+36. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - …

36. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - …

L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - integrità, l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza tat - titolari ta’ funzjonijiet ewlenin fuq bażi kontinwa biex jidentifikaw, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt rilevanti ġdid, sitwazzjonijiet fejn għandha titwettaq rivalutazzjoni. B’mod partikolari , għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin:

  • a. meta jkun hemm tħassib dwar l - idoneità tagħhom;
  • b. f’każ ta’ impatt materjali fuq ir -reputazzjoni tal- individwu;
  • c. fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l - istituzzjoni u b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l- istituzzjoni:
  • i. ma tkunx implimentat kontrolli interni xierqa jew mekkaniżmi ta’ s orveljanza biex tissorvelja u timmitiga r - riskji tal - ML/TF (eż. identifikati minn sejbiet superviżorji minn spezzjonijiet fuq il - post jew spezzjonijiet mhux fuq il - post, djalogu superviżorju jew fil - kuntest ta’ sanzjonijiet);
  • ii. tinstab li kienet qed tikser l -obbligi tal- AML/CFT tagħha f’pajjiżha jew barra mill- pajjiż; jew
  • iii. tkun bidlet materjalment l-attività tan-negozju jew il-mudell tan-negozju tagħha b’mod li jissuġġerixxi li l - esponiment tagħha għar - riskju tal - ML/TF żdied b’mod sinifikanti;
  • d. bħala pa rti mir- rieżami tal - arranġamenti interni ta’ governanza mill - korp ta’ ġestjoni;
  • e. fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l -idoneità tal-individwu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/