|
+13.2 Proporzjon bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli |
13.2 Proporzjon bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli206.Fil- politika ta’ remunerazzjoni tagħhom l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bil - quddiem il - livell xieraq tal -proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali għall -persunal identifikat, skont il-limiti u l- proċeduri pprovduti fl -Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE u l- liġi nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l -attivitajiet tan-negozju, tar-riskji u tal-impatti li għandhom kategor iji differenti tal- persunal fuq il -profil tar-riskju. L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu proporzjonijiet differenti għal ġurisdizzjonijiet differenti, unitajiet tan - negozju, funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll intern differenti u kategoriji differenti tal-persunal identifikat. Il- proporzjon stabbilit huwa l -proporzjon bejn il-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li jista’ jingħata bħala massimu għall -perjodu ta’ prestazzjoni li jsegwi u l-komponent fiss tar- remunerazzjoni għall -perjodu tal-prestazzjoni li jsegwi. 207.Il- proporzjon massimu għandu jiġi kkalkolat bħala s -somma tal- komponenti varjabbli kollha tar - remunerazzjoni li tista’ tingħata bħala massimu fis -sena tal- prestazzjoni partikolari, inkluż l - ammont li għandu jitqies għall - bonus ta’ żamma, diviż bis -somma tal- komponenti fissi kollha tar - remunerazzjoni li sejra tingħata fir -rigward tal-istess sena tal- prestazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il - komponenti kollha tar - remunerazzjoni għandhom jiġu allokati b’mod korrett jew għar - remunerazzjoni varjabbl i jew għar -remunerazzjoni fissa f’konformità ma’ dawn il-linji gwida. L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra xi wħud mill -komponenti fissi tar-remunerazzjoni fejn mhumiex materjali, eż. fejn jingħataw benefiċċji mhux monetarji proporzjonati. 208. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati b’mod korrett, il -politika ta’ remunerazzjoni tista’ tipprovdi għal proporzjon differenti għall -membri tal- persunal identifikati individwali li jappartjenu għal ċertu kategorija tal - persunal meta mqabblin ma’ membri tal -persunal o ħrajn inklużi fl -istess kategorija tal-persunal. 209.Il-proporzjonijiet stabbilliti bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar- remunerazzjoni għal kategoriji ta’ membri tal-persunal jew membri tal- persunal individwali għandhom jiġu approvati mill- korp maniġerjal i fil- funzjoni superviżorja tiegħu jew, fejn meħtieġ, mil - laqgħa tal -azzjonisti. Il-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar- remunerazzjoni għandu jiġi stabbilit indipendentement minn kwalunke aġġustamenti tar -riskju ex post potenzjali futuri jew minn kwalunkwe fluttwazzjoni fil-prezz tal-istrumenti. 210.Il- proporzjon effettiv għandu jiġi kkalkolat bħala s -somma tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni kollha li ngħatat għall - aħħar sena tal -prestazzjoni kif stabbilit f’dawn il-linji gwida, inklużi l- ammonti mogħtijin għall -perjodi tad- dovuti multiannwali, diviża bis -somma tal-elementi fissi tar- remunerazzjoni mogħtija għall -istess sena tal- prestazzjoni. Għall -perjodi tad-dovuti multiannwali li ma jiċċirkolawx kull sena, minflok l -istituzzjonijiet j istgħu jqisu f’kull sena tal-perjodu tal-prestazzjoni l- ammont massimu ta’ remunerazzjoni varjabbli li jista’ jingħata fl - aħħar tal -perjodu tal- prestazzjoni diviż bin -numru ta’ snin tal-perjodu tal-prestazzjoni. 211.Il-proporzjon effettiv bejn ir-remunerazzjon i varjabbli mogħtija u r -remunerazzjoni fissa għandu jiżdied skont il - prestazzjoni miksuba u għandu jinkludi l - livelli ta’ għotjiet li jistgħu biss jinkisbu għall - prestazzjoni li hija “lil hinn mill - mira” jew “eċċezzjonali”. Il -proporzjon effettiv ma jista x jaqbeż il -proporzjon massimu stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- liġi nazzjonali u l -politika tar-remunerazzjoni tal-istituzzjoni. 212. Meta jiġi kkalkolat il -proporzjon massimu jew effettiv, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-linji gwida tal- EBA fuq ir - rata ta’ skont nozzjonali applikabbli għar -remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE biss meta l-Istati Membri jkunu implimentaw l-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew meta l- proporzjon jiġi kkalkolat għall - persunal identifikat ta’ istituzzjoni li tinsab f’pajjiż terz li hija sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|