|
+6. Il- bażi kapitali |
6. Il- bażi kapitali123.L-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - għoti, il - ħlas u l -vestiment tar- remunerazzjoni varjabbli, inkluża l -applikazzjoni tal- arranġamenti tal - malus u tal-irkupru, skont il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet mhumiex ta’ ħsara għaż - żamma ta’ bażi kapitali soda. 124. Meta tkun qed tivvaluta jekk il - bażi kapitali hijiex soda, l - istituzzjoni għandha tqis il -fondi proprji ġenerali tagħha u b’mod partikolari l -kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ir-r ekwiżit tal -kapital, inklużi r - rekwiżit tal -buffer kapitali kkombinat kif definit fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir- rekwiżit tal - buffer għall -proporzjon ta’ lieva finanzjarja kif definit fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir- rekwiżit minimu għall -fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl -Artikolu 45c tad-Direttiva 2014/59/UE u kwalunkwe supplimentazzjoni kapitali u r- restrizzjonijiet fuq id -distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE li japplikaw għar - remunerazzjoni varjabbli għall -persunal kollu kif ukoll ir- riżultat tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital. Ir- rekwiżit sabiex tinżamm bażi kapitali soda u r-restrizzjonijiet fuq id - distribuzzjonijiet japplikaw ukoll fuq bażi konsolidata u subkonsolidata. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r - riżultati tar - rieżami superviżorju u l- proċessi ta’ evalwazzjoni f’konformità mal -linji gwida rispettivi tal-EBA. 125.L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu l -impatt tar-remunerazzjoni varjabbli – kemm l-ammonti bil- quddiem kif ukoll dawk differiti – fl-ippjanar tal-kapital u tal- likwidità tagħhom u fil - proċess ta’ valutazzjoni interna ġenerali dwar l -adegwatezza tal- kapital tagħhom. 126.Ir- remunerazzjoni varjabbli totali mogħtija minn istituzzjoni ma tistax tillimita l - kapaċità tal - istituzzjoni li żżomm jew tirrestawra bażi kapitali soda fit - tul u għandha tikkunsidra l -interessi tal-azzjonisti u tas-sidien, tad- depożitanti, tal - investituri u ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn. M’għandhiex tingħata jew titħallas remunerazzjoni varjabbli meta l - effett tagħha jkun li l - bażi kapitali tal- istituzzjoni ma tibqax iktar soda. L - istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn ir -r ekwiżiti, ir- riżultati mill - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l -adegwatezza tal-kapital, l-ippjanar tal-kapital multiannwali tagħha, ir -restrizzjonijiet dwar id-distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE u r-rakkomandazzjonijiet dwar id-distribuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, meta tistabbilixxi:
127.L- istituzzjonijiet li m’għandhomx bażi kapitali soda jew meta s -solidità tal- bażi kapitali tkun f’riskju għandhom jieħdu l - miżuri li ġejjin fir -rigward tar-re munerazzjoni varjabbli:
128.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jintervjenu meta l - għoti tar -remunerazzjoni varjabbli jkun ta’ ħsara għaż - żamma ta’ bażi kapitali soda billi jirrekjedi li l - istituzzjoni tnaqqas jew tapplika limitu massimu għall - aggregazzjoni ġenerali ta’ remunerazzjoni varjabbli stabbilia sakemm titjieb is-sitwazzjoni tal-adegwatezza kapitali; u jekk ikun hemm bżonn tapplika miżuri ta’ aġġustament tal -prestazzjoni, b’mod partikolari l- malus u jitolbu li l- istituzzjonijiet jużaw profitti netti sabiex isaħħu l -fondi proprji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|