+3. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet rilevanti tal -adegwatezza tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin
---+35. Għalkemm l - istituzzjonijiet kollha għandhom jiżguraw li l - persunal tagħhom ikun kapaċi …
---+36. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - …
---+37. Il-valutazzjoni tar- reputazzjoni, l - onestà, l - integrità, l - għarfien, il - ħiliet u l - …
---+38. Il-valutazzjoni tal-idoneità inizjali u kontinwa tat- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin hija r …
|
3. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet rilevanti tal -adegwatezza tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin
3. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet rilevanti tal -adegwatezza tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
35. Għalkemm l - istituzzjonijiet kollha għandhom jiżguraw li l - persunal tagħhom ikun kapaċi …
|
Għalkemm l - istituzzjonijiet kollha għandhom jiżguraw li l - persunal tagħhom ikun kapaċi jwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod adegwat, l - istituzzjonijiet rilevanti għandhom jiżguraw b’mod speċifiku li t - titolari ta’ funzjonijiet ewlenin ikollhom reputazzjoni tajba suffiċjenti, ikollhom onestà u integrità u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti għall - pożizzjonijiet tagħhom f’kull ħin u jivvalutaw ir - rekwiżiti msemmija qabel, b’mod partikolari: - a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni;
- b. meta jaħtru titolari ġodda ta’ funzjonijiet ewlenin, inkluż bħala riżultat ta’ akwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni;
- c. fejn meħtieġ, skont il -paragrafu 36.
|
|
36. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - …
|
L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw ir -reputazzj oni, l - onestà, l - integrità, l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza tat - titolari ta’ funzjonijiet ewlenin fuq bażi kontinwa biex jidentifikaw, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt rilevanti ġdid, sitwazzjonijiet fejn għandha titwettaq rivalutazzjoni. B’mod partikolari , għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin: - a. meta jkun hemm tħassib dwar l - idoneità tagħhom;
- b. f’każ ta’ impatt materjali fuq ir -reputazzjoni tal- individwu;
- c. fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l - istituzzjoni u b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l- istituzzjoni:
- i. ma tkunx implimentat kontrolli interni xierqa jew mekkaniżmi ta’ s orveljanza biex tissorvelja u timmitiga r - riskji tal - ML/TF (eż. identifikati minn sejbiet superviżorji minn spezzjonijiet fuq il - post jew spezzjonijiet mhux fuq il - post, djalogu superviżorju jew fil - kuntest ta’ sanzjonijiet);
- ii. tinstab li kienet qed tikser l -obbligi tal- AML/CFT tagħha f’pajjiżha jew barra mill- pajjiż; jew
- iii. tkun bidlet materjalment l-attività tan-negozju jew il-mudell tan-negozju tagħha b’mod li jissuġġerixxi li l - esponiment tagħha għar - riskju tal - ML/TF żdied b’mod sinifikanti;
- d. bħala pa rti mir- rieżami tal - arranġamenti interni ta’ governanza mill - korp ta’ ġestjoni;
- e. fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l -idoneità tal-individwu.
|
|
37. Il-valutazzjoni tar- reputazzjoni, l - onestà, l - integrità, l - għarfien, il - ħiliet u l - …
|
Il-valutazzjoni tar- reputazzjoni, l - onestà, l - integrità, l - għarfien, il - ħiliet u l - espe rjenza individwali tat- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin għandha tkun ibbażata fuq l - istess kriterji bħal dawk applikati għall - valutazzjoni ta’ tali rekwiżiti ta’ idoneità tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni. Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza, għandhom jitqiesu r -rwol u l-kompiti tal-pożizzjoni speċifika.
|
|
38. Il-valutazzjoni tal-idoneità inizjali u kontinwa tat- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin hija r …
|
Il-valutazzjoni tal-idoneità inizjali u kontinwa tat- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin hija r - responsabbiltà tal - istituzzjonijiet. Meta l - valutazzjoni għal xi titolari ta’ funzjonijiet ewlenin issir ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għall - finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li tiġi vvalutata u żgurata l -idoneità ta’ dawk it- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin tibqa’ f’idejn l - istituzzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|