll”, l-għażla ta’ kap adegwat tat-tim ta’ kontroll hija indispensabbli għat-twettiq sikur tat-TLPT. Il-kap tat-tim ta’ kontroll jenħtieġ li jkollu l-mandat meħtieġ fi ħdan l-entità finanzjarja biex jiggwida l-aspetti kollha tal-ittestjar, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kunfidenzjalità tiegħu. Għall-istess raġuni, il-membri tat-tim ta’ kontroll jenħtieġ li jkollhom għarfien profond tal-entità finanzjarja, tar-rwol tal-impjieg u tal-pożizzjonament strateġiku tal-kap tat-tim ta’ kontroll, jenħtieġ li jkollhom l-anzjanità meħtieġa fil-kariga tagħhom u jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-bord maniġerjali. Biex jitnaqqas ir-riskju li t-TLPT jiġi kompromess, it-tim ta’ kontroll jenħtieġ li jkun żgħir kemm jista’ jkun.
|
|
(11)
|
Hemm elementi inerenti ta’ riskji assoċjati mat-TLPT peress li l-funzjonijiet kritiċi jiġu ttestjati f’ambjent ta’ produzzjoni attiv, bil-possibbiltà li jiġu kkawżati inċidenti li jwaqqfu s-servizz, kraxxijiet fis-sistema mhux mistennija, ħsarat lil sistemi ta’ produzzjoni attivi kritiċi, jew it-telf, il-modifika, jew id-divulgazzjoni tad-data. Dawk ir-riskji jenfasizzaw il-ħtieġa għal miżuri robusti ta’ ġestjoni tar-riskju. Biex jiġi żgurat li t-TLPT isir b’mod ikkontrollat matul l-ittestjar kollu, huwa importanti ħafna li l-entitajiet finanzjarji jkunu f’kull punt konxji tar-riskji partikolari li jinqalgħu f’TLPT u li dawk ir-riskji jiġu mmitigati. F’dak ir-rigward, mingħajr preġudizzju għall-proċessi interni tal-entità finanzjarja u għar-responsabbiltà u d-delegazzjonijiet diġà pprovduti lill-kap tat-tim ta’ kontroll, l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju tat-TLPT, jew, f’każijiet partikolari l-approvazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju mill-korp maniġerjali stess tal-entità finanzjarja, tista’ tkun xierqa. Biex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi professjonali effettivi u l-aktar kwalifikati u biex jitnaqqsu dawk ir-riskji, huwa essenzjali wkoll li t-testers u l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid (flimkien, il-fornituri tat-TLPT) ikollhom l-ogħla livell ta’ ħiliet, għarfien espert, u esperjenza xierqa fl-intelligence dwar it-theddid u fit-TLPT fl-industrija tas-servizzi finanzjarji.
|
|
(12)
|
It-testijiet tal-penetrazzjoni konvenzjonali spiss jipprovdu valutazzjoni dettaljata u utli tal-vulnerabbiltajiet tekniċi u tal-konfigurazzjoni ta’ sistema jew ambjent wieħed f’iżolament, iżda għall-kuntrarju tat-test tat-tim l-aħmar immexxi mill-intelligence, ma jivvalutawx ix-xenarju sħiħ ta’ attakk immirat kontra entità sħiħa, inkluż l-ambitu sħiħ tan-nies, il-proċessi u t-teknoloġiji tagħha. Għalhekk, matul il-proċess tal-għażla tal-fornituri tat-TLPT, l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jiżguraw li dawk il-fornituri jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jagħmlu testijiet tat-tim l-aħmar immexxija mill-intelligence, u mhux biss testijiet tal-penetrazzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komprensivi għat-testers, kemm interni kif ukoll esterni, u għall-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid, dejjem esterni. Meta l-fornituri tat-TLPT ikunu jappartjenu għall-istess kumpanija, jenħtieġ li l-persunal assenjat għal TLPT jiġi separat b’mod adegwat.
|
|
(13)
|
Jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-entitajiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jikkuntrattaw fornituri tat-TLPT li jissodisfaw il-kriterji komprensivi. L-entitajiet finanzjarji, wara li jagħtu evidenza tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ tali fornituri tal-intelligence dwar it-theddid, jenħtieġ għalhekk li jitħallew jimpjegaw persuni li ma jissodisfawx il-kriterji komprensivi kollha, dment li jimmitigaw kif xieraq kwalunkwe riskju addizzjonali li jirriżulta u li l-awtorità tat-TLPT tivvaluta dawk il-kriterji kollha.
|
|
(14)
|
Meta diversi entitajiet finanzjarji u diversi awtoritajiet tat-TLPT ikunu involuti f’TLPT, jenħtieġ li r-rwoli tal-partijiet kollha fil-proċess tat-TLPT jiġu speċifikati biex isir l-aktar test effiċjenti u sikur. Għall-finijiet tal-ittestjar aggregat, huma meħtieġa rekwiżiti speċifiċi biex jiġi speċifikat ir-rwol tal-entità finanzjarja deżinjata, jiġifieri li jenħtieġ li tkun inkarigata tipprovdi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa lill-awtorità ewlenija tat-TLPT u timmonitorja l-proċess tat-test. L-entità finanzjarja deżinjata jenħtieġ li tkun ukoll inkarigata mill-aspetti komuni tal-valutazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju. Minkejja r-rwol tal-entità finanzjarja deżinjata, jenħtieġ li l-obbligi ta’ kull entità finanzjarja li tipparteċipa fil-proċess tat-TLPT aggregat jibqgħu mhux affettwati matul it-test aggregat. L-istess prinċipju jenħtieġ li japplika għal TLPTs konġunti.
|
|
(15)
|
Kif muri mill-esperjenza tal-implimentazzjoni tal-qafas TIBER-UE, il-laqgħat li jsiru wiċċ imb wiċċ jew virtwalment li jinkludu l-partijiet ikkonċernati kollha (entitajiet finanzjarji, awtoritajiet, testers u fornituri tal-intelligence dwar it-theddid) huma l-aktar mod effiċjenti biex jiġi żgurat it-twettiq xieraq tal-ittestjar. Għalhekk, il-laqgħat wiċċ imb wiċċ u virtwali jenħtieġ li jsiru f’diversi stadji tal-proċess, u b’mod partikolari matul il-fażi ta’ tħejjija fit-tnedija tat-TLPT u biex jiġi ffinalizzat l-ambitu tiegħu, matul il-fażi tal-ittestjar, biex jiġi ffinalizzat ir-rapport tal-intelligence dwar it-theddid u l-pjan tat-test tat-tim l-aħmar u għall-aġġornamenti ta’ kull ġimgħa, u matul il-fażi tal-għeluq biex jiġu ripetuti l-azzjonijiet tat-testers u tat-tim il-blu, biex jintuża t-tim il-vjola u biex jiġi skambjat il-feedback dwar it-TLPT.
|
|
(16)
|
Biex jiġi żgurat it-twettiq bla xkiel tat-TLPT, jenħtieġ li l-awtorità tat-TLPT tippreżenta b’mod ċar lill-entità finanzjarja l-aspettattivi tagħha fir-rigward tal-ittestjar. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-maniġers tat-testijiet jiżguraw li jiġi stabbilit fluss xieraq ta’ informazzjoni mat-tim ta’ kontroll fi ħdan l-entità finanzjarja, u mal-fornituri tat-TLPT.
|
|
(17)
|
L-entità finanzjarja jenħtieġ li tagħżel il-funzjonijiet kritiċi jew importanti li se jkunu fl-ambitu tat-TLPT. Meta tagħżel dawk il-funzjonijiet, l-entità finanzjarja jenħtieġ li tibbaża ruħha fuq diversi kriterji relatati mal-importanza ta’ kull funzjoni għall-entità finanzjarja nnifisha u għas-settur finanzjarju, fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali, mhux biss f’termini ekonomiċi iżda wkoll b’kunsiderazzjoni tal-istatus simboliku jew politiku tal-funzjoni. Biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel għall-fażi tal-ġbir ta’ intelligence dwar it-theddid, it-tim ta’ kontroll jenħtieġ li jipprovdi lit-testers u lill-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid li mhumiex involuti fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-ambitu b’informazzjoni dettaljata dwar l-ambitu maqbul.
|
|
(18)
|
Biex it-testers jiġu pprovduti l-informazzjoni meħtieġa ħalli jiġi ssimulat attakk fil-ħajja reali u realistiku fuq is-sistemi attivi tal-entità finanzjarja li jirfdu l-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħha, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid jenħtieġ li jiġbor intelligence jew informazzjoni li tkopri mill-anqas żewġ oqsma ewlenin ta’ interess: il-miri, billi jiġu identifikati is-superfiċji potenzjali ta’ attakk fl-entità finanzjarja kollha, u t-theddid, billi jiġu identifikati l-atturi ta’ theddid rilevanti u x-xenarji ta’ theddid probabbli. Biex jiġi żgurat li l-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid iqis it-theddid rilevanti għall-entità finanzjarja, it-testers, it-tim ta’ kontroll, u l-maniġers tat-testijiet jenħtieġ li jipprovdu feedback dwar l-abbozz tar-rapport tal-intelligence dwar it-theddid. Jekk ikun disponibbli, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid jista’ juża xenarju ġeneriku ta’ theddid provdut mill-awtorità tat-TLPT għas-settur finanzjarju ta’ Stat Membru bħala linja bażi għax-xenarju nazzjonali ta’ theddid. Abbażi tal-applikazzjoni tal-qafas TIBER-UE, il-proċess ta’ ġbir tal-intelligence dwar it-theddid tipikament idum madwar 4 ġimgħat.
|
|
(19)
|
Biex it-testers ikunu jistgħu jiksbu fehim profond u jirrieżaminaw aktar id-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu u r-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat ħalli jiġi ffinalizzat il-pjan tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, huwa essenzjali li, qabel il-fażi tal-ittestjar tat-tim l-aħmar tat-TLPT, it-testers jirċievu mingħand il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid spjegazzjonijiet dettaljati dwar ir-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat u l-analiżi tax-xenarji ta’ theddid possibbli.
|
|
(20)
|
Biex it-testers ikunu jistgħu jwettqu ttestjar realistiku u komprensiv li fih jiġu eżegwiti l-fażijiet kollha tal-attakk u jintlaħqu l-marki, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed żmien għall-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar. Abbażi tal-esperjenza miksuba bil-qafas TIBER-UE, iż-żmien allokat jenħtieġ li jkun mill-anqas 12-il ġimgħa u jenħtieġ li jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-għadd ta’ partijiet involuti, l-ambitu tat-TLPT, ir-riżorsi tal-entità jew tal-entitajiet finanzjarji involuti, kwalunkwe rekwiżit estern, u d-disponibbiltà tal-informazzjoni ta’ appoġġ provduta mill-entità finanzjarja.
|
|
(21)
|
Matul il-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, it-testers jenħtieġ li jużaw firxa ta’ tattiki, tekniki, u proċeduri (TTPs, tactics, techniques, and procedures) biex jittestjaw b’mod adegwat is-sistemi ta’ produzzjoni waqt l-operat tal-entità finanzjarja. It-TTPs jenħtieġ li jkun fihom, kif xieraq, ir-rikonjizzjoni (jiġifieri l-ġbir ta’ kemm jista’ jkun informazzjoni dwar mira), l-istrumentalizzazzjoni (jiġifieri l-analiżi ta’ informazzjoni dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, u l-impjegati u t-tħejjija għall-operazzjonijiet speċifiċi għall-mira), l-implimentazzjoni (jiġifieri t-tnedija attiva tal-operazzjoni sħiħa fuq il-mira), l-isfruttament (jiġifieri fejn l-għan tat-testers huwa li jikkompromettu s-servers, in-networks tal-entità finanzjarja u li jisfruttaw il-persunal tagħha permezz tas-social engineering), il-kontroll u l-moviment (jiġifieri tentattivi biex nimxu mis-sistemi kompromessi għal dawk vulnerabbli jew ta’ valur għoli), u l-azzjonijiet fuq il-mira (jiġifieri l-kisba ta’ aċċess ulterjuri għal sistemi kompromessi u l-kisba ta’ aċċess għall-informazzjoni u d-data fil-mira miftiehma preċedentement, kif miftiehem qabel fil-pjan tal-ittestjar tat-tim l-aħmar).
|
|
(22)
|
Waqt li jagħmlu TLPT, it-testers jenħtieġ li jaġixxu filwaqt li jqisu ż-żmien disponibbli biex iwettqu l-attakk, ir-riżorsi, u l-limiti etiċi u legali. Jekk it-testers ma jkunux jistgħu javvanzaw għall-istadju programmat li jmiss tal-attakk, jenħtieġ li tiġi pprovduta assistenza okkażjonali mit-tim ta’ kontroll, bi qbil mal-awtorità tat-TLPT, fil-forma ta’ “leg-ups”. Il-leg-ups jistgħu jiġu kkategorizzati b’mod wiesa’ fil-leg-ups tal-informazzjoni u tal-aċċess u jistgħu jikkonsistu mill-għoti ta’ aċċess għas-sistemi tal-ICT jew għan-networks interni biex jitkompla t-test u tingħata attenzjoni lill-passi ta’ attakk li ġejjin.
|
|
(23)
|
Matul l-użu attiv tat-tim l-aħmar fil-fażi tal-ittestjar, jekk ikun meħtieġ biex ikun jista’ jitkompla t-TLPT bħala l-aħħar alternattiva f’ċirkostanzi eċċezzjonali u hekk kif l-għażliet alternattivi kollha jkunu ġew eżawriti, jenħtieġ li tintuża attività kollaborattiva tal-ittestjar li tinvolvi kemm lit-testers kif ukoll lit-tim il-blu. Fil-kuntest ta’ eżerċizzju limitat bħal dan bl-użu tat-tim il-vjola, jistgħu jintużaw il-metodi li ġejjin: “qbid u rilaxx”, fejn it-testers jippruvaw ikomplu x-xenarji, jinqabdu u mbagħad ikomplu l-ittestjar, “logħob tal-gwerra”, li jippermetti xenarji aktar kumplessi biex jiġi ttestjat it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi, jew “prova kollaborattiva tal-kunċett”, li tippermetti lit-testers u lill-membri tat-tim il-blu jivvalidaw b’mod konġunt miżuri ta’ sigurtà, għodod, jew tekniki speċifiċi f’ambjent ikkontrollat u kooperattiv.
|
|
(24)
|
It-TLPT jenħtieġ li jintuża bħala esperjenza ta’ tagħlim biex tissaħħaħ ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji. F’dak ir-rigward, it-tim il-blu u t-testers jenħtieġ li jerġgħu jagħmlu l-attakk u jirrieżaminaw il-passi meħuda biex jitgħallmu mill-esperjenza tal-ittestjar f’kollaborazzjoni mat-testers. Għal dak l-għan u biex tkun tista’ ssir tħejjija adegwata, ir-rapport tat-test tat-tim l-aħmar u r-rapport tat-test tat-tim il-blu jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-partijiet kollha involuti fl-attivitajiet ta’ ripetizzjoni, qabel ma ssir kwalunkwe attività ta’ ripetizzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir eżerċizzju bl-użu tat-tim il-vjola fil-fażi tal-għeluq biex tiġi mmassimizzata l-esperjenza ta’ tagħlim. Il-metodi li jistgħu jintużaw għall-użu tat-tim il-vjola fil-fażi tal-għeluq jenħtieġ li jinkludu diskussjonijiet dwar xenarji alternattivi ta’ attakk, esplorazzjoni fuq sistemi attivi ta’ xenarji alternattivi jew l-esplorazzjoni mill-ġdid ta’ xenarji ppjanati fuq sistemi attivi li t-testers ma setgħux jikkompletaw jew jeżegwixxu matul il-fażi tal-ittestjar.
|
|
(25)
|
Biex tiġi ffaċilitata aktar l-esperjenza ta’ tagħlim tal-partijiet kollha involuti fit-TLPT, għall-benefiċċju ta’ testijiet futuri, u biex tiġi promossa r-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji, il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jipprovdu feedback lil xulxin dwar il-proċess ġenerali, u b’mod partikolari jidentifikaw liema attivitajiet għamlu progress tajjeb jew setgħu jittejbu, u liema aspetti tal-proċess tat-TLPT ħadmu tajjeb jew setgħu jittejbu.
|
|
(26)
|
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u l-awtoritajiet tat-TLPT, fejn differenti, jenħtieġ li jikkooperaw biex jinkorporaw l-ittestjar avvanzat permezz tat-TLPT fil-proċessi superviżorji eżistenti. F’dak ir-rigward u biex jiġi kondiviż il-fehim korrett tas-sejbiet tat-TLPT u ta’ kif dawn jenħtieġ li jiġu interpretati, huwa xieraq li, b’mod partikolari għar-rapport ta’ sinteżi tat-test u għall-pjanijiet ta’ rimedju, tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-maniġers tat-testijiet li kienu involuti fit-TLPT u s-superviżuri responsabbli.
|
|
(27)
|
L-Artikolu 26(8), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2554 jirrikjedi li l-entitajiet finanzjarji jikkuntrattaw testers esterni kull tliet testijiet. Meta l-entitajiet finanzjarji jinkludu fit-tim ta’ testers kemm testers interni kif ukoll esterni, dan jenħtieġ li jitqies bħala TLPT li sar b’testers interni għall-finijiet ta’ dak l-Artikolu.
|
|
(28)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej), bi qbil mal-Bank Ċentrali Ewropew.
|
|
(29)
|
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
|
|
(30)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta opinjoni fl-20 ta’ Awwissu 2024,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Definizzjonijiet
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 2 Identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa li jagħmlu TLPT
|
-
|
|
Artikolu 3 Maniġers tat-Testijiet tat-TCT u tat-TLPT
|
-
|
|
Artikolu 4 Arranġamenti organizzazzjonali għall-entitajiet finanzjarji
|
-
|
|
Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju għal TLPT
|
-
|
|
Artikolu 6 Ġestjoni tar-riskju għal TLPTs aggregati jew konġunti
|
-
|
|
Artikolu 7 Għażla tal-fornituri tat-TLPT
|
-
|
|
Artikolu 8 Speċifiċitajiet għal TLPTs aggregati jew konġunti
|
-
|
|
Artikolu 9 Fażi ta’ tħejjija
|
-
|
|
Artikolu 10 Fażi tal-ittestjar: Intelligence dwar it-theddid
|
-
|
|
Artikolu 11 Fażi tal-ittestjar: Test tat-Tim l-Aħmar
|
-
|
|
Artikolu 12 Fażi tal-għeluq
|
-
|
|
Artikolu 13 Pjan ta’ rimedju
|
-
|
|
Artikolu 14 Attestazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 15 Użu ta’ testers interni
|
-
|
|
Artikolu 16 Kooperazzjoni u rikonoxximent reċiproku
|
-
|
|
Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).
(8) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj).
(9) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj).
(11) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|