+(v) Emendi għal - Linja Gwida 4: Miżuri ta’ CDD li għandhom jiġu applikati mid - ditti kollha
---+12. Fil-Linja Gwida 4.29, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “4.29 Biex iwettqu …
---+13. Il - Linja Gwida 4.35 hija ssostitwit b’dan li ġej: “4.35 Fil - każ li l - fornitur estern ikun …
---+14. Fil-Linja Gwida 4.60, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “a) huma differenti mit - …
---+15. Fil-Linja Gwida 4.61, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “a) it- teħid ta’ miżuri …
---+16. Fil-Linja Gwida 4.74, il - punt b) huwa sostitwit b’dan li ġej: “b) Jekk humiex se …
---+17. Fil-Linja Gwida 4.74, jiżdied il - punt li ġej: “d) jekk l - użu ta’ għodod avvanzati ta’ …

(v) Emendi għal - Linja Gwida 4: Miżuri ta’ CDD li għandhom jiġu applikati mid - ditti kollha

(v) Emendi għal - Linja Gwida 4: Miżuri ta’ CDD li għandhom jiġu applikati mid - ditti kollha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. Fil-Linja Gwida 4.29, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “4.29 Biex iwettqu …

Fil-Linja Gwida 4.29, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.29 Biex iwettqu l - obbligi tagħhom skont l - Artikolu 13(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849, fil - każ li r- relazzjoni ta’ negozju tinbeda, tiġi stabbilita, jew titwettaq f’sitwazzjonijiet mhux wiċċ imb wiċċ jew tranżazzjoni okkażjonali titwettaq f’sitwazzjonijiet mhux wiċċ imb wiċċ f’konformità mal-Linji Gwida tal- EBA (EBA/GL/2022/15) dwar l - użu ta’ Soluzzjonijiet ta’ Onboarding mill - Bogħod tal - Klijenti skont l - Artikolu 13(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849, id - ditti għandhom:”

13. Il - Linja Gwida 4.35 hija ssostitwit b’dan li ġej: “4.35 Fil - każ li l - fornitur estern ikun …

Il - Linja Gwida 4.35 hija ssostitwit b’dan li ġej:

“4.35 Fil - każ li l - fornitur estern ikun ditta stabbilita f’pajjiż mhux tal - UE, id - ditta għandha tiżgura li tifhem ir - riskji legali u r - riskji operazzjonali u r - rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data assoċjati magħhom u timmitiga dawk ir - riskji b’mod effettiv. Id - ditta għandha tiżgura wkoll li tkun tista’ taċċessa fil - pront id - data u l - informazzjoni rilevanti tal - klijent meta jkun meħtieġ, inkluż fil - każ ta’ terminazzjoni ta’ ftehim ta’ esternalizzazzjoni.”

14. Fil-Linja Gwida 4.60, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “a) huma differenti mit - …

Fil-Linja Gwida 4.60, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“a) huma differenti mit - tranżazzjonijiet li d - ditta normalment tistenna abbażi tal - għarfien tagħha tal - klijent, ir - relazzjoni ta’ negozju jew il - kategorija li jappartjeni għaliha l - klijent, jew fl- ammont jew fil - frekwenza jew fil - kumplessità jew simili, inkluż meta t - tranżazzjonijiet ikunu akbar jew aktar frekwenti mis- soltu jew għal tranżazzjonijiet li jinvolvu ammonti żgħar li jkunu frekwenti b’mod mhux tas - soltu, jew fil - każ li jkun hemm tranżazzjonijiet suċċessivi mingħajr raġuni ekonomika ovvja, bħal tranżazzjonijiet li jinqasmu biex jiġu evitati l - limiti ta’ rapportar jew biex it - tranżazzjonijiet mhux tas - soltu jiġu allinjati mal - imġiba u x - xejriet normalment mistennija kif appoġġati mill - informazzjoni miġbura matul il - proċedura ta’ onboarding u l - monitoraġġ kontinwu tar - relazzjoni ta’ negozju.”

15. Fil-Linja Gwida 4.61, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “a) it- teħid ta’ miżuri …

Fil-Linja Gwida 4.61, il - punt a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“a) it- teħid ta’ miżuri raġonevoli u adegwati biex jinftiehem l - isfond u l - iskop ta’ dawn it - tranżazzjonijiet, pereżempju billi jiġu determinati s - sors u d - destinazzjoni tal - fondi jew tal - kriptoassi billi tinġabar aktar informazzjoni dwar in - negozju tal -klijen t biex tiġi aċċertata l - probabbiltà li l - klijent jagħmel tali tranżazzjonijiet; u”

16. Fil-Linja Gwida 4.74, il - punt b) huwa sostitwit b’dan li ġej: “b) Jekk humiex se …

Fil-Linja Gwida 4.74, il - punt b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“b) Jekk humiex se jimmonitorjaw it - tranżazzjonijiet manwalment jew billi jużaw sistema awtomatizzata ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet. Id - ditti li jipproċessaw volum għoli ta’ tranżazzjonijiet jew tranżazzjonijiet bi frekwenzi għoljin għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu sistema awtomatizzata ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet;”

17. Fil-Linja Gwida 4.74, jiżdied il - punt li ġej: “d) jekk l - użu ta’ għodod avvanzati ta’ …

Fil-Linja Gwida 4.74, jiżdied il - punt li ġej:

“d) jekk l - użu ta’ għodod avvanzati ta’ analitika, bħal reġistru distribwit jew għodod ta’ analiżi blockchain, huwiex meħtieġ fid -dawl tar- riskju ta’ ML/TF assoċjat man - negozju tad - ditta, u mat- tranżazzjonijiet individwali tal-klijenti tad-ditta.”

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/