+19. Remunerazzjoni varjabbli
|
19. Remunerazzjoni varjabbli
317.L-awtorit ajiet kompetenti għandhom jirrevedu: - a. il- proċess ta’ allinjament u ta’ valutazzjoni tar -riskju u tal-prestazzjoni u l-adegwatezza tal-perjodu ta’ żmien tiegħu;
- b. it- taħlita xierqa ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi użati għall -kejl tal-prestazzjoni u tar-riskju u jiddeterminaw jekk:
- ii. il- kriterji humiex allinjati mal -objettivi tal-istituzzjonijiet;
- iii. humiex realistiċi meta mqabblin mal -objettivi tal-individwu, tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni;
- iv. il- kriterji individwali humiex xierqa biex ikejlu l -prestazzjoni tal-individwu;
- c. jekk il-funzjonijiet ta’ kontroll intern, b’mod partikolari l-funzjoni tal- immaniġġjar tar - riskju, humiex involuti b’mod xieraq fl -istabbiliment tal- aġġustamenti għar -riskju ex ante ;
- d. l-adegwatezza tal- approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq użati għall -kalkolu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet;
- e. jekk l- istituzzjoni hijiex konformi mal -limitazzjoni tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali u mal-limitu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali tagħha għal -limiti stabbliti mill-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u mill-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE;
- f. il- perjodu ta’ żmien tal - iskedi ta’ differiment u ta’ żamma applikabbli u kif dan jirrelata maċ - ċiklu tan -negozju ta’ istituzzjoni;
- g. it- taħlita ta’ ishma jew ta’ interessi proprjetarji ekwivalenti jew marbutin mal - ishma u strumenti mhux fi flus ekwivalenti li l - istituzzjoni tuża sabiex tissodisfa l -livell limitu ta’ 50 % imsemmi fl-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex tiżgura li tirrifletti b’mod adegwat l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni;
- h. jekk l- aġġustamenti għar - riskju espliċiti ex post humiex ibbażati fuq il -valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-membru tal-persunal, tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni u l-kriterji użati sabiex ikejlu l -prestazzjoni tal-membru tal-persunal;
- i. jekk il- malus u l- irkupru ġewx applikati kif xieraq kemm għall - parti fi flus kif ukoll għall - parti ta’ ekwità tar- remunerazzjoni varjabbli differita u mhux differita u għall -kriterji li fuqhom jiddependu l - malus u l-irkupru;
- j. li r- remunerazzjoni varjabbli mhijiex imħallsa permezz ta’ veikoli jew metodi li huma mmirati lejn jew iwasslu b’mod effettiv għal nuqqas ta’ konformità mar - rekwiżiti tar - remunerazzjoni kif speċifikat f’dawn il- linji gwida għall -persunal identifikat jew, fejn applikabbli, għall -persunal kollu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|