|
Sett tad-data
|
Deskrizzjoni
|
Fornitur tad-data
|
|
Settijiet tad-data wara servizzi ddedikati
|
Data dwar sustanzi kimiċi koperta minn:
|
|
|
IPCHEM (Artikolu 7) Dan jinkludi d-data dwar is-sustanzi kimiċi kollha fl-IPCHEM imħaddma mill-Kummissjoni qabel it-trasferiment tal-operatlejn l-ECHA.
|
Kummissjoni
|
|
Repożitorju tal-valuri ta’ referenza (Artikolu 8) Dan jinkludi d-data li ġejja:
|
(a)
|
valuri ta’ referenza regolatorji adottati formalment skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I;
|
|
(b)
|
valuri ta’ referenza xjentifiċi disponibbli f’opinjonijiet formali mogħtija skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1; u
|
|
(c)
|
valuri ta’ referenza xjentifiċi speċifikati fl-Anness II li jirriżultaw minn proċeduri rilevanti li jiġu konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Aġenziji
|
|
Informazzjoni dwar il-proċessi regolatorji dwar is-sustanzi kimiċi (Artikolu 10): Din tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
informazzjoni li tinsab fl-Għodda ta’ Koordinazzjoni tal-Attivitajiet eżistenti tal-ECHA;
|
|
(b)
|
informazzjoni dwar il-proċessi regolatorji dwar is-sustanzi kimiċi disponibbli permezz tal-Open EFSA eżistenti tal-EFSA; u
|
|
(c)
|
informazzjoni oħra kif ipprovduta lill-ECHA f’konformità mal-Artikolu 10.
|
|
Awtoritajiet
|
|
Informazzjoni dwar l-obbligi skont l-atti legali tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi (Arikolu 13) Din tinkludi informazzjoni dwar l-obbligi skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, inkluża informazzjoni disponibbli permezz tal-Għodda għat-Tiftix tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-ECHA.
|
ECHA
|
|
Repożitorju ta’ formati standard u ta’ vokabularji kkontrollati (Artikolu 14) Dan jinkludi formati standard u vokabularji kkontrollati disponibbli f’konformità mal-Artikolu 14.
|
Aġenziji, Kummissjoni
|
|
Reġistrazzjonijiet REACH
|
Dossiers ta’ reġistrazzjoni sottomessi skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
|
ECHA
|
|
Inventarju ta’ klassifikazzjoni u tikkettar CLP
|
|
—
|
Informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar sottomessa fid-dossiers tar-reġistrazzjoni skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u nnotifikata skont it-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; u
|
|
—
|
Entrati ta’ klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati mill-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
|
|
ECHA
|
|
Applikazzjonijiet BPR għall-approvazzjoni u t-tiġdid tas-sustanzi attivi u sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali
|
|
—
|
Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni jew għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi bijoċidali skont il-Kapitolu II u III tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u disponibbli fl-IUCLID; u
|
|
—
|
Sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali sottomessi mill-applikanti għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni skont il-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u mill-applikanti skont ir-Regolament (UE) Nru 414/2013 u disponibbli fl-IUCLID.
|
|
ECHA
|
|
Applikazzjonijiet DWD għall-inklużjoni ta’ sustanzi fil-listi pożittivi Ewropej
|
Applikazzjonijiet biex jiżdiedu entrati ġodda, u biex jiġu emendati jew jitneħħew entrati eżistenti mil-listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi jew mill-awtoritajiet rilevanti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2020/2184.
|
ECHA
|
|
Notifiki dwar l-istudji
|
Informazzjoni dwar in-notifika dwar l-istudju ladarba reġistrazzjoni, applikazzjoni jew dossier regolatorju rilevanti ieħor korrispondenti jkunu ġew sottomessi u kwalunkwe talba ta’ kunfidenzjalità vvalutata:
|
—
|
mill-Bażi tad-Data tal-ECHA tan-Notifiki tal-Istudju skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament; u
|
|
—
|
mill-bażi tad-data tal-EFSA msemmija fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 kif imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-ECHA f’konformità mal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
ECHA, EFSA
|
|
Open Food Tox
|
Il-bażi tad-data ta’ sustanzi kimiċi perikolużi tal-EFSA li tikkompila, f’format strutturat, valutazzjonijiet tar-riskji tas-sustanzi kimiċi tal-EFSA inkluż l-identifikaturi tas-sustanzi kimiċi, il-punti ta’ tmiem kritiċi, il-valuri ta’ referenza tossikoloġiċi u l-metadata mill-outputs tal-EFSA.
|
EFSA
|
|
Data dwar il-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi
|
Data dwar il-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi tal-EFSA (1) li tkopri diversi regolamenti fl-ambitu tal-mandat tal-EFSA u li tinkludi
|
—
|
data dwar il-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi għal pestiċidi u data dwar residwi u kontaminanti tal-prodotti mediċinali veterinarji;
|
|
—
|
il-kejl individwali tas-sustanzi kimiċi fl-ikel/l-għalf u materjali oħrajn kampjunati bħala parti minn kontrolli uffiċjali u attivitajiet ta’ infurzar;
|
|
—
|
il-kejl tas-sustanzi kimiċi fl-ikel u fl-għalf riċevut mill-industrija; u
|
|
—
|
sorsi oħrajn bi tweġiba għal sejħa għad-data.
|
|
EFSA
|
|
Katina alimentari
|
Dossiers ta’ applikazzjoni tal-katina alimentari li fihom data dwar sustanzi kimiċi sottomessa permezz tal-Pjattaforma tal-Katina Alimentari għas-sottomissjoni elettronika mill-applikanti taħt oqsma ta’ prodotti regolati differenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u r-Regolament (UE) 2015/2283 u disponibbli f’formati strutturati.
|
EFSA
|
|
Applikazzjonijiet skont il-PPPR
|
Dossiers sottomessi mill-applikanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi s-sustanza attiva, il-livelli massimi ta’ residwi u t-tipi ta’ sottomissjoni ta’ sustanzi bażiċi u disponibbli fl-IUCLID.
|
EFSA
|
|
Kwalità tal-arja
|
Data dwar il-kwalità tal-arja minn firxa wiesgħa ta’ sorsi inkluż
|
—
|
serje kronoloġika ta’ kejl min-network ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja tal-Ewropa; u
|
|
—
|
statistiċi għal sustanzi li jniġġsu l-arja kkalkolati minn data tal-pajjiżi vverifikata uffiċjalment kif ikkompilata skont id-Direttiva (UE) 2024/2881 iżda li ma tinkludix informazzjoni kważi f’ħin reali miżmuma mill-EEA dwar il-kwalità tal-arja u d-data assoċjata dwar il-prodotti, eż. l-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja.
|
|
EEA
|
|
Kwalità tal-ilma skont Waterbase
|
Serje kronoloġika ta’ konċentrazzjonijiet ta’ nutrijenti, materja organika, sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi oħra fi xmajjar, lagi, ilma ta’ taħt l-art, ilmijiet tranżizzjonali, kostali u tal-baħar kif irrapportati f’konformità mal-Lista ta’ Sorveljanza għal sustanzi kimiċi fl-ilmijiet tal-wiċċ skont id-Direttiva 2000/60/KE (identifikati wkoll bħala WISE-6).
|
EEA
|
|
Emissjonijiet skont Waterbase
|
Serje kronoloġika ta’ emissjonijiet ta’ nutrijenti u ta’ sustanzi perikolużi għall-ilma, irrapportati fuq piżijiet annwali tal-input fuq ix-xmajjar għall-ilmijiet tranżizzjonali, kostali u marini skont id-Direttiva 2000/60/KE (identifikati wkoll bħala WISE-1).
|
EEA
|
|
Emissjonijiet industrijali
|
Data dwar sustanzi kimiċi dwar ir-rilaxxi, it-trasferimenti u l-emissjonijiet ta’ inkwinanti regolati kif irrapportata mill-Istati Membri fir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 u d-Direttiva 2010/75/UE.
|
EEA
|
|
Inventarju tal-emissjonijiet ta’ NEC
|
Data dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja kif irrapportata mill-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u li tinsab fl-inventarju tal-emissjonijiet.
|
EEA
|
|
Data dwar il-prodotti mediċinali tal-bniedem dwar valutazzjoni tar-riskji ambjentali u data mhux klinika dwar is-sikurezza
|
Valutazzjoni tar-riskju ambjentali u data mhux klinika dwar is-sikurezza mill-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem skont id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004. Din tinkludi biss id-data dwar sustanzi attivi rilevanti ppreżentata lill-EMA fil-kuntest tal-proċeduri rilevanti li jiġu konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
EMA
|
|
Data dwar il-prodotti mediċinali veterinarji dwar valutazzjoni tar-riskju ambjentali u dwar limiti massimi ta’ residwu
|
Data tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, valuri tal-limiti massimI ta’ residwi (MRLs) u data dwar il-valutazzjoni tal-MRL minn applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali għall-użu veterinarju skont ir-Regolament (UE) 2019/6 u r-Regolament (KE) Nru 470/2009. Din tinkludi biss id-data dwar sustanzi attivi rilevanti ppreżentata lill-EMA fil-kuntest tal-proċeduri rilevanti li jiġu konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
EMA
|