+68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …

68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …

Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu jvarjaw abbażi tal - kompożizzjoni tal - portafoll tal - istituzzjoni, dawn għandhom jinkludu, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l - paragafu 65, dan li ġej:

  • (a) Sommarji tal - iskoperturi aggregati tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inkluża informazzjoni dwar l - iskopertura għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Għandhom jiġu identifikati u spjegati l -attivi, il- passivi, il - flussi tal - flus u l - istrateġiji li qed jixprunaw il - livell u d - direzzjoni tal -IRRBB.
  • (b) Rapporti li juru l - konformità tal - istituzzjoni mal - politiki u l -limiti.
  • (c) Suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar, bħal karatteristiki ta’ depożiti mingħajr maturità (NMDs), prepagamenti fuq self b’rata fissa, ġbid bikri ta’ depożiti ta’ żmien fiss, ġbid ta’ impenji, aggregazzjoni ta’ muniti u trattament tal - marġnijiet kummerċjali.
  • (d) Dettalji tal - impatt tas - suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar fuq il - kejl tal - IRRBB f’termini tal- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ, inklużi bidliet fis - suppożizzjonijiet taħt diversi xenarji tar -rati tal- imgħax.
  • (e) Dettalji tal - impatt tad - derivattivi tar -rati tal- imgħax fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini tal - kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
  • (f) Dettalji tal - impatt ta’ strumenti ta’ valur ġust, inklużi attivi u passivi tal - Livell 3, fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini ta l- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
  • (g) Ir- riżultati tat - testijiet tal - istress kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.4, ix - xokkijiet kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.3, it- test superviżorju tal - eċċezzjonijiet kif imsemmi fit - Taqsima 4.5, u l-valutazzjonijiet tas - sensittività għas - suppożizzjonijiet u l - parametri ewlenin; u
  • (h) Sommarji tar - rieżamijiet tal - politiki u l - proċeduri relatati mal -IRRBB u tal- adegwatezza tas - sistemi ta’ kejl, inklużi kwalunkwe sejbiet ta’ awdituri interni u esterni jew ta’ partijiet esterni ekwivalenti oħra (bħal konsulenti).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/