+117. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod …
|
117. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod …
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod adegwat il-valur tal-kollateral li nkiseb lura, b’mod konsistenti ma’ kwalunkwe rekwiżit intern stabbilit għall-ġestjoni tal-kollateral, għaċ-ċertezza tad-dritt u għall-ġestjoni tar-riskju. Fejn il-kollateral li nkiseb lura jissodisfa l-kriterji għal assi likwidi ta’ kwalità għolja fil-Livell 1, kif definit fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-valur fis-suq tal-kollateral direttament bħala rkupru realizzat fil-ħin tal-ksib lura. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw telf impost għall-valur tal-ksib lura u, fil-kalkolu tat-telf ekonomiku, jinkludu rkupru fl-ammont tal-valur tal-ksib lura wara li japplikaw it-telf impost b’mod xieraq. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ dan it-telf impost filwaqt li jikkunsidraw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) it-telf impost għandu jirrifletti żbalji possibbli fil-valutazzjoni tal-kollateral fil-mument tal-ksib lura, filwaqt li jikkunsidra t-tip tal-valutazzjoni disponibbli fil-mument tal-ksib lura, id-data li fiha dan sar u l-likwidità tas-suq għal dan it-tip ta’ ass;
- (b) it-telf impost jenħtieġ li jiġi stmat bis-suppożizzjoni li l-istituzzjoni beħsiebha tbigħ il-kollateral li nkiseb lura lil parti terza indipendenti u għandu jirrifletti l-prezz potenzjali li jista’ jinkiseb minn dan il-bejgħ, l-ispejjeż tal-bejgħ u l-effett ta’ skont għall-perjodu ta’ bejn il-bejgħ tal-ksib lura u l-mument tal-kisb lura, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-likwidità tas-suq għal dan it-tip ta’ ass;
- (c) fejn ikun hemm osservazzjonijiet disponibbli rigward il-ksib lura u bejgħ sussegwenti ta’ tipi simili ta’ kollaterali, jenħtieġ li l-istima tat-telf impost tkun ibbażata fuq dawn l-osservazzjonijiet u tiġi regolarment ittestjata b’mod retrospettiv; għal dan il-għan jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw dan kollu li ġej:
- (i) id-differenza bejn il-valur tal-ksib lura u l-prezz tal-bejgħ, speċjalment fejn ma kien hemm l-ebda bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq u dawk ekonomiċi bejn il-mument tal-ksib lura u l-mument tal-bejgħ;
- (ii) kwalunkwe dħul u spiża relatati ma’ dan l-ass li kienu ġew osservati bejn id-data tal-ksib lura u l-mument tal-bejgħ;
- (iii) effetti ta’ skont;
- (iv) jekk l-istituzzjoni tkunx kisbet lura l-kollateral bl-għan ta’ bejgħ immedjat jew jekk ġietx adottata strateġija oħra.
- (d) fejn l-osservazzjonijiet storiċi li jirrigwardaw il-ksib lura u l-bejgħ sussegwenti ta’ tipi simili ta’ kollaterali ma jkunux disponibbli, jenħtieġ li l-istima tat-telf impost tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ każ b’każ, inkluża l-analiżi tal-kundizzjonijiet attwali tas-suq u dawk ekonomiċi;
- (e) inqas ma istituzzjoni jkollha data dwar ksib lura preċedenti u inqas ma jkun likwidu s-suq għat-tip partikolari ta’ assi, aktar tiżdied l-inċertezza mal-istimi li jirriżultaw, li jenħtieġ li tiġi riflessa b’mod adegwat fl-MoC skont it-taqsima 4.4.3.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|