+92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …

92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …

Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar -remunerazzjoni, il- politiki ta’ reklutaġġ, l - iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs20 għall -persunal kollu indipendenti mill- ġeneru tagħhom, inkluż fir -rigward tal-perspettivi tal-karriera u jimmiraw li jtejbu r- rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali kif ukoll fil - grupp ta’ persunal li għandu responsabbiltajiet maniġerjali kif definit fir-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar il - persunal identifikat). Id-ditti tal- investiment għandh om jimmonitorjaw ix-xejra fid-differenza bejn il- ġeneri fil -pagi. Fejn id-ditti tal- investiment għandhom 50 membru tal-persunal jew aktar21 , il- monitoraġġ għandu jkun separat għall - persunal identifikat (esklużi l -membri tal-korp maniġerjali), il -membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, il -membri tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja u persunal ieħor. L - istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki li jiffaċilitaw l -integrazzjoni mill- ġdid tal -persunal wara liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri.22


20 Ara wkoll id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol

21 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034

22 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/