+Linja Gwida 3: Testijiet ewlenin

Linja Gwida 3: Testijiet ewlenin

3.1 S abiex tiġi vvalutata komprensivament il - kapaċità tagħhom li jindirizzaw b’mod effettiv każijiet ta’ nuqqasijiet istituzzjonali, l - SGD għandhom iwettqu t -testijiet ewlenin kif preskritt f’din il-linja gwida.

Funzjonijiet tal - SGD li għandhom jiġu koperti minn testijiet ewlenin

3.2 Bil- ħsieb tr - rieżami bejn il - pari mwettaq mill -EBA, l- SGD għandhom iwettqu testijiet ewlenin tal-funzjonijiet fdati lilhom legalment (stabbiliti fid-Direttivi 2014/49/UE u 2014/59/UE kif trasposti fil- liġi nazzjonali) matul ċiklu tal -ittestjar tal-istress tal-SGD, u jirrapportaw ir- riżultati lill- EBA. Għal dawn il -finijiet, il- funzjonijiet li ġejjin tal - SGD għandhom ikunu:

  • • li tikkumpensa lid- depożitanti fl - Istat Membru tagħhom fil - każ ta’ insolvenza tal -istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/49/UE (“funzjoni ta’ ħlas lura”);
  • • li tikkumpensa lid- depożitanti f’fergħat stabbiliti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor fil - każ ta’ insolvenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikoli 11(1) u 14 tad-Direttiva 2014/49/UE (“ħlas lura b’funzjoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali”). L -SGD għandhom iwettqu tali test ewlieni biss f’każijiet fejn jistgħu jkunu involuti f’kumpensi transkonfinali (bħala SGD domestika, bħala SGD ospitanti, jew fiż - żewġ rwoli) skont l - Artikolu 14 tad- DSGD imsemmi hawn fuq u d - dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli;
  • • li tiffinanzja r- riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex tippreserva aċċess kontinwu għad - depożiti skont l -Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/49/UE u l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE (“kontribuzzjoni għal funzjoni ta’ riżoluzzjoni”);
  • • li tuża l - mezzi finanzjarji disponibbli tagħha għal miżuri alternattivi sabiex ikun evitat falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, jekk huwa pe rmess taħt il - liġi tal -Istat Membru fejn hija stabbilita l-SGD, skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE (“funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ falliment”); u
  • • li tuża l - mezzi finanzjarji disponibbli tagħha sabiex tiffinanzja miżuri sabiex tippreserva l - aċċe ss tad- depożitanti għal depożiti koperti fil - kuntest ta’ proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza, jekk permess taħt il - liġi tal -Istat Membru fejn hija stabbilita l-SGD, skont l-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2014/49/UE (“il- kontribuzzjoni għall -funzjoni ta’ p roċedimenti ta’ insolvenza”).

3.3 Barra minn hekk, l- SGD għandhom iwettqu u jirrapportaw ir - riżultati tat -testijiet regolari tagħhom tal - fajl SCV, li jitwettqu mill - SGD fuq bażi regolari. It -testijiet regolari tal-fajl SCV huma wkoll testijiet ewlenin. Ir- riżu ltati tat-testijiet regolari tal- fajl SCV ma għandhomx jiġu konfużi jew imħallta mal -valutazzjoni tal- fajl SCV imwettqa meta jsir test ewlieni ddedikat għall -funzjoni ta’ ħlas lura. Fil - każ tal - aħħar, il -valutazzjoni tal- fajl SCV għandha tiġi rrapportata bħala parti mir- riżultati ta’ dan it -test ewlieni dwar il-kumpens tad- depożitant. 3.4 Jekk l-SGD implimentaw bidliet sinifikanti fis-sistemi jew il- proċessi matul iċ - ċiklu tal -ittestjar tal-istress, l- SGD huma meħtieġa jittestjaw mill - ġdid ċerti testijiet ewlenin matul iċ - ċiklu tal - ittestjar tal- istress li għaddej – jekk l-ittestjar mill- ġdid f’dan il - perjodu ta’ żmien ikun operazzjonalment fattibbli. Pereżempju, meta SGD tbiddel il - metodu ta’ żborż tagħha minn mudell ta’ bank aġent għal trasferiment elettroniku , bl- użu tal -pjattaforma tal-IT dedikata tal-SGD, il- proċessi ta’ żborż jinbidlu b’mod sinifikanti, u b’hekk biex tiġi żgurata r - reżiljenza, l -SGD għandha tittestja mill - ġdid il - funzjoni ta’ ħlas lura tagħha għall -indikaturi deskritti fil-Linja Gwida 4 li huma affettwati mill-bidla.

3.5 Skont it-test ewlieni, l- SGD se jużaw l -indikaturi deskritti fil-Linja Gwida 4. L- SGD għandhom jirrapportaw ir- riżultati dwar it - testijiet ewlenin ta’ hawn fuq lill - awtoritajiet maħtura u lill -EBA bl- użu tal -mudell ta’ rapportar ipprovdut fl-Anness 1.

3.6 Għal kull wieħed mit -testijiet ewlenin, l- SGD għandhom jirrapportaw lill -EBA bl- użu tal -mudell ta’ rapportar, sa massimu ta’ tliet testijiet.

3.7 Għandu jsir test ewlieni bħala testijiet minn tarf sa tarf mill - inqas darba għal kull ċ iklu tal-ittestjar tal-istress. L-iterazzjonijiet l- oħra tat -test ewlieni fl- istess ċiklu tal -ittestjar tal-istress jistgħu jitwettqu permezz ta’ serje ta’ testijiet granulari li flimkien ikopru l -indikaturi kollha relatati ma’ dan iċ - ċertu test ewlieni.

Funzjoni ta’ ħlas lura

3.8 L- SGD għandhom jittestjaw il - kapaċità tagħhom li jħallsu lura lid - depożitanti kif previst skont l - Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/49/UE. L- ebda SGD m’għandha tastjeni milli tittestja l - funzjoni ta’ ħlas lura minħabba li ttestjat il - funzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew ta’ prevenzjoni ta’ falliment deskritti aktar ’il quddiem, jew li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati kollha se jaqgħu taħt il -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27.

3.9 F’xenarju ta’ ħlas lura, l - SGD għandha tissimula l- falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar sabiex tivvaluta jekk l - ammont mħallas lura kif imsemmi fl -Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/49/UE hux se jkun disponibbli fil - perjodi ta’ ħlas lura preskritti fl -Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva.

3.10 Barra minn hekk, meta tiġi ttestjata r - reżiljenza tagħha biex tikkumpensa lid - depożitanti, l -SGD għandha tivvaluta l -kwalità tal- proċessi interni tagħha biex tiġbor u tanalizza l -fajls SCV u tikkomunika mal- istituzzjoni ta’ kreditu rilevanti għat -talba ta’ data ulterjuri/korrettiva jekk ikun meħtieġ. Dawn it -testijiet relatati mal- fajls SCV ma għandhomx jiġu konfużi jew imħallta mal-valutazzjonijiet regolari ta’ rutina tal-fajls SCV.

3.11 Matul il-perjodu tal-programm kif imsemmi fil-Linja Gwida 2, l- SGD għandhom japp likaw l-indikaturi deskritti fil-Linja Gwida 4 li huma applikabbli għall - funzjoni ta’ ħlas lura. Ħlas lura b’kooperazzjoni transkonfinali

3.12 Jekk l- SGD jaqdu rwol bħala SGD domestika jew SGD ospitanti skont l -Artikolu 14 tad-DSGD, l-SGD għandha tissimula l -fa lliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar b’fergħa waħda jew aktar fi Stat Membru ieħor.

3.13 L- SGD għandhom iwettqu dawn it -testijiet fir- rwoli li huma applikabbli għalihom: bħala SGD domestika, bħala SGD ospitanti jew fiż - żewġ rwoli jekk applikabbli. SGD għandha tittestja r - rwol tagħha bħala SGD ospitanti jekk tkun fi Stat Membru fejn ikun hemm mill - inqas fergħa waħda miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu minn Stat Membru ieħor. SGD għandha tittestja r- rwol tagħha bħala SGD domestika jekk kwalunkwe waħda mill - istituzzjonijiet membri tagħha jkollha fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor. SGD għandha tittestja ż - żewġ rwoli jekk japplikaw iż - żewġ każijiet. Jekk id - dispożizzjonijiet nazzjonali jipprevedu li SGD waħda tkun responsabbli mill- ġestjoni ta’ a zzjonijiet ta’ kumpens transkonfinali f’isem l-SGD l- oħra fis - seħħ fl-istess Stat Membru, ir- rekwiżit li jitwettqu testijiet ewlenin ta’ kooperazzjoni bejn id - domestiċi u l - ospitanti japplika biss għall -SGD rilevanti.

3.14 L- SGD għandhom jikkunsidraw l - użu, fejn possibbli, ta’ approċċ ibbażat fuq ir -riskju meta jagħżlu l - SGD sħab għall - ittestjar ta’ ħlas lura b’xenarju ta’ kooperazzjoni transkonfinali. Pereżempju, jekk l -SGD X hija domestika u ospitanti għal SGD Y, u tospita biss l-SGD Z, l-SGD X tista’ tiddeċiedi, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, li twettaq it -test fir-rwol domestiku għall -SGD Y, u fir- rwol ta’ ospitanti għall -SGD Z.

3.15 Matul il-perjodu tal-programm kif imsemmi fil-Linja Gwida 2, l- SGD għandhom japplikaw l - indikaturi speċifiċi għax - xenarju ta’ ħlas lura b’kooperazzjoni tal - pajjiż ospitanti, kif deskritt fil - Linja Gwida 4.

3.16 Jekk SGD ma tkunx tista’ twettaq tali test ewlieni minħabba li l - ebda SGD oħra ma għażlet li tipparteċipa bħala SGD sħab fil - kuntest ta’ eżerċizzji ta’ kooperazzjoni trans konfinali, dan għandu jiġi speċifikat fil - mudell ta’ rapportar bħala “qasam mhux ittestjat” kif previst fil - paragrafu 5.7.

Kontribuzzjoni għal riżoluzzjoni

3.17 Xenarji ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l -intervent b’rabta ma’ istituzzjoni ta’ kreditu affiljata li tqiegħdet taħt riżoluzzjoni skont id -Direttiva 2014/59/UE u li għaliha kontribuzzjoni tal -SGD hija meħtieġa skont l -Artikolu 109 ta’ dik id-Direttiva.

3.18 It-testijiet tal-istress tal- SGD taħt xenarji ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitwettqu fuq bażi awtonoma jew jistgħu jkunu parti minn test ta’ riżoluzzjoni usa’ mwettaq taħt it - tmexxija ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, sakemm is -sett dedikat ta’ indikaturi deskritti f’Linja Gwida 4 huma ttestjati u applikati, rispettivament.

3.19 Fejn test tal-istress tal- SGD taħt xenarju ta’ riżoluzzjoni huwa mwettaq fuq bażi awtonoma, l - SGD għandha tikkonsulta lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni għat - tfassil tax - xenarju u t - twettiq tat - test u għandha titlobha sabiex tipparteċipa fit -test. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkoperaw mal-SGD u jipprovdulhom l- informazzjoni meħtieġa, jew direttament jew permezz ta’ awtoritajiet maħtura, sabiex ifasslu u jwettqu testijiet tal -istress.

3.20 Il-livell assunt ta’ kontribuzzjoni tal- SGD għall -finanzjament tar- riżoluzzjoni għandu jkun ikkalibrat b’kunsiderzzjoni tar-regoli stipulati fl-Artikoli 108 u 109 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-profil tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżulin għat - test li jinvolvi xenarju ta’ riżoluzzjoni.

3.21 F’każijiet ta’ eċċezzjoni, wara konsultazzjoni mal -awtorità ta’ r iżoluzzjoni, SGD tista’ tastjeni mill- ittestjar ta’ xenarji ta’ riżoluzzjoni fejn hi tiddetermina li l -ebda istituzzjoni tal-kreditu affiljata ma taqa’ fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27.

Prevenzjoni tal-falliment

3.22 Fejn, skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, SGD għandha permess tuża fondi għall - prevenzjoni ta’ falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, din għandha twettaq mill - inqas żewġ tipi ta’ testijiet:

  • • test li jissimula deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu affiljata waħda jew aktar, inkluż il - pożizzjoni kapitali, il -kwalità tal-assi u l- pożizzjoni ta’ likwidità tagħha. F’dan il -kuntest, it- test għandu jivvaluta jekk l - SGD hux se tkun kapaċi tipprevjeni falliment taħt il -kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, inkluż billi tikkunsidra t - tip ta’ miżuri alternattivi li jistgħu jiġu implimentati u jekk l- SGD ikollhiex il - mezzi finanzjarji disponibbli sabiex tipprovdi l - appoġġ meħtieġ; u
  • • test tas- sistemi ta’ monitoraġġ tar-riskju tal- SGD. Fejn ikunu ġew irrekordjati sitwazzjonijiet ta’ periklu fil-passat, l- SGD għandhom jiddeterminaw jekk is - sistemi ta’ monitoraġġ kinux kapaċi jagħrfu l -imminenza tar-riskju.

3.23 It-testijiet tal-istress tal-SGD relatati mal-prevenzjoni tal- falliment għandhom jitwettqu permezz ta’ sett dedikat ta’ indikaturi deskritti fil-Linja Gwida 4.

Kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza

3.24 It-testijiet ewlenin relatati mal-kontribuzzjoni tal- SGD għall - proċedimenti ta’ insolvenza għandhom jassumu intervent biex jippreservaw l - aċċess tad - depożitanti għad - depożiti koperti fil-kuntest tal- proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza skont l -Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2014/49/UE.

3.25 It-testijiet tal-istress tal-SGD relatati mal- kontribuzzjoni għall -pr oċedimenti ta’ insolvenza għandhom jitwettqu permezz ta’ sett dedikat ta’ indikaturi deskritti fil -Linja Gwida 4. Għażla ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati li għandhom jiġu inklużi fit -testijiet ewlenin

3.26 Bil- għan li jitwettqu testijiet ewlenin, SGD għandha tagħżel istituzzjoni ta’ kreditu affiljata tagħha waħda jew aktar li l - profil tagħha jkun adegwat b’rabta mal -fokus ippjanat tat-test, inkluż it -tip ta’ funzjonijiet, is-severità u l- kumplessità tax - xenarju, u l - firxa ġeografika.

3.27 SGD għandha tagħżel istituzzjoni ta’ kreditu affiljata waħda jew aktar meqjusa bħala rilevanti bil- ħsieb li tiġi ttestjata l - kontribuzzjoni għal riżoluzzjoni. L - SGD għandhom jikkunsidraw li jagħżlu istituzzjoni ta’ kreditu affiljata waħda jew aktar f’konsultazzjoni mal -awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

Is- severità u l - kumplessità tat - testijiet ewlenin

3.28 L- SGD għandhom jittestjaw ix - xenarji filwaqt li jassumu livelli differenti ta’ severità u kumplessità. Madankollu, l- EBA tirrikonoxxi li hemm limitu għall -kumplessità u s-severità dejjem akbar tat- testijiet, u li x - xenarji tat -test tal- istress għandhom jibqgħu realistikament applikabbli għall - SGD. Għalhekk, maż - żmien, l - SGD għandhom japplikaw xenarji dejjem aktar sofistikati u severi, filwaqt li jżommu valutazzjonijiet tal - kapaċità li jiġu ġestiti xenarji ta’ referenza li jistgħu jkunu realistikament mistennija. Pereżempju, SGD tista’ inizjalment twettaq test ta’ kooperazzjoni transfruntiera fir-rwol tal- SGD domestika ma’ SGD oħra bħala SGD ospitanti. Sussegwentement, l- SGD tista’ żżid il -kumplessità tat- test billi twettaq test ieħor ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma’ żewġ jew tliet SGD ospitanti fl - istess ħin. L - SGD jistgħu jżidu wkoll il-livell ta’ severità u kumplessità tad-disinn tal- eżerċizzji tat -test tal- istress, pereżempju billi jagħżlu tip differenti ta’ eżerċizzju (jiġifieri SGD tista’ inizjalment twettaq eżerċizzju ta’ simulazzjoni (desktop exercise) biex tivvaluta ċertu aspett u sussegwentement, simulazzjoni għall -valutazzjoni ta’ dak l-aspett).

3.29 L- SGD għandhom jikkunsidraw li jżidu saff ieħor ta’ kumplessità u stress ma’ wieħed jew aktar mit- testijiet ewlenin, billi jżidu mat - test ewlieni magħżul xenarju “speċjali” bi sfidi severi ta’ kontinwità tan- negozju jew ċirkostanzi esterni li jġibu stress żejjed għal SGD biex twettaq il - funzjonijiet tagħha, deskritti fil -Linja Gwida 4.

3.30 L- SGD għandhom jirrapportaw jekk u kif żiedu s -severità u l- kumplessità matul iż - żmien tat - testijiet tal- istress imwettqa mill - SGD (meta mqabbla maċ - ċiklu preċedenti tal -ittestjar tal-istress jew, fe jn applikabbli, fiċ - ċiklu tal -ittestjar tal- istress irrapportat). SGD għandha tikkunsidra li żżid is -severità u l-kumplessità ta’ test tal- istress minn ċiklu tal -ittestjar tal-istress għal ieħor. SGD għandha tikkunsidra wkoll li żżid is -severità u l-kumple ssità ta’ żewġ testijiet tal- istress simili (dedikati għall - istess funzjoni legali) imwettqa fl - istess ċiklu tal -ittestjar tal-istress.

3.31 Sabiex tkun żgurata rilevanza storika, l - SGD għandhom, fuq il - programm tagħhom kif imsemmi fil-Linja Gwida 2, jittestjaw xenarji li jivvalutaw il - kapaċità tas - sistemi tagħhom li jindirizzaw każijiet ta’ intervent ta’ tip u intensità esperjenzati fil -passat, u b’mod partikolari matul il-perjodu tal-2008-2012.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/