+7.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+266. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal - valutazzjoni kapitali tal - …
---+267. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l - ammont …
---+268. Sabiex jindirizzaw l - inadegwatezzi potenzjali tal - kapital, inkluż f’kundizzjonijiet …
---+269. Meta jistabbilixxu r - rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali u, meta rilevanti, P2G, l - …
---+270. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta …
---+271. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu r - rekwiżit ta’ fondi …
---+272. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji …
|
7.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
7.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
266. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal - valutazzjoni kapitali tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal - valutazzjoni kapitali tal - SREP jekk il - fondi proprji miżmuma mid - ditta tal - investiment jipprovdux kopertura soda tar - riskji għall - kapital li joħorġu minn negozji regolati u mhux regolati li d - ditta tal - investiment tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, jekk toħloq għal oħrajn, jekk tali riskji huma vvalutati bħala materjali għad - ditta tal - investiment.
|
|
267. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l - ammont …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l - ammont ta’ fondi proprji addizzjonali li d - ditta tal - investiment hija meħtieġa żżomm biex tkopri r - riskji u l - elementi tar - riskji li d - ditta tal - investiment tkun esposta għalihom jew toħloq għal oħrajn, li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mill - Partijiet Tlieta u Erbgħa tar - Regolament (UE) 2019/2033. Meta meħtieġ, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fil - mekkaniżmi ta’ governanza u kontroll, f’mudelli interni użati għal skopijiet regolatorji kif ukoll fil - valwazzjoni prudenti tal - portafoll tan - negozjar tad - ditta tal - investiment, jew biex jiġi indirizzat il - falliment ripetut tad - ditti tal - investiment li jżommu livell adegwat ta’ gwida dwar il - fondi proprji addizzjonali. Ir - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jiġi ssodisfat mid - ditta tal - investiment f’kull ħin.
|
|
268. Sabiex jindirizzaw l - inadegwatezzi potenzjali tal - kapital, inkluż f’kundizzjonijiet …
|
Sabiex jindirizzaw l - inadegwatezzi potenzjali tal - kapital, inkluż f’kundizzjonijiet negattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri superviżorji xierqa, inkluż, meta rilevanti, billi jistabbilixxu u jikkomunikaw gwida dwar il - fondi proprji addizzjonali P2G), li hija l - ammont tal - kapital li d - ditta tal - investiment hija mistennija li żżomm biex tiżgura li ċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku ma jwassalx għal ksur tal - fondi proprji u tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali jew ma jheddidx il - kapaċità tad - ditta tal - investiment għall - stralċ u għat - twaqqif tal - attivitajiet b’mod ordnat.
|
|
269. Meta jistabbilixxu r - rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali u, meta rilevanti, P2G, l - …
|
Meta jistabbilixxu r - rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali u, meta rilevanti, P2G, l - awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. iqisu kwalunkwe miżura superviżorja li l - awtorità kompetenti tkun applikat jew li tkun qed tippjana li tapplika għal ditta tal - investiment f’konformità mat - Titolu 10 u b’kont meħud tal - paragrafi 291 sa 293 ;
- b. jissostanzjaw b’mod ċar id - deċiżjoni li jiġu imposti rekwiżiti u gwida ta’ fondi proprji addizzjonali;
- c. japplikaw rekwiżit u gwida ta’ fondi proprji addizzjonali b’mod konsistenti biex tiġi żgurata konsistenza wiesgħa tal - eżiti prudenzjali fost id - ditti tal - investiment.
|
|
270. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta tal - investiment u l - impatt taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku fuqhom bħala element determinanti ewlieni tal - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment. Din id - determinazzjoni 79 għandha titqassar u tiġi riflessa f’punteġġ ibbażat fuq il - kriterji speċifikati fit - tmiem ta’ dan it - titolu.
|
|
271. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu r - rekwiżit ta’ fondi …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu r - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali u, meta rilevanti, il - P2G f’konformità mal - mudell ta’ inkarigu minimu speċifikat fit - Titolu 2. B’mod partikolari, il - frekwenza minima li biha tali rekwiżit addizzjonali u, meta rilevanti, il - P2G jiġu ddeterminati u stabbiliti għandha ssegwi l - frekwenza tal - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital skont il - mudell ta’ inkarigu minimu tal -SREP.
|
|
272. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji …
|
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għal ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi, li jikkonformaw mal - kriterji tal - Artikolu 12 tar - Regolament (UE) 2019/2033 , meta dawn jitqiesu ġustifikati u fuq bażi ta’ każ b’każ. Tali ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi mhuma soġġetti għall - ebda P2G, skont l - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|