+6.3 Valutazzjoni tal - idoneità ta’ membri tal - korp maniġerali u tad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija
---+55. Fil- valutazzjoni jew fir - rivalutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u …
---+56. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li membru tal - korp maniġerjali jew detentur ta’ …
---+57. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżur prudenzjali …
---+58. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom fuq inizjattiva proprja jikkondividu mas - …
---+59. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest tal - valutazzjonijiet tal - idoneità għandha tingħata …
|
6.3 Valutazzjoni tal - idoneità ta’ membri tal - korp maniġerali u tad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija
Superviżuri prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
55. Fil- valutazzjoni jew fir - rivalutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u …
|
Fil- valutazzjoni jew fir - rivalutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u tad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija, is - superviżuri prudenzjali għandhom, fejn jitqies neċessarju, jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mas - superviżuri rilevanti fil - qasam tal - AML/CFT għall - fini tal- valutazzjoni tagħhom, b’mod partikolari, fir - rigward tal - valutazzjoni dwar jekk hemmx motivazzjonijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun qed isir jew ikun sar jew kien hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l - istituzzjoni. Is - superviżuri prudenzjali għandhom, fejn jitqies neċessarju, jitolbu informazzjoni mis - superviżuri rilevanti fil - qasam t al- AML/CFT għall -fini tal- valutazzjoni tagħhom skont il - Linji Gwida Konġunti tal -ESMA u tal- EBA dwar il - valutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u tad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija skont id - Direttiva 2013/36/UE u d- Direttiva 2014/65/UE11 .
11 Il- Linji Gwida konġunti tal -ESMA u tal- EBA dwar il - valutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u tad - detenturi tal - funzjoni ewlenija skont id- Direttiva 2013/36/UE u d- Direttiva 2014/65/UE (EBA/GL/2021/06).
|
|
56. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li membru tal - korp maniġerjali jew detentur ta’ …
|
Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li membru tal - korp maniġerjali jew detentur ta’ funzjoni ewlenija ma jkunx xieraq abbażi tal - fatti rilevanti fil - kuntest tar - riskji jew avvenimenti tal - ML/TF, is - superviżur prudenzjali għandu jikkondividi s - sejbiet u d- deċiżjonijiet tiegħu mas - superviżur rilevanti fil - qasam tal - AML/CFT u mal - unità tal - intelligence finanzjarja. Superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT
|
|
57. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżur prudenzjali …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżur prudenzjali, jikkondividu l - informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalihom biex jinfurmaw il - valutazzjoni u r - rivalutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali, u tad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija. Fejn xieraq, is - superviżur fil - qasam tal - AML/CFT għandu jfittex ukoll informazzjoni mill - unità tal - intelligence finanzjarja bħala parti minn dan, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għas - superviżur prudenzjali jew ma tkunx intalbet mill - unità tal - intelligence finanzjarja mis - superviżur prudenz jali.
|
|
58. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom fuq inizjattiva proprja jikkondividu mas - …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom fuq inizjattiva proprja jikkondividu mas - superviżuri prudenzjali informazzjoni li titqies rilevanti għall - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni tal- idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi ta’ funzjoni ewlenija fejn jinqalgħu fatti ġodda jew preċedentement mhux magħrufa relatati mal -ML/TF.
|
|
59. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest tal - valutazzjonijiet tal - idoneità għandha tingħata …
|
L- informazzjoni mitluba fil - kuntest tal - valutazzjonijiet tal - idoneità għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed fid -dawl tal- perjodu ta’ żmien legali qasir għal tali valutazzjonijiet mis - superviżur prudenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|