+7. Prinċipji ġenerali meta jiġi identifikat subsett ta’ skoperturi settorjali
---+33. Meta tkun qed tidentifika subsett ta’ skoperturi settorjali f’konformità mat -Taqsimiet 4 sa 6 …
---+34. Sabiex tiġi ffaċilitata identifikazzjoni xierqa ta’ subsettijiet ta’ skoperturi settorjali li …
---+35. Għall -finijiet tal-paragrafu 32, l- awtoritajiet rilevanti għandhom b’mod partikolari: a. …
---+36. Meta jidentifikaw subsett xieraq ta’ skoperturi settorjali li għalihom l - awtoritajiet …
---+37. Sabiex tkun sempliċi kemm jista’ jkun ir - reċiproċità għall - awtoritajiet reċiprokanti, l …
---+38. L- awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw ir -Rakkomandazzjoni 2015/2 tal-BERS dwar …
---+39. L- awtoritajiet rilevanti għandu jkollhom l - għan li jiżvelaw pubblikament kwalunkwe regola …

7. Prinċipji ġenerali meta jiġi identifikat subsett ta’ skoperturi settorjali

7. Prinċipji ġenerali meta jiġi identifikat subsett ta’ skoperturi settorjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
33. Meta tkun qed tidentifika subsett ta’ skoperturi settorjali f’konformità mat -Taqsimiet 4 sa 6 …

Meta tkun qed tidentifika subsett ta’ skoperturi settorjali f’konformità mat -Taqsimiet 4 sa 6, l-awtorità rilevanti jenħtieġ li tiżgura l - bilanċ it -tajjeb bejn l-indirizzar tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li jirriżultaw mis -subsett fil-mira u l- konsegwenzi mhux intenzjonati tal - applikazzjoni ta’ SyRB għal dan is -subsett.

34. Sabiex tiġi ffaċilitata identifikazzjoni xierqa ta’ subsettijiet ta’ skoperturi settorjali li …

Sabiex tiġi ffaċilitata identifikazzjoni xierqa ta’ subsettijiet ta’ skoperturi settorjali li għalihom tista’ tapplika SyRB, u b ’mod partikolari biex jiġu evitati duplikazzjonijiet u għadd doppju tar - riskji, l- awtoritajiet rilevanti għandhom jikkooperaw mal -awtoritajiet kompetenti, fejn differenti.

7.1. Interazzjonijiet mhux ġustifikati ma’ miżuri makroprudenzjali oħra

35. Għall -finijiet tal-paragrafu 32, l- awtoritajiet rilevanti għandhom b’mod partikolari: a. …

Għall -finijiet tal-paragrafu 32, l- awtoritajiet rilevanti għandhom b’mod partikolari:

  • a. jiżguraw li r - riskji li qed jiġu indirizzati bl -applikazzjoni ta’ SyRB settorjali determinata skont dawn il- linji gwida huma definiti b’mod ċar u bir -reqqa;
  • b. iqisu u jispeċifikaw, meta jkunu qed jippjanaw li jintroduċu SyRB settorjali, l -interazzjoni ma’ miżuri makroprudenzjali attivi oħra sabiex jevitaw li jattivaw SyRB b’mod mhux ġustifikat għal riskji li diġà ġew indirizzati minn dawk il - miżuri makroprudenzjali;
  • c. jevitaw interazzjonijiet mhux ġustifikati li jistgħu jfeġġu bejn SyRBs jekk l -istess riskji sistemiċi jkunu fil - mira ta’ diversi SyRBs (SyRBs settorjali u/jew usa’) jew fejn l -istess element għall - identifikazzjoni ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali jintuża f’SyRBs settorjali multipli.

7.2. Reċiproċità

36. Meta jidentifikaw subsett xieraq ta’ skoperturi settorjali li għalihom l - awtoritajiet …

Meta jidentifikaw subsett xieraq ta’ skoperturi settorjali li għalihom l - awtoritajiet rilevanti jistgħu japplikaw SyRB, huma għandhom iqisu dan li ġej:

  • a. L- applikazzjoni eċċessivament granulari ta’ SyRB settorjali se tiddiżinċentiva lil awtoritajiet oħra milli jirreċiprokaw skont l -Artikolu 134 tad- Direttiva 2013/36/UE jekk l-implimentazzjoni tal- miżura mill -istituzzjonijiet u l- monitoraġġ sussegwenti mill - awtoritajiet rilevanti x’aktarx li jkunu assoċjati ma’ spejjeż għoljin,
  • b. Il-lakuni fid- data li jirriżultaw minn definizzjonijiet mhux armonizzati jistgħu jeżistu bejn il - ġurisdizzjonijiet, u dan iwassal għal sfidi fir - reċiproċità tal - miżura u għalhekk fl - effettività tal- miżura. Sabiex jitnaqqsu dawn il -lakuni, l- awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jagħmlu użu minn sorsi ta’ data preeżistenti.
37. Sabiex tkun sempliċi kemm jista’ jkun ir - reċiproċità għall - awtoritajiet reċiprokanti, l …

Sabiex tkun sempliċi kemm jista’ jkun ir - reċiproċità għall - awtoritajiet reċiprokanti, l -awtoritajiet rilevanti tal - Istat Membru li jattiva għandu jkollhom l - għan li jipprovdu l - informazzjoni kollha (i nklużi d -definizzjonijiet u l- kalkoli rilevanti) li huma jqisu rilevanti u mhux disponibbli għal Stati Membri oħra sabiex l - awtoritajiet reċiprokanti jkunu jistgħu jivvalutaw b’mod adegwat jekk għandhomx jirreċiprokaw ir -rata ta’ SyRB.

38. L- awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw ir -Rakkomandazzjoni 2015/2 tal-BERS dwar …

L- awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw ir -Rakkomandazzjoni 2015/2 tal-BERS dwar il-valutazzjoni tal - effetti transkonfinali ta’ miżuri tal -politika makroprudenzjali u r- reċiproċità volontarja tagħhom u jirreċiprokaw, fejn xieraq, il - miżuri SyRB introdotti fi Stati Membri oħra.

7.3. Divulgazzjoni

39. L- awtoritajiet rilevanti għandu jkollhom l - għan li jiżvelaw pubblikament kwalunkwe regola …

L- awtoritajiet rilevanti għandu jkollhom l - għan li jiżvelaw pubblikament kwalunkwe regola jew gwida ġenerali, inklużi l -limiti ta’ materjalità msemmija fit-Taqsima 5 ta’ dawn il-linji gwida, fejn applikabbli, maħruġa sabiex jiġu impl imentati d- dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn il -linji gwida, dment li l- iżvelar ta’ tali informazzjoni ma jipperikolax l -istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/