+Rapportar intern
---+144. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
---+145. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
---+146. Ir - rapporti dwar is - CSRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
---+147. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tas - CSRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
---+148. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
---+149. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
---+150. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - …
|
Rapportar intern
Rapportar intern
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
144. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
|
Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u komprensiva dwar l - iskoperturi tagħhom għas - CSRBB. Il - frekwenza tar - rapporti interni għandha tkun ta’ mill - anqas darba kull 3 xhur.
|
|
145. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
|
Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu b’informazzjoni f’livelli rilevanti ta’ aggregazzjoni (skont il - livell ta’ konsolidazzjoni), u jiġu rieżaminati regolarment. Ir - rapporti għandhom jinkludu livell ta’ informazzjoni adattat għal - livell maniġerjali partikolari (eż., il - korp maniġerjali, il - maniġment superjuri) u għas - sitwazzjoni speċifika tal - istituzzjoni u tal - ambjent ekonomiku.
|
|
146. Ir - rapporti dwar is - CSRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
|
Ir - rapporti dwar is - CSRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed dettall ta’ sostenn sabiex il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu jkunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħrajn. Il - kontenut tar - rapporti għandu jirrifletti l - bidliet fil - profil ta’ riskju tal - istituzzjoni u fl - ambjent ekonomiku, u jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
|
|
147. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tas - CSRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
|
Fuq bażi regolari, ir - rapporti tas - CSRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet u l - awditi tal - mudelli, kif ukoll tqabbil ta’ tbassir jew stimi tar - riskju fil - passat mar - riżultati reali sabiex jiġu informati xi nuqqasijiet potenzjali fl - immudellar. Portafolli li jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, u l - impatt għandu jiġi mmonitorjat fi ħdan il - MIS tal - istituzzjoni u jkun soġġett għal sorveljanza f’konformità ma’ kwalunkwe portafoll ieħor espost għar - riskju tas - suq.
|
|
148. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
|
Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu jvarjaw abbażi tal - kompożizzjoni tal - portafoll tal - istituzzjoni, dawn għandhom jinkludu, b’kont meħud tal - paragrafi 146 u 147, dan li ġej: - (a) Sommarji tal - iskoperturi aggregati tas - CSRBB tal - istituzzjoni f’termini tal - kejl tas - CSRBB differenti. Għandhom jiġu identifikati u spjegati l - attivi, il - passivi, u l - impenn li ma jidhirx fuq il - karta bilanċjali li qegħdin jixprunaw il - livell u d - direzzjoni tas - CSRBB; u
- (b) Suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar.
|
|
149. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
|
Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħrajn, b’referenza partikolari għall - portafolli li potenzjalment jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq.
|
|
150. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - …
|
Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli differenti tal - maniġment tal - istituzzjoni jifhmu r - rapporti faċilment u jieħdu deċiżjonijiet xierqa fil - ħin. Ir - rapporti għandhom jikkostitwixxu l - bażi għal monitoraġġ regolari dwar jekk l - istituzzjoni toperax f’konformità mal - istrateġija tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|