+9.1 Kriterji ġenerali
---+127. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami bir - reqqa u komprensiv tal - …
---+128. Il- CAM stabbilita hawnhekk għandha l - għan li tiggwida l - valutazzjoni mill -awtoritajiet …
---+129. Għall -finijiet ta’ din it- taqsima, u b’mod konsistenti mal -paragrafu 13, il- qafas ta’ …
---+130. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim komprensiv ta’ kif l - istituzzjoni ta’ …
---+131. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li d - dokumenti ta’ applikazzjoni …
---+132. L- intensità tal - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tar- rekwiżiti ta’ governanza …
---+133. Il- valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id -dokumenti u l- informazzjoni sottomessi mill - …
|
9.1 Kriterji ġenerali
9.1 Kriterji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
127. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami bir - reqqa u komprensiv tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami bir - reqqa u komprensiv tal - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi r elatati mal- governanza interna tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, filwaqt li jżommu f’moħħhom li skont l -Artikolu 10(2) tas - CRD, fil - każ ta’ nuqqas li tintwera ġestjoni tar - riskju soda u effettiva minn dik l - istituzzjoni, l -awtoritajiet kompetenti ik ollhom jirrifjutaw l - għoti tal - awtorizzazzjoni.
|
|
128. Il- CAM stabbilita hawnhekk għandha l - għan li tiggwida l - valutazzjoni mill -awtoritajiet …
|
Il- CAM stabbilita hawnhekk għandha l - għan li tiggwida l - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tad- dokumenti ta’ applikazzjoni relatati mal - arranġamenti ta’ governanza interna, l- istruttura operattiva, il -politiki u l- proċessi. Il - CAM tipprovdi gwida dwar l -elementi u l- aspetti ewlenin li għandhom jiġu vvalutati mill - awtoritajiet kompetenti għall -fini tal- għoti tal - awtorizzazzjoni u hija mingħajr preġudizzju għall - applikazzjoni ta’ partijiet addizzjonali tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna (it- tieni reviżjoni)27 , il-Linji Gwida tal- EBA u tal -ESMA dwar il- valutazzjoni tal -idoneità tal- membri tal - korp ta’ ġestjoni u d - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin (riveduti)28 , il-Linji Gwida tal-EBA dwar ir- rimunerazzjoni (riveduti)29 , il-Linji Gwida tal-EBA dwar l- arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni30 u l-Linji Gwida tal-EBA dwar l- ICT u l - ġestjoni tar- riskju tas - sigurtà31 . Il- valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandu jkollha l- għan li tiżgura l -konformità tal- istituzzjoni ta’ kreditu mal - Linji Gwida tal-EBA msemmija.
27 EBA/GL/2021/05 tat- 2 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/guidelines -internal-governance-second - revision 28 EBA/GL/2021/06 tat- 2 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/joint - esma -and-eba- guidelines - assessment - suitability - members -management-body- revised 29 EBA/GL/2021/04 tat- 2 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/remuneration/guidelines -on- sound -remuneration- policies - second - revision 30 EBA/GL/2019/02 tal- 25 ta’ Frar 2019, disponibbli fuq https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/internal-governance/guidelines -on- outs ourcing- arrangements 31 EBA/GL/2019/04 tad- 29 ta’ Novembru 2019, disponibbli fuq https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/internal-governance/guidelines -on-ict-and- security - risk -management
|
|
129. Għall -finijiet ta’ din it- taqsima, u b’mod konsistenti mal -paragrafu 13, il- qafas ta’ …
|
Għall -finijiet ta’ din it- taqsima, u b’mod konsistenti mal -paragrafu 13, il- qafas ta’ governanza, b’mod partikolari l- qafas ta’ kontroll intern, inkluż il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju, ikopri wkoll ir - riskju tal - ML/TF u għandu jiġi vvalutat f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi tar - Riskju ta’ ML /TF32 meta tiġi vvalutata l - adegwatezza tal -politiki u l- proċeduri tal - AML/CFT tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti.
32 EBA/GL/2021/02 tal- 1 ta’ Marzu 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e- money/revised - guidelines -on-ml-tf- risk - factors
|
|
130. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim komprensiv ta’ kif l - istituzzjoni ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim komprensiv ta’ kif l - istituzzjoni ta’ kreditu hija organizzata u viżjoni ċara dwar i l- governanza u l - istruttura operattiva tagħha, kif ukoll arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi oħra, li għandhom jitfasslu tajjeb. L - applikant għandu jkun mgħammar b’mod adegwat biex jitqies li huwa kapaċi biżżejjed biex iwettaq l -attivitajiet immirati b’mod sod u prudenti.
|
|
131. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li d - dokumenti ta’ applikazzjoni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li d - dokumenti ta’ applikazzjoni jipprevedu arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi li juru b’mod adegwat il - preżenza ta’ struttura ta’ governanza ċara, trasparenti u robusta li tiżgura teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u governanza tajba, u li s - setgħat u r - responsabbiltajiet ikunu allokati b’mod ċar fil - livelli kollha tal- organizzazzjoni u fost il -korpi governattivi.
|
|
132. L- intensità tal - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tar- rekwiżiti ta’ governanza …
|
L- intensità tal - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tar- rekwiżiti ta’ governanza interna għandha tqis il -kriterji tal- proporzjonalità stabbiliti fil -paragrafi 17–21 ta’ dawn il-Linji Gwida u l-profil tar- riskju individwali tal -applikant.
|
|
133. Il- valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id -dokumenti u l- informazzjoni sottomessi mill - …
|
Il- valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id -dokumenti u l- informazzjoni sottomessi mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 1, l-ittra l), l-Artikolu 4, l-ittri (g) u (h) u l -Artikolu 5(1), l- ittri (b) sa (f) tal - RTS dwar l- informazzjoni għall -awtorizzazzjoni u kwalunkwe dokument addizzjonali li l - awtorità kompetenti titlob skont l -Artikolu 10(1) ta’ dawk l- RTS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|