+95. Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt …

95. Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt …

Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt tat - tluq għall - ittestjar għal stress bl - invers, eż. billi jċaqilqu parametru wieħed jew aktar għal estrem sabiex jilħqu l - eżiti definiti minn qabel. Istituzzjoni għandha tikkunsidra diversi analiżijiet ta’ sensittività bl- invers għar - riskju ta’ kreditu (eż. kemm il - klijent kbir ikollu jsir inadempjenti qabel jintilef il-kapital li jassorbi t- telf), għar -riskju tas- suq, ir -riskju tal- likwidità (eż. stress fuq id - depoż iti fis-settur tal- bejgħ bl - imnut u ċ - ċirkustanzi li jbattlu r - riżervi tal -likwidità tal-istituzzjoni) u għar - riskju operazzjonali, fost riskji oħrajn, u analiżi kkombinata fejn ir - riskji kollha jkunu koperti fl- istess ħin. Madankollu, istituzzjoni mgħandhiex primarjament tuża analiżi tas - sensittività u metrika sempliċi sabiex tidentifika x - xenarju rilevanti għat - test għal stress bl - invers. L- analiżi kwalitattiva għandha twassal għall - identifikazzjoni tax - xenarju rilevanti, billi tgħaqqad ġudizzju espert minn oqsma differenti ta’ negozju, peress li l - ħsib jista’ jkun l -aktar mod effettiv biex wieħed jipprevjeni l - falliment ta’ mudell ta' negozju. Għandu jiġi żviluppat l - istressjar konġunt tal -parametri tar- riskju rilevanti kollha permezz ta’ aspetti statistiċi (eż. il - volatilità ta’ fatturi ta’ riskju konsistenti ma’ osservazzjonijiet storiċi ssupplimentati b’suppożizzjonijiet ipotetiċi iżda plawżibbli). Il - plawżibbiltà taċ - ċaqliq tal - parametri meħtieġa biex jintlaħaq l - eżitu definit minn qabel tagħti l -ewwel idea dwar il-vulnerabbiltajiet possibbli fl- istituzzjoni. Biex tiġi vvalutata l - plawżibbiltà għandhom jiġu applikati, fost l - oħrajn, distribuzzjonijiet tal- probabilità storiċi (multivarjati) – aġġustati, fejn ikun meqjus meħtieġ, skont il- ġudizzju espert. L- analiżijiet u l - valutazzjonijiet kwalitattivi, li jgħaqqdu l - ġudizzju espert minn oqsma differenti ta’ negozju, għandhom jiggwidaw l - identifikazzjoni ta’ xenarji rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/