+6. Ippr ezzar
---+199. Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - …
---+200. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - …
---+201. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self …
---+202. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - …
---+203. Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar …
---+204. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - …
---+205. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex …
|
6. Ippr ezzar
6. Ippr ezzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
199. Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - …
|
Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - istrateġiji tan - negozju tal - istituzzjonijiet, inklużi l - profittabbiltà u l - perspettiva tar - riskju. Jenħtieġ li l - ipprezzar tas - self ikun marbut ukoll mal - karatteristiċi tal- prodott tas - self u jikkunsidra l - kompetizzjoni u l- kundizzjonijiet prevalenti tas - suq. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu wkoll l - approċċ tagħhom għall - ipprezzar skont it - tip ta’ mutwatarju u l - kwalità tal - kreditu, u l - livell ta’ riskju tal - m utwatarju (fil - każ ta’ pprezzar individwali) meta jkun xieraq. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas tal - ipprezzar ikun dokumentat sew u sostnut minn strutturi ta’ governanza xierqa, bħal kumitat tal - ipprezzar, li jkunu responsabbli mill - manutenzjoni tal - qafas ġenerali tal - ipprezzar u mid - deċiżjonijiet dwar l - ipprezzar individwali meta rilevanti.
|
|
200. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - ipprezzar tagħhom, skont it - tipi ta’ self u ta’ mutwatarji. Għall - konsumaturi u għall - intrapriżi mikro u żgħar, jenħtieġ li l - ipprezzar ikun aktar ibbażat fuq il - portafoll u l - prodott, filwaqt li għall - intrapriżi ta’ daqs medju u dawk kbar, jenħtieġ li l - ipprezzar ikun aktar speċifiku għat - tranżazzjoni u għas - self.
|
|
201. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self promozzjonali, meta ma jkunux japplikaw bis - sħiħ il - kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir - riskju u l- prestazzjoni speċifikati f’din it - taqsima.
|
|
202. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - kostijiet rilevanti kollha sad - data ta’ pprezzar mill - ġdid li jmiss jew sal - maturità, inklużi: - a. il- kost tal - kapital (b’kunsiderazzjoni kemm tal - kapital regolatorju kif ukoll ta’ dak ekonomiku), li jenħtieġ li jirriżulta mill - allokazzjoni ta’ kapital fis - seħħ, skont it - tqassim stabbilit, eż. il - ġeografija, il - linja operatorja u l - prodott;
- b. il- kost tal - finanzjament, li jenħtieġ li jaqbel mal - karatteristiċi ewlenin tas - self, eż. id - durata mistennija tas - self, filwaqt li jitqiesu mhux biss it - termini kuntrattwali iżda wkoll is - suppożizzjonijiet dwar l - imġiba, eż. riskju ta’ prepagament;
- c. il- kostijiet operatorji u amministrattivi, li jenħtieġ li jirriżultaw mill - allokazzjoni tal - kostijiet;
- d. il- kostijiet tar - riskju ta’ kreditu kkalkolati għal gruppi ta’ riskji omoġenji differenti, filwaqt li titqies l - esperjenza storika tar - rikonoxximent tat - telf ta’ riskju ta’ kreditu u meta rilevanti bl - użu ta’ mudelli ta’ telf mistennija;
- e. kwalunkwe kost reali ieħor assoċjat mas - self inkwistjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet tat- taxxa, fejn rilevanti;
- f. il- kompetizzjoni u l - kundizzjonijiet prevalenti tas - suq, b’mod partikolari s - segmenti tas - self u għal prodotti tas - self partikolari.
|
|
203. Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar …
|
Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar reċiproku bejn self jew unitajiet/linji operatorji, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw u jqisu miżuri tal - prestazzjoni aġġustati għar - riskju b’mod li jkun proporzjonat għad - daqs, għan - natura u għall - kumplessità tas - self u l - profil tar - riskju tal - mutwatarju. Dawn il - miżuri ta’ prestazzjoni jistgħu jinkludu l - valur ekonomiku miżjud (EVA), ir - redditu fuq il - kapital aġġustat għar - riskju (RORAC) u r - redditu aġġustat għar - riskju fuq il - kapital (RAROC), ir - redditu fuq l - assi mwieżna għar - riskju (RORWA), ir - redditu fuq l - assi totali (ROTA) u miżuri oħra li jkunu rilevanti għall - karatteristiċi tas - self. Il - miżuri ta’ prestazzjoni aġġustati għar - riskju jistgħu jiddependu wkoll minn strateġiji u politiki ta’ ppjanar kapitali tal -i stituzzjonijiet.
|
|
204. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - allokazzjoni tal - kostijiet. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu distribuzzjoni ġusta tal - kostijiet fi ħdan l - organizzazzjoni sabiex jiżguraw l i l- linji operatorji, u kemm jista’ jkun tas - self individwali, jirriflettu r - redditu mistenni korrett li jikkorrispondi għar - riskju assunt.
|
|
205. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex post regolari, li jgħaqqdu flimkien ir - riskju tat - tranżazzjonijiet, l - ipprezzar u l - profitabilità globali mistennija f’livell xieraq, inklużi l - linji operatorji u l -linji tal- prodotti. Jenħtieġ li t - tranżazzjonijiet materjali kollha anqas mill - kostijiet jiġu rrapportati u ġġustifikati kif xieraq, f’konformità mal - politiki u mal - proċeduri stabbiliti mill - istituzzjoni. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ jipprovdi input għar - rieżami tal - adegwatezza tal - ipprezzar ġenerali minn perspettiva tan - negozju u tar - riskju. Jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet sabiex jiżguraw il - konformità mal - miri u mal - aptit għar - riskju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|