+56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …

56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …

Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni ta’ fidi li għandha tiġi ppreżentata mid -detenturi tat- tokens, li għandu jinkludi:

  • a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tad-detenturi individwali (isem, indirizz, email u/jew numru tat-telefown), li jindikaw li kwalunkwe data personali se tiġi ttrattata f’konformità mar - Regolament (UE) 2016/679;
  • b) l-evidenza li l- persuna li tippreżenta l -pretensjoni hija d-detentur tat- token u, għalhekk, hija intitolata għad - dritt ta’ fidi li għalih tiġi ppreżentata l -pretensjoni ta’ fidi u l- garanziji meħtieġa (jekk ikun hemm) min- naħa tad -detentur tat-token f’konformità mal-white paper dwar il-kriptoassi;
  • c) l- informazzjoni meħtieġa għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l- ġestjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ ħasil tal -flus u finanzjament tat- terroriżmu inkluż għall - eżekuzzjoni tad - diliġenza dovuta tal- klijent fuq id -detenturi tat-tokens fil-fidi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849;
  • d) in- numru ta’ tokens rilevanti miżmuma (inklużi parteċipazzjonijiet frazzjonali) u l -indirizzi tal-blockchain pubbliċi koperti mill - portafoll fejn jinżammu t -tokens (fejn applikabbli); u
  • e) l-indikazzjoni tal-bank jew tal-kont ta’ pagament tad-detentur tat- token għat -trasferiment tal- fondi fi ħlas lura tal -pretensjoni ta’ fidi, jew data simili meħtieġa biex l - assi jingħataw għall -fidi (fejn applikabbli). Dawn il- kontijiet bankarji jew ta’ pagament għandhom preferibbilment jinżammu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ pagament tal -UE u fi kwalunkwe każ m’għandhomx jinżammu f’pajjiżi terzi b’riskju għoli għal finijiet ta’ riskju ta’ ML/TF kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2015/849/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/