+9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
---+90. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
---+91. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni …
---+92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …
---+93. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
---+94. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
---+95. Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u …
|
9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
90. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
|
Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li jitqiesu l - ħtiġijiet u l - karatteristiċi speċifiċi tad -ditta tal-investiment, u għandu jiżgura l -implimentazzjoni ta’ dawn l- istandards (permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strument simili). Għandu jissorvelja wkoll l -aderenza tal-persunal ma’ dawn l-istandards. Fejn applikabbli, il- korp maniġerjali jista’ jadotta u jimplimenta l -istandards tal-grupp jew standards komuni dikjarati mill- assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet oħra rilevanti.
|
|
91. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni tal-persunal fuq bażi ta’ ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l - appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
|
|
92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …
|
Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar -remunerazzjoni, il- politiki ta’ reklutaġġ, l - iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs20 għall -persunal kollu indipendenti mill- ġeneru tagħhom, inkluż fir -rigward tal-perspettivi tal-karriera u jimmiraw li jtejbu r- rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali kif ukoll fil - grupp ta’ persunal li għandu responsabbiltajiet maniġerjali kif definit fir-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar il - persunal identifikat). Id-ditti tal- investiment għandh om jimmonitorjaw ix-xejra fid-differenza bejn il- ġeneri fil -pagi. Fejn id-ditti tal- investiment għandhom 50 membru tal-persunal jew aktar21 , il- monitoraġġ għandu jkun separat għall - persunal identifikat (esklużi l -membri tal-korp maniġerjali), il -membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, il -membri tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja u persunal ieħor. L - istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki li jiffaċilitaw l -integrazzjoni mill- ġdid tal -persunal wara liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri.22
20 Ara wkoll id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol 21 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034 22 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034
|
|
93. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
|
L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ governanza tal- istituzzjoni u li jnaqqsu r - riskju li għalih hija esposta id -ditta tal-investiment, b’mod partikolari r-riskji operattivi u ta’ reputazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il -profittabbiltà u s- sostenibbiltà ta’ istituzzjoni minħabba multi, spejjeż ta’ litigazzjoni, restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet kompetenti, penali finanzjarji u kriminali oħrajn, k if ukoll it-telf tal-valur tal-marka u tal- fiduċja tal -konsumaturi.
|
|
94. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
|
Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom: - a. ifakkru lill-persunal li l-attivitajiet kollha tad-ditta tal- investiment għandhom isiru skont il- liġi applikabbli u skont il -valuri korporattivi tad-ditta tal-investiment;
- b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji permezz ta’ kultura tar- riskju b’saħħitha f’konformità mat- Taqsima 9 tal-linji gwida, li jwasslu l-aspettattiva tal- korp maniġerjali li l-attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill- predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mid-ditta tal-investiment u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-persunal;
- c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall -frodi, il- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il -protezzjoni tal-konsumatur, reati tat- taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament, ink luż permezz ta’ skemi illegali jew ipprojbiti ta’ arbitraġġ tad -dividendi;
- d. jiċċaraw li minbarra l -konformità mar- rekwiżiti legali u regolatorji u mal -politiki interni, il- persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħ u bil- ħila, bl -attenzjoni u bid- diliġenza dovuta; u
- e. jiżguraw li l -persunal ikun konxju mill-azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.
|
|
95. Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u …
|
Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u jiżguraw is -sensibilizzazzjoni tal- persunal, eż. billi jipprovdu taħriġ. Id -ditti tal-investiment għandhom jiddefinixxu l -funzjoni responsabbli mill- monitoraġġ tal -konformità u mill-valutazzjoni tal-ksur tal- kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strumenti simili kif ukoll proċess biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ nonkonformità. Ir- riżultati għandhom jiġu rrapportati perjodikament lill- korp maniġerjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|