+5.4 k apaċitajiet ta’ sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali
---+84. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jissottomettu informazzjoni f’waqtha u preċiża …
---+85. F’konformità mal- prinċipju tal - proporzjonalità u biex jappoġġjaw il - proċessi msemmija fil …
---+86. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw l -identifikazzjoni tal-perimetru tat-trasferiment …
---+87. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżviluppaw aspettattivi f’termini ta’ data …
---+88. Fil- każ tal - għ odda tas-separazzjoni tal-assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw …
---+89. L-istituzzjonijiet, f’konformità mat- taqsima 4.2 ta’ dawn il- linji gwida, jenħtieġ li jkunu …
---+90. Fil-playbooks tat-trasferimenti, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jispjegaw kif jistgħu …
---+91. L-isti tuzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw arranġamenti li jappoġġjaw il -produzzjoni ta’ …
---+92. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li juru kif is - separazzjoni, li tappoġġja l - eżekuzzjoni …
---+93. Is- sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed biex …

5.4 k apaċitajiet ta’ sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali

5.4 k apaċitajiet ta’ sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
84. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jissottomettu informazzjoni f’waqtha u preċiża …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jissottomettu informazzjoni f’waqtha u preċiża lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati qabel, matul u wara r-r iżoluzzjoni. L - istituzzjonijiet jenħtieġ li jkollhom Sistemi ta’ Informazzjoni Maniġerjali u infrastrutturi teknoloġiċi adegwati sabiex jimplimentaw l - istrateġija ta’ riżoluzzjoni f’waqtha f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE.

85. F’konformità mal- prinċipju tal - proporzjonalità u biex jappoġġjaw il - proċessi msemmija fil …

F’konformità mal- prinċipju tal - proporzjonalità u biex jappoġġjaw il - proċessi msemmija fil - paragrafu 75 ta’ dawn il-linji gwida, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu, fuq talba tal - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jipprovdu informazzjoni granulari dwar il -komponenti tal-perimetru tat- trasferiment u jaġġornaw id - data meħtieġa għat -trasferiment; id-differenza fil-ħin bejn id -data tal- għeluq tal -informazzjoni u d- data ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun żgħira kemm jista’ jkun. Il- livell ta’ granularità jenħtieġ li jippermetti li l - oġġetti trasferiti jiġu vvalutati separatament mill- bqija tal - oġġetti u jippermetti lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi dwar l - ispeċifiċitajiet tas -separazzjoni u t-trasferiment u tidentifika l- oġġetti tat -trasferiment skont dak li huwa meħtieġ għall -att ta’ implimentazzjoni nazzjonali.

Informazzjoni biex jiġi identifikat il -perimetru tat-trasferiment ewlieni

86. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw l -identifikazzjoni tal-perimetru tat-trasferiment …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw l -identifikazzjoni tal-perimetru tat-trasferiment b’informazzjoni dwar il- livell ta’ oġġetti individwali (obbligazzjonijiet, assi u drittijiet), inkluż:

  • - L- immappjar ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin għal kull oġġett;
  • - Il- klassifikazzjoni ta’ oġġetti (bħat -tip ta’ assi/obbligazzjoni; l-informazzjoni dwar il-kontroparti, u t-tip ta’ kollateral);
  • - Il-kwalità tal-assi u l-indikaturi tar- riskju (bħal klassifikazzjoni PL/NPL, RWA u informazzjoni kollaterali, assi likwidi ta’ kwalità għolja);
  • - Aspetti legali (inklużi l - liġi li tirregola u r -rikonoxximent tas- setgħat tat -trasferiment tad-Direttiva 2014/59/UE u kwalunkwe limita zzjoni kuntrattwali potenzjali għat -trasferibbiltà tal-istrument rilevanti);
  • - Informazzjoni tal- kontabilità (bħall -valur nett tal-assi, l-ammont barra l-karta tal- bilanċ u l - ammont tal-provvediment ta’ telf minn self), meta rilevanti.
87. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżviluppaw aspettattivi f’termini ta’ data …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżviluppaw aspettattivi f’termini ta’ data rigward it-trasferiment u l- għodod tat - trasferiment meqjusa li jikkumplimentaw il - paragrafu preċedenti skont il- prinċipju ta’ proporzjonalità promoss mid -Direttiva 2014/59/UE.

88. Fil- każ tal - għ odda tas-separazzjoni tal-assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw …

Fil- każ tal - għ odda tas-separazzjoni tal-assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw kapaċitajiet biex iwettqu eżerċizzju dijanjostiku kif definit mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal - prinċipji stabbiliti fil -linji gwida tal- EBA dwar testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji li jistgħu jwasslu għal miżuri ta’ appoġġ20 .

Data għall -valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet


20 EBA/GL/2014/09.

89. L-istituzzjonijiet, f’konformità mat- taqsima 4.2 ta’ dawn il- linji gwida, jenħtieġ li jkunu …

L-istituzzjonijiet, f’konformità mat- taqsima 4.2 ta’ dawn il- linji gwida, jenħtieġ li jkunu wkoll kapaċi jidentifikaw:

  • - L-interkonnessjonijiet salvagwardjati mill-Artikoli 76 sa 80 tad-Direttiva 2014/59/UE – inklużi: l - immappjar ta’ ftehimiet ta’ netting u ta’ paċa u mmappjar ta’ obbligazzjonijiet garantiti u kollaterali korrispondenti.
  • - L- interkonnessjonijiet, li mhumiex salvagwardjati b’mod espliċi tu mid-Direttiva 2014/59/UE – bħal, pereżempju: l - immappjar ta’ faċilitajiet għal IDs tal -kuntratti biex jiġu identifikati oġġetti taħt l -istess kuntratt u konnessjonijiet bejn entitajiet legali differenti bħal ittra ta’ konfort.
  • - Il-konnessjonijiet ekonomi ċi u kummerċjali – bħal, pereżempju: informazzjoni dwar l - iħħeġġjar u r -relazzjonijiet mal-klijenti; jew
  • - Riskji ta’ litigazzjoni.

Gwida speċifika dwar il - bejgħ ta’ għodda ta’ negozju

90. Fil-playbooks tat-trasferimenti, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jispjegaw kif jistgħu …

Fil-playbooks tat-trasferimenti, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jispjegaw kif jistgħu jistabbilixxu malajr kamra tad- data virtwali li jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex ix - xerrej iwettaq id - diliġenza dovuta tal -perimetru tat-trasferiment u jissodisfa l-aspettattivi tal- proċess tal - bejgħ tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni.

91. L-isti tuzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw arranġamenti li jappoġġjaw il -produzzjoni ta’ …

L-isti tuzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw arranġamenti li jappoġġjaw il -produzzjoni ta’ pjanijiet ta’ negozju, li wkoll potenzjalment jinqasmu bejn pjan għall - portafoll ta’ trasferiment u wieħed għall - portafoll li jibqa’ fl -istituzzjoni b’legat.

Sistemi ta’ inf ormazzjoni maniġerjali biex tiġi żgurata l -kontinwità operattiva

92. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li juru kif is - separazzjoni, li tappoġġja l - eżekuzzjoni …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li juru kif is - separazzjoni, li tappoġġja l - eżekuzzjoni operattiva tat - trasferiment, tista’ tiġi implimentata malajr fis -sistemi tal-bank, billi tipprovdi kontinwità tal-kapaċitajiet ta’ sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali għall - entità b’legat kif ukoll għall -entità li tirċievi (bħal, pereżempju, is -separazzjoni tal-entrati tal-kontabilità) meta jkun previst mill-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u f’konformità mal -paragrafu 81 ta’ dawn il-linji gwida21 .

Kapaċitajiet oħra ta’ sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali


21 Kif ukoll mal -punt (11) tat- Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE.

93. Is- sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed biex …

Is- sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed biex jippermettu aġġustamenti għall -perimetru trasferit wara r- riżoluzzjoni (trasferimenti mill - ġdid). Pereżempju, tali aġġustamenti jkun jeħtieġ li jiġu riflessi bla xkiel fil - kontijiet ta’ ġestjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/