+18.5 Kap tal-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju
---+179. Fejn stabbilit, il-kap tal-RMF g ħandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni …
---+180. Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta …
---+181. Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tad …
---+182. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ d …

18.5 Kap tal-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju

18.5 Kap tal-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
179. Fejn stabbilit, il-kap tal-RMF g ħandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni …

Fejn stabbilit, il-kap tal-RMF g ħandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni komprensiva u li tinftiehem dwar ir- riskji u għall - għoti ta’ pariri lill - korp maniġerjali, sabiex dan il-korp ikun jista’ jifhem il-profil tar- riskju ġenerali tad -ditta tal-investiment. L-istess japplika għall -kap tal-RMF ta’ ditta tal- investiment prinċipali fir -rigward tas-sitwazzjoni konsolidata. Meta ma tkun ġiet stabbilita l -ebda funzjoni indipendenti, ir-responsabbiltajiet tal-kap tal-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji jkunu tal-persunal li lilu jkunu fdati l- proċeduri tal - ġestjoni tar - riskji jew tal-membri tal- korp maniġerjali direttament.

180. Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta …

Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta deċiżjonijiet li jaffettwaw l -iskopertura ta’ ditta tal- investiment għar -riskju. Meta l-kap tal-RMF ma jkunx membru tal- korp maniġerjali, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, id-ditti tal- investiment għandhom jaħtru kap indipendenti tal -RMF li ma jkollux responsabbiltajiet għal funzjonijiet oħra u jirrapporta direttament għand il -korp maniġerjali. Fejn ma jkunx proporzjonat li tinħatar persuna li hija ddedikata biss għar -rwol ta’ kap tal- RMF, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, din il-funzjon i tista’ tiġi kkombinata mal -funzjoni tal-kap ta’ verifika tal-konformità jew tista’ ssir minn persuna oħra f’kariga għolja, dment li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejn il - funzjonijiet kombinati. Fi kwalunkwe każ, din il - persuna għandu jkollha biżżej jed awtorità, statura u indipendenza (eż. kap ta’ funzjoni legali).

181. Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tad …

Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tad -ditta tal-investiment u mill- korp maniġerjali tagħha, u r - raġunijiet għall - oġġezzjonijiet għandhom ikunu dokumentati b’mod formali. Jekk ditta tal- investiment tkun tixtieq tagħti lill -kap tal-RMF id- dritt ta’ veto fuq deċiżjonijiet (eż. deċiżjoni dwar kreditu jew investiment jew l -iffissar ta’ limitu) li jsiru f’livelli taħt dak tal - korp maniġerjali, għandha tispeċifika l -kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali dritt ta’ veto, il- proċeduri ta’ eskalazzjoni jew ta’ appell, kif ukoll il -mod ta’ involviment tal- korp maniġerjali.

182. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ d …

Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ d eċiżjonijiet li dwarhom il -kap tal-RMF ikun esprima opinjoni negattiva. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun jista’ jikkomunika direttament mal -kap tal-RMF dwar kwistjonijiet ewlenin ta’ riskju, inkluż żviluppi li jistgħu ma jku nux konsistenti mal- istrateġija tar-riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/