+Rapportar intern
---+63. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
---+64. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
---+65. Ir - rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
---+66. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
---+67. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
---+68. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
---+69. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …

Rapportar intern

Rapportar intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
63. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …

Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u komprensiva dwar l - iskoperturi tagħhom għall - IRRBB. Il - frekwenza tar - rapporti interni għandha tkun ta’ mill - anqas darba kull 3 xhur.

64. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …

Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu b’informazzjoni f’livelli rilevanti ta’ aggregazzjoni (skont il - livell ta’ konsolidazzjoni u l - munita), u jiġu rieżaminati regolarment. Ir - rapporti għandhom jinkludu livell ta’ informazzjoni adattat għal - livell maniġerjali partikolari (eż., il - korp maniġerjali, il - maniġment superjuri) u għas - sitwazzjoni speċifika tal - istituzzjoni u tal - ambjent ekonomiku.

65. Ir - rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …

Ir - rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed dettall ta’ sostenn sabiex il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu jkunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħrajn. Il - kontenut tar - rapporti għandu jirrifletti l - bidliet fil - profil ta’ riskju tal - istituzzjoni u fl - ambjent ekonomiku, u jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.

66. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …

Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet u l - awditi tal - mudelli, kif ukoll tqabbil ta’ tbassir jew stimi tar - riskju fil - passat mar - riżultati reali sabiex jiġu informati xi nuqqasijiet potenzjali fl - immudellar. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw it - telf ta’ prepagamenti mmudellati bi tqabbil ma’ telf storiku rrealizzat. Portafolli li jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, u l - impatt għandu jiġi mmonitorjat fi ħdan il - MIS tal - istituzzjoni u jkun soġġett għal sorveljanza f’konformità ma’ kwalunkwe portafoll ieħor espost għar - riskju tas - suq.

67. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …

Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu jvarjaw abbażi tal - kompożizzjoni tal - portafoll tal - istituzzjoni, dawn għandhom jinkludu, filwaqt li jqisu l - paragrafi 65 u 66, dan li ġej:

  • (a) Sommarji tal - iskoperturi aggregati tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inkluża informazzjoni dwar l - iskopertura għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni. Għandhom jiġu identifikati u spjegati l - attivi, il - passivi, il - flussi tal - flus u l - istrateġiji li qegħdin jixprunaw il - livell u d - direzzjoni tal - IRRBB.
  • (b) Rapporti li juru l - konformità tal - istituzzjoni mal - politiki u l - limiti.
  • (c) Suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar, bħal karatteristiċi ta’ depożiti mingħajr maturità (NMDs), prepagamenti fuq self b’rata fissa, ġbid bikri ta’ depożiti ta’ żmien fiss, ġbid ta’ impenji, aggregazzjoni tal - munita u trattament tal - marġnijiet kummerċjali.
  • (d) Dettalji tal - impatt tas - suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar magħmula fuq il - kejl tal - IRRBB inklużi l - bidliet fis - suppożizzjonijiet taħt diversi xenarji tar - rati tal - imgħax.
  • (e) Dettalji tal - impatt tad - derivattivi tar - rati tal - imgħax fuq il - kejl tal - IRRBB.
  • (f) Dettalji tal - impatt tal - istrumenti ta’ valur ġust, inklużi l - assi u l - obbligazzjonijiet tal - Livell 3, fuq il - kejl tal - IRRBB.
  • (g) Ir - riżultati tat - testijiet tal - istress kif imsemmija fit - Taqsima 4.3.4, ix - xokkijiet kif imsemmija fit - Taqsima 4.3.3, it - testijiet superviżorji outlier kif imsemmija fil - paragrafu 5 tal - Artikolu 98 tad - Direttiva 2013/36/UE, u l - valutazzjonijiet tas - sensittività għas - suppożizzjonijiet u l - parametri ewlenin; u
  • (h) Sommarji tar - rieżamijiet tal - politiki u l - proċeduri relatati mal - IRRBB u tal - adegwatezza tas - sistemi ta’ kejl, inklużi kwalunkwe sejbiet ta’ awdituri interni u esterni jew ta’ partijiet esterni ekwivalenti oħrajn (bħal konsulenti).
68. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …

Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħrajn, b’referenza partikolari għall - portafolli li potenzjalment jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq.

69. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …

Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli differenti tal - maniġment tal - istituzzjoni jifhmu r - rapporti faċilment u jieħdu deċiżjonijiet xierqa fil - ħin. Ir - rapporti għandhom jikkostitwixxu l - bażi għal monitoraġġ regolari dwar jekk l - istituzzjoni toperax f’konformità mal - istrateġija tagħha u mal - limiti tar - riskju għar - rata tal - imgħax li hija tkun adottat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/