+4.3 Kontenut tal-pjan ta’ fidi
---+40. L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jkun fih deskrizzjoni ċara u dettaljata tal - …
---+41. Il- pjan ta’ fidi għandu jirrifletti b’mod xieraq l -impatt tad- deżinjazzjoni ta’ …
---+42. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi mmappjar tal - attivitajiet kritiċi li huma meħtieġa għall - …
---+43. Tali mmappjar tal- attivitajiet kritiċi jenħtieġ li jinkludi, fejn rilevanti, il -funzjoni tal- …
---+44. L- emittenti ta’ ARTs li mhumiex entitajiet obbligati skont id -Direttiva 2015/849/UE għandhom …
---+45. Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi fi ħdan l -organizzazzjoni tal-emittent, l- emittent …
---+46. Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi pprovduti minn partijiet terzi, il - pjan ta’ fidi għandu …
---+47. Il- pjan ta’ fidi jenħtieġ li jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il -kontenut tal- …
---+48. Fir- rigward speċifiku tal -kustodji tar- riżerva ta’ assi u tal -intermedjarji finanzjarji …
---+49. Il- lista ta’ fornituri terzi ta’ attivitajiet kritiċi u t - termini kuntrattwali għandhom …
---+50. Il- ħarsa ġenerali lejn l - arranġamenti kuntrattwali fis - seħħ ma’ fornituri terzi ta’ …
---+51. Għal dak il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu mill - inqas juri b’mod ċar u operattiv il - …
---+52. L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jistabbilixxi proċess ordnat għat -pjan ta' …
---+53. Tali proċess għandu jiġi artikolat b’mod operazzjonali u jiżgura li l -pretensjonijiet ta’ fidi …
---+54. Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jiddeskrivi l - proċessi, il - miżuri għall …
---+55. Id-deskrizzjoni tal- proċess għandha tinkludi referenza għall -konformità mal-obbligi …
---+56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …
---+57. L- informazzjoni elenkata hawn fuq u inkluża fil - pretensjoni ta’ fidi għandha tippermetti …
---+58. Il-pjan tal- fidi għandu jikkjarifika wkoll is -sorsi rilevanti ta’ informazzjoni, u …
---+59. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi l -passi, l-azzjonijiet u l- proċessi rilevanti kollha biex …
---+60. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi pjan ta’ komunikazzjoni li għandu jiġi attivat mingħajr …
---+61. Il- pjan ta’ komunikazzjoni għandu jinkludi mill - inqas dan li ġej: a) l- abbozz ta’ avviż …
---+62. L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiġi żviluppat sabiex jinforma lid -detenturi tat-tokens …
---+63. Bil- ħsieb li jintlaħaq il - pubbliku ġenerali u l - għadd massimu ta’ detenturi tat -tokens …
---+64. L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u mhux tekniku l -passi ewlenin …
---+65. Għal dawn il -finijiet l- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jinkludi mill - inqas: a) id-data u …
---+66. Meta jinħareġ ART minn emittenti multipli, jew meta jinħareġ EMT sinifikanti minn emittenti …
---+67. Fid-dawl ta’ dan, il- pjan ta’ fidi għandu jkun artikolat f’żewġ taqsimiet: l - ewwel komuni …
---+68. L- emittenti għandhom jikkoordinaw biex jiżviluppaw u jaqblu dwar it - taqsima komuni tal -pjan …
---+69. Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa, l -emittenti fil- pjan ta’ fidi għandhom jaħtru …
---+70. It- tieni taqsima tal - pjan ta’ fidi għandha tkun speċifikament imfassla għall …
---+71. L- awtoritajiet kompetenti ta’ kull emittent li jipparteċipa fil - ħruġ għandhom jikkonsultaw …
---+72. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u jikkooperaw biex jivvalutaw …
---+73. Jenħtieġ li l - emittent iqis li, filwaqt li l - pjan ta’ rkupru, żviluppat f’konformità mal …
---+74. Meta l- emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew entità fi ħdan il -kamp ta’ applikazzjoni …
---+75. F’każ li l -azzjonijiet, l- arranġamenti kuntrattwali, il - proċeduri u s -sistemi previsti …
---+76. Meta wieħed iqis li l - pjan ta’ riżoluzzjoni jiġi żviluppat mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni u …
|
4.3 Kontenut tal-pjan ta’ fidi
Prinċipji ta’ governanza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
40. L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jkun fih deskrizzjoni ċara u dettaljata tal - …
|
L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jkun fih deskrizzjoni ċara u dettaljata tal - arranġamenti u l- proċessi ta’ governanza li jkopru l - iżvilupp, ir - rieżami u l - aġġornament tiegħu kif ukoll l - eżekuzzjoni tiegħu. B’mod partikolari, il - pjan ta’ fidi għ andu: - i. jindika l-membru/membri tal- korp maniġerjali jew kwalunkwe persuna (persuni) fi ħdan l - istruttura organizzazzjonali tal-emittent responsabbli mill- iżvilupp, l - aġġornament u l - implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi;
- ii. jiddeskrivi kif il-pjan ta’ fidi huwa integrat fil- qafas ta’ kontroll intern kif imsemmi fil -Linji gwida tal-EBA dwar il-kontenut minimu tal- arranġamenti ta’ governanza għall -emittenti tal-ARTs5 jew regolamenti rilevanti oħra applikabbli għall -emittenti tal-EMTs;
- iii. jiddeskrivu l- proċessi għall - aġġornament jew ir - rieżami tal -pjan fil- każ ta’ bidliet materjali li jaffettwaw il-profil tan-negozju jew finanzjarju tal-emittent jew tat- token(s) maħruġ(a);
- iv. jidentifikaw l- attivitajiet kritiċi li għandhom jinżammu operazzjonali għall -implimentazzjoni tal-pjan, u jidentifikaw il-persuna (persuni) responsabbli, jew min- naħa tal -emittent jew fi ħdan il -fornitur ta’ parti terza, f’konformità mal-paragrafi 42-51;
- v. jistabbilixxu l - proċess għall -adozzjoni tal- azzjoni ta’ kull fażi biex tiġi żgurata l - eżekuzzjoni f’waqtha tal - pjan ta’ fidi fuq id - deċiżjoni tal -awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114; u
- vi. jidentifikaw il- persuna/persuni ta’ kuntatt li huma responsabbli għall -komunikazzjoni mad-detenturi tat-tokens, mal-awtorità(jiet) kompetenti u mal-kontropartijiet u/jew mal-pubbliku, u inkludi d- dettalji ta’ kuntatt aġġornati ta’ dawk il -persuni fl-organizzazzjoni tal-emittent.
5 EBA/GL/2024/06. Disponibbli hawnhekk: https://www.eba.europa.eu/sites/default/files/2024-06/611ef3d4-4d67-467f-bf0d-4c2b1dd0ef5e/Final%20report%20on%20draft%20Guidelines%20on%20internal%20governance%20of%20issuers%20of% 20ARTs.pdf.
|
|
41. Il- pjan ta’ fidi għandu jirrifletti b’mod xieraq l -impatt tad- deżinjazzjoni ta’ …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jirrifletti b’mod xieraq l -impatt tad- deżinjazzjoni ta’ amministratur temporanju meta jkun previst mil- liġi applikabbli skont l -Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluża l -konsegwenza li l- korp maniġerjali jista’ ma jkunx responsabbli b’mod sħiħ jew parzjali mill -implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi. Attivitajiet kritiċi u arranġamenti kuntrattwali
|
|
42. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi mmappjar tal - attivitajiet kritiċi li huma meħtieġa għall - …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi mmappjar tal - attivitajiet kritiċi li huma meħtieġa għall - implimentazzjoni ordnata tal- pjan. Wara li tiġi kkunsidrata l -organizzazzjoni strutturali tal-emittent, dawn jistgħu jinkludu funzjonijiet interni tal -emittenti jew funzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi. Abbażi tal -immappjar, il- pjan ta’ fidi jenħtieġ li jistabbilixxi l -lista ta’ tali partijiet u jiddeskrivi t-termini kuntrattwali fis- seħħ.
|
|
43. Tali mmappjar tal- attivitajiet kritiċi jenħtieġ li jinkludi, fejn rilevanti, il -funzjoni tal- …
|
Tali mmappjar tal- attivitajiet kritiċi jenħtieġ li jinkludi, fejn rilevanti, il -funzjoni tal- ġestjoni tar - riskju tal-emittent, il-post tan-negozjar, il-funzjoni tat- teżor jew tal -finanzi, il-funzjonijiet u s-sistemi rilevanti tal-ICT, il-funzjoni kontra l- ħasil tal - flus (AML) (fejn eżistenti, skont it -tip ta’ emittent), ir-relazzjoni mal-kustodju tar- riżerva ta’ assi (fejn eżistenti), l -interazzjoni ma’ intermedjarji finanzjarji (fejn meħtieġ) biex jaċċessaw swieq sekondarji u repo għal -likwidazzjoni tal- assi ta’ riżerva, u r -relazzjoni mal-fornituri ta’ servizzi tal- kriptoassi (fejn meħtieġ) għall - identifikazzjoni tad-detenturi ta’ tokens u l- ġbir ta’ to kens pendenti, jew mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (fejn meħtieġ) biex jagħmlu pagamenti lid -detenturi tat- tokens ivvalutati bħala intitolati għall - pretensjoni ta’ fidi jew għal attivitajiet relatati oħra.
|
|
44. L- emittenti ta’ ARTs li mhumiex entitajiet obbligati skont id -Direttiva 2015/849/UE għandhom …
|
L- emittenti ta’ ARTs li mhumiex entitajiet obbligati skont id -Direttiva 2015/849/UE6 għandhom dejjem jispjegaw fil- pjan ta’ fidi kif se jinvolvu intermedjarji soġġetti għal dik id - Direttiva sabiex dawn l-intermedjarji: - a) iwettqu kontrolli kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra l -finanzjament tat- terroriżmu (AML/CFT), inklużi kontrolli tad - diliġenza dovuta tal- klijenti fuq id -detenturi tat-tokens li jkunu ssottomettew pretensjoni ta’ fidi; u
- b) jikkonformaw mal- obbligi tagħhom skont ir -Regolament (UE) 2023/1113 (ir-Regolament dwar it-Trasferiment ta’ Fondi)7 (ara l-paragrafi 55 u 56 ta’ dawn il-Linji gwida) fir-rigward tat-trasferiment.
6 Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal- użu tas -sistema finanzjarja għall -finijiet tal- ħasil tal -flus jew il-finanzjament tat- terroriżmu, li temenda r -Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, u li tħassar id -Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73). 7 Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t- trasferimenti ta’ fondi u ċerti kriptoassi u li jemenda d -Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).
|
|
45. Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi fi ħdan l -organizzazzjoni tal-emittent, l- emittent …
|
Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi fi ħdan l -organizzazzjoni tal-emittent, l- emittent għandu jinkludi fil- pjan ta’ fidi ħarsa ġenerali lejn l - arranġamenti u l - proċessi interni rilevanti li jikkonċernaw il - funzjonament u l- kontinwità operazzjonali tagħhom, inkluż il -persuna/i ewlenija/ewlenin b’dettalji aġġornati ta’ kuntatt ta’ emerġenza.
|
|
46. Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi pprovduti minn partijiet terzi, il - pjan ta’ fidi għandu …
|
Fir-rigward tal- attivitajiet kritiċi pprovduti minn partijiet terzi, il - pjan ta’ fidi għandu jinkludi lista tal- fornituri kollha ta’ partijiet terzi bħal dawn, il - persuni ta’ kuntatt ewlenin fi ħdan l -emittent u l-parti terza responsabbli mill-kuntratt b’d ettalji ta’ kuntatt ta’ emerġenza aġġornati.
|
|
47. Il- pjan ta’ fidi jenħtieġ li jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il -kontenut tal- …
|
Il- pjan ta’ fidi jenħtieġ li jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il -kontenut tal- arranġamenti kuntrattwali, u juri l- adegwatezza tagħhom, inkluż l - evitar ta’ kunflitti ta’ interess, għall -kisba tal-operazzjonalizzazzjoni f’waqtha u ekwa tal -pjan ta’ fidi. L- emittent jenħtieġ li jikkonferma wkoll li tali kuntratti jiżguraw il -kontinwità tal-prestazzjoni jekk il- pjan ta’ fidi jiġi attivat.
|
|
48. Fir- rigward speċifiku tal -kustodji tar- riżerva ta’ assi u tal -intermedjarji finanzjarji …
|
Fir- rigward speċifiku tal -kustodji tar- riżerva ta’ assi u tal -intermedjarji finanzjarji (jekk ikun hemm) inkarigati bl- eżekuzzjoni tal -ordnijiet ipprovduti mill- emittent għal -likwidazzjoni tar-riżerva ta’ assi, jenħtieġ li t -termini kuntrattwali deskritti fil- pjan ta’ fidi jirriflettu kif xieraq l - objettiv li r-rikavati mil-likwidazzjoni tar- riżerva ta’ assi jiġu massimizzati għad -detenturi tat-tokens, li tiġi żgurata l - aħjar eżekuzzjoni għall - benefiċċju tad -detenturi tat- tokens, u li tiġi evitata ħsara eko nomika indebita lid-detenturi tat-tokens.
|
|
49. Il- lista ta’ fornituri terzi ta’ attivitajiet kritiċi u t - termini kuntrattwali għandhom …
|
Il- lista ta’ fornituri terzi ta’ attivitajiet kritiċi u t - termini kuntrattwali għandhom jinżammu aġġornati mill -emittent. Fejn rilevanti, kuntratti mal-fornituri l-aktar sinifikanti ta’ partijiet terzi, inkluż mal - kustodji, jistgħu jiġu inklużi bħala annessi għall -pjan ta’ fidi.
|
|
50. Il- ħarsa ġenerali lejn l - arranġamenti kuntrattwali fis - seħħ ma’ fornituri terzi ta’ …
|
Il- ħarsa ġenerali lejn l - arranġamenti kuntrattwali fis - seħħ ma’ fornituri terzi ta’ attivitajiet kritiċi ma għandhiex tipprevjeni lill - emittent, jekk ikun meħtieġ, milli jidħol f’arranġamenti kuntrattwali ma’ kwalunkwe intermedjarju meħtieġ ieħor fil -mument tal-attivazzjoni tal-pjan ta’ fidi jekk dan jikkontribwixxi għal implimentazzjoni aktar effettiva tal -pjan.
|
|
51. Għal dak il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu mill - inqas juri b’mod ċar u operattiv il - …
|
Għal dak il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu mill - inqas juri b’mod ċar u operattiv il - proċess tal - għażla tal-intermedjarji, jinkludi sommarju tat- termini kuntrattwali ewlenin proposti (bħal kompiti, twaqqit jew spejjeż), u jinkludi dokument dwar it -termini pr ovviżorji bħala anness għall -pjan ta’ fidi b’lista ta’ sħab kuntrattwali potenzjali li l - emittent kien involut magħhom f’xi diskussjonijiet/negozjati, kif ukoll il-kriterji tal- għażla. Proċess għat - fidi b’mod ordnat ta’ pretensjonijiet tad - detenturi tat - tokens
|
|
52. L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jistabbilixxi proċess ordnat għat -pjan ta' …
|
L- emittent għandu jiżgura li l - pjan ta’ fidi jistabbilixxi proċess ordnat għat -pjan ta' fidi tal-pretensjonijiet tad-detenturi tat- tokens u li dan jiġi espress u kkomunikat f’lingwa ċara, aċċessibbli u komprensibbli f’konformità mal -gwida dwar il-pjan ta’ komunikazzjoni fit- taqsima rilevanti.
|
|
53. Tali proċess għandu jiġi artikolat b’mod operazzjonali u jiżgura li l -pretensjonijiet ta’ fidi …
|
Tali proċess għandu jiġi artikolat b’mod operazzjonali u jiżgura li l -pretensjonijiet ta’ fidi tad-detenturi tat- tokens jitħallsu fil - ħin, b’mod konsistenti mar - rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u mal-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi.
|
|
54. Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jiddeskrivi l - proċessi, il - miżuri għall …
|
Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jiddeskrivi l - proċessi, il - miżuri għall -identifikazzjoni u l-indirizzar tar- riskji ta’ ħasil tal -flus u finanzjament tat- terroriżmu (ML/TF) applikati mill -emittent, u l- faċilitajiet tekniċi adottati jew previsti li jkunu fis- seħħ biex jipproċessaw: - i. l-identifikazzjoni tat-titolari tat-tokens u l- intitolament tagħhom għall -fidi tat-tokens;
- ii. il- ġbir u t - tneħħija permanenti miċ - ċirkolazzjoni tat -tokens mifdija; u
- iii. il- ħlas jew l - għoti sussegwenti tal -assi lid-detenturi tat-tokens.
|
|
55. Id-deskrizzjoni tal- proċess għandha tinkludi referenza għall -konformità mal-obbligi …
|
Id-deskrizzjoni tal- proċess għandha tinkludi referenza għall -konformità mal-obbligi applikabbli tal-AML/CFT. B’mod partikolari, il- pjan ta’ fidi għandu: - a) fir-rigward tal-punt (i) fil-paragrafu ta’ 54 hawn fuq, tirreferi għall - eżekuzzjoni tal - miżuri ta’ diliġenza dovuta mal -klijent applikabbli f’konformità mad- Direttiva (UE) 2015/849 għad - detenturi tat-tokens li jissottomettu l-pretensjoni ta’ fidi;
- b) fir-rigward tal-punt (iii) fil-paragrafu ta’ 54 hawn fuq, irreferi għall - kontrolli fuq l - informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta’ fondi skont ir-Regolament (UE) 2023/1113, fejn applikabbli.
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw setgħat u jwettqu kompiti fir -rigward tal-fidi kif speċifikat f’dawn il -Linji gwida f’kollaborazzjoni effettiva u skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti għall -prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l- ġ lieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mal -Artikolu 94(5) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni ta’ fidi li għandha tiġi ppreżentata mid -detenturi tat- tokens, li għandu jinkludi: - a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tad-detenturi individwali (isem, indirizz, email u/jew numru tat-telefown), li jindikaw li kwalunkwe data personali se tiġi ttrattata f’konformità mar - Regolament (UE) 2016/679;
- b) l-evidenza li l- persuna li tippreżenta l -pretensjoni hija d-detentur tat- token u, għalhekk, hija intitolata għad - dritt ta’ fidi li għalih tiġi ppreżentata l -pretensjoni ta’ fidi u l- garanziji meħtieġa (jekk ikun hemm) min- naħa tad -detentur tat-token f’konformità mal-white paper dwar il-kriptoassi;
- c) l- informazzjoni meħtieġa għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l- ġestjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ ħasil tal -flus u finanzjament tat- terroriżmu inkluż għall - eżekuzzjoni tad - diliġenza dovuta tal- klijent fuq id -detenturi tat-tokens fil-fidi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849;
- d) in- numru ta’ tokens rilevanti miżmuma (inklużi parteċipazzjonijiet frazzjonali) u l -indirizzi tal-blockchain pubbliċi koperti mill - portafoll fejn jinżammu t -tokens (fejn applikabbli); u
- e) l-indikazzjoni tal-bank jew tal-kont ta’ pagament tad-detentur tat- token għat -trasferiment tal- fondi fi ħlas lura tal -pretensjoni ta’ fidi, jew data simili meħtieġa biex l - assi jingħataw għall -fidi (fejn applikabbli). Dawn il- kontijiet bankarji jew ta’ pagament għandhom preferibbilment jinżammu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ pagament tal -UE u fi kwalunkwe każ m’għandhomx jinżammu f’pajjiżi terzi b’riskju għoli għal finijiet ta’ riskju ta’ ML/TF kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2015/849/UE.
|
|
57. L- informazzjoni elenkata hawn fuq u inkluża fil - pretensjoni ta’ fidi għandha tippermetti …
|
L- informazzjoni elenkata hawn fuq u inkluża fil - pretensjoni ta’ fidi għandha tippermetti wkoll lill - emittent sabiex jivvaluta l -intitolament tad-detenturi tat- tokens għal fidi, li jkun preliminari li jippermetti l- ġbir u t - tneħħija permanenti tat -tokens mi fdija miċ - ċirkolazzjoni. Għal dan il - għan, il- pjan ta’ fidi għandu jispeċifika kif se jiġi implimentat il - mekkaniżmu tal - għoti tat -token kontra l- pagament. B’mod partikolari jenħtieġ li tindika kif kull token mifdi se jinġabar u sussegwentement jitneħħa miċ - ċirkolazzjoni (jew “maħruq”) mill - emittent u mhux se jkun jista’ jibqa’ jiġi ċċirkolat mill - ġdid, skambjat, trasferit jew mibjugħ minn kwalunkwe parti.
|
|
58. Il-pjan tal- fidi għandu jikkjarifika wkoll is -sorsi rilevanti ta’ informazzjoni, u …
|
Il-pjan tal- fidi għandu jikkjarifika wkoll is -sorsi rilevanti ta’ informazzjoni, u l-azzjonijiet u l-proċessi previsti li se jiġu implimentati jew li wieħed jiddependi fuqhom biex jirrikonċiljaw in - numru ta’ tokens iddikjarati għall -fidi man-numru ta’ tokens pendenti.
|
|
59. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi l -passi, l-azzjonijiet u l- proċessi rilevanti kollha biex …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi l -passi, l-azzjonijiet u l- proċessi rilevanti kollha biex jiġi żviluppat il - pjan ta’ distribuzzjoni biex jitħallsu lura d -detenturi tat-tokens li jkunu ssottomettew pretensjoni ta’ fidi li tkun ġiet ivvalutata b’mod pożitti v. Pjan ta’ komunikazzjoni
|
|
60. Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi pjan ta’ komunikazzjoni li għandu jiġi attivat mingħajr …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jinkludi pjan ta’ komunikazzjoni li għandu jiġi attivat mingħajr dewmien mal-adozzjoni tad- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti li tiskatta l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
61. Il- pjan ta’ komunikazzjoni għandu jinkludi mill - inqas dan li ġej: a) l- abbozz ta’ avviż …
|
Il- pjan ta’ komunikazzjoni għandu jinkludi mill - inqas dan li ġej: - a) l- abbozz ta’ avviż pubbliku li għandu jiġi kkomunikat lill -pubbliku; u
- b) l- abbozz ta’ avviżi ta’ komunikazzjoni mal - fornituri terzi ta’ attivitajiet kritiċi li għandhom jiġu kkuntattjati immedjatament mal-attivazzjoni tal-pjan ta’ fidi. Fejn l- avviżi ta’ komunikazzjoni jkunu ġew miftiehma fil - kuntratti rilevanti, dawn għandhom jiġu annessi mal -pjan tal-fidi.
L- emittent għandu jiżgura l -konsistenza tal- pjan ta’ komunikazzjoni għall -fidi tad-detenturi tat-tokens ma’ pjanijiet ta’ komunikazzjoni eżistenti oħra.
|
|
62. L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiġi żviluppat sabiex jinforma lid -detenturi tat-tokens …
|
L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiġi żviluppat sabiex jinforma lid -detenturi tat-tokens dwar l-attivazzjoni tal-pjan ta’ fidi bid- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti bil- ħsieb li jifdu t -tokens b’mod ordnat, f’waqtu u ekwu mingħajr ma jimponi ħsara ekonomika żejda u f’konformità mat -termini stabbiliti fil-white paper dwar il-kriptoassi.
|
|
63. Bil- ħsieb li jintlaħaq il - pubbliku ġenerali u l - għadd massimu ta’ detenturi tat -tokens …
|
Bil- ħsieb li jintlaħaq il - pubbliku ġenerali u l - għadd massimu ta’ detenturi tat -tokens, il-pjan ta’ fidi għandu jindika l -mezzi tal-midja fejn l- avviż għandu jiġi ppubblikat. Meta jagħmel dan, l - emittent għandu jagħti privileġġ lil dawk li normalment jintużaw mill - emittent biex jikkomunikaw lill-pubbliku u lis- suq u biex jirreklamaw il -prodotti u s- servizzi tiegħu.
|
|
64. L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u mhux tekniku l -passi ewlenin …
|
L- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u mhux tekniku l -passi ewlenin tal-proċess ta’ fidi u l -azzjonijiet li d-detenturi tat- tokens huma mistennija li jwettqu fil -perjodu ta’ żmien indikat biex jinfeda t - token tagħhom.
|
|
65. Għal dawn il -finijiet l- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jinkludi mill - inqas: a) id-data u …
|
Għal dawn il -finijiet l- abbozz ta’ avviż pubbliku għandu jinkludi mill - inqas: - a) id-data u l- ħin eżatti meta l - pjan ta’ fidi jkun ġie attivat abbażi ta’ deċiżjoni tal -awtorità kompetenti;
- b) il-kontenut minimu tal-pretensjoni ta’ fidi kif stabbilit fil-paragrafu 56 ta’ dawn il-Linji gwida;
- c) il- perjodu ta’ żmien, mill - pubblikazzjoni ta’ avviż bħal dan, li fih id-detenturi ta’ tokens ikunu meħtieġa jippreżentaw il - pretensjoni ta’ fidi tagħhom mal -emittent jew (fejn applikabbli) il-fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi, f’konformità ma’ dak li huwa indikat fil-white paper; u
- d) il-modalità, l- appoġġ tekniku u l -post fejn id-detenturi tat- tokens għandhom jippreżentaw il - pretensjoni ta’ fidi tagħhom, eż. il - portal eżatt tal -emittent jew – fejn applikabbli – ta’ parti terza. Is- soluzzjoni(jiet) adottata(i) m’għandhiex/għandhimx tidd iskrimina/jiddiskriminaw kontra d- detenturi ta’ tokens, eż. minħabba l - post ta’ residenza tagħhom.
Ħruġ tal - istess ART jew EMT minn emittenti multipli
|
|
66. Meta jinħareġ ART minn emittenti multipli, jew meta jinħareġ EMT sinifikanti minn emittenti …
|
Meta jinħareġ ART minn emittenti multipli, jew meta jinħareġ EMT sinifikanti minn emittenti multipli għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu, ir -Regolament (UE) 2023/1114 jipprevedi li għandha tiġi stabbilita riżerva unika ta’ assi biex jiġi żgurat mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni xieraq tat -token.
|
|
67. Fid-dawl ta’ dan, il- pjan ta’ fidi għandu jkun artikolat f’żewġ taqsimiet: l - ewwel komuni …
|
Fid-dawl ta’ dan, il- pjan ta’ fidi għandu jkun artikolat f’żewġ taqsimiet: l - ewwel komuni għall - emittenti kollha u maqbul mill -emittenti kollha, it- tieni speċifiku għal kull emittent.
|
|
68. L- emittenti għandhom jikkoordinaw biex jiżviluppaw u jaqblu dwar it - taqsima komuni tal -pjan …
|
L- emittenti għandhom jikkoordinaw biex jiżviluppaw u jaqblu dwar it - taqsima komuni tal -pjan ta’ fidi, li għandu jkun fiha mill - inqas il - partijiet li ġejjin: - i. il- prinċipji u l - objettivi ġenerali li jirregolaw il -pjan ta’ fidi kif iddikjarat fit- taqsima “Prinċipji ġenerali u objettivi tal -pjan ta’ fidi” ta’ dawn il-Linji gwida;
- ii. it- taqsima “Attivitajiet kritiċi u arranġamenti kuntrattwali” ta’ dawn il -Linji gwida bil- ħsieb li jiġu identifikati l - attivitajiet kritiċi li taħt il - kontroll tagħhom l - emittent għandu jkun operattiv għall -implimentazzjoni effettiva tal-pjan komuni ta’ fidi;
- iii. it- taqsima “Proċess għall -fidi ordnat tal-pretensjonijiet tad-detenturi tat-tokens”;
- iv. it- taqsima “Pjan ta’ komunikazzjoni”;
- v. il-koordinazzjoni effettiva bejn l- emittenti għall - iżvilupp, ir - rieżami u l - aġġornament tal -pjan ta’ fidi;
- vi. il-koordinazzjoni effettiva bejn l- emittenti għall -implimentazzjoni ordnata tal-pjan mal-attivazzjoni tiegħu b’deċiżjoni tal -awtorità kompetenti; u
- vii. l-impenn tal- emittenti kollha li jikkonformaw b’mod sħiħ u fedelment mat -termini tal-pjan ta’ fidi miftiehem b’mod komuni.
|
|
69. Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa, l -emittenti fil- pjan ta’ fidi għandhom jaħtru …
|
Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa, l -emittenti fil- pjan ta’ fidi għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltà rispettiva ta’ kull emittent. Dawn tal- aħħar jistgħu jintgħażlu wara li tiġi kkunsidrata l -esperjenza komparattiva tal-emittenti differenti fin-negozju u l-livell ta’ maturità tal- organizzazzjoni interna tagħhom, għar - rwol fl-interazzjoni mal- kustodji u fornituri jew intermedjarji ta’ partijiet terzi oħrajn, u għall - materjalità tal- parteċipazzjoni tagħhom fil - ħruġ. Il - kompiti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu l - iżvilupp, ir - rieżami u l - aġġornament tal -pjan ta’ fidi, l-implimentazzjoni tat- taqsima dwar il -pjan ta’ komunikazzjoni, u l-koordinazzjoni tal- ġestjoni u l -e żekuzzjoni tal -pjan ta’ fidi.
|
|
70. It- tieni taqsima tal - pjan ta’ fidi għandha tkun speċifikament imfassla għall …
|
It- tieni taqsima tal - pjan ta’ fidi għandha tkun speċifikament imfassla għall -organizzazzjoni interna ta’ kull emittent. B’mod partikolari, l- emittenti għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa mmirati biex jiżguraw l -applikazzjoni ta’: - i. it- taqsima “Prinċipji ta’ governanza” ta’ dawn il -Linji gwida; u
- ii. it- taqsima “Attivitajiet kritiċi u arranġamenti kuntrattwali”, wara li jitqiesu l - attivitajiet kritiċi fl-organizzazzjoni tal- emittent jew ipprovduti minn partijiet terzi li jeħtieġ li jkunu operazzjonali għall -implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ fidi.
|
|
71. L- awtoritajiet kompetenti ta’ kull emittent li jipparteċipa fil - ħruġ għandhom jikkonsultaw …
|
L- awtoritajiet kompetenti ta’ kull emittent li jipparteċipa fil - ħruġ għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil - ħin u jikkooperaw dwar il -valutazzjoni tal- pjan ta’ fidi ppreżentat mill -emittenti.
|
|
72. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u jikkooperaw biex jivvalutaw …
|
L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u jikkooperaw biex jivvalutaw jekk ġewx issodisfati xi raġunijiet għall -iskattar tal-pjan ta’ fidi. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jevitaw li jattivaw il-pjan ta’ fidi kull meta l-effetti ne gattivi fuq l -ART jew l-EMT pendenti li jirriżultaw mill -inabbiltà jew l- inabbiltà probabbli ta’ emittent wieħed biex iwettaq l -obbligi tiegħu jiġu rrimedjati mingħajr dewmien minn emittent wieħed jew aktar, b’mod li jiġi evitat impatt negattiv fuq il -fidu ċ ja tad-detenturi tat- tokens, fuq id -drittijiet tad-detenturi tat-tokens jew fuq l -istabbiltà tas- swieq. Interazzjoni tal - pjan ta’ fidi ma’ proċedimenti oħra
|
|
73. Jenħtieġ li l - emittent iqis li, filwaqt li l - pjan ta’ rkupru, żviluppat f’konformità mal …
|
Jenħtieġ li l - emittent iqis li, filwaqt li l - pjan ta’ rkupru, żviluppat f’konformità mal -Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2023/1114, u l- pjan ta’ fidi huma żewġ dokumenti separati li jindirizzaw żewġ fażijiet u sitwazzjonijiet differenti tal- kriżi potenzjali tal - emittent, jenħtieġ li dawn ikunu konsistenti b’mod partikolari fir-rigward tal-governanza interna u l- arranġamenti ta’ ġestjoni tar - riskju, il- proċessi u l -identifikazzjoni tas-sistemi tal-IT u l-attivita jiet kritiċi.
|
|
74. Meta l- emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew entità fi ħdan il -kamp ta’ applikazzjoni …
|
Meta l- emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew entità fi ħdan il -kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE8 jew ikun kontroparti ċentrali soġġetta għar -Regolament (UE) 2021/239 , l-emittent għandu jiżviluppa l -pjan ta’ fidi b’mod konsistenti mal- pjan ta’ riżoluzzjoni u r - rekwiżiti tar- riżolvibbiltà tiegħu. Għal dan il - għan, l - emittent għandu jikkunsidra l - istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-entità, il- funzjonijiet kritiċi identifikati u l - arranġamenti fil -livell tas-servizz li huma strumentali għall -kontinwità operazzjonali tal- entità u għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura l - operat bla xkiel tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni u tal -pjan ta’ fidi fl- istess ħin.
8 Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall -irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d -Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190). 9 Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall -irkupru u r-riżoluzzjoni tal - kontropartijiet ċentrali u li jemenda r -Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).
|
|
75. F’każ li l -azzjonijiet, l- arranġamenti kuntrattwali, il - proċeduri u s -sistemi previsti …
|
F’każ li l -azzjonijiet, l- arranġamenti kuntrattwali, il - proċeduri u s -sistemi previsti mill-emittent fil-pjan ta’ fidi x’aktarx li jkollhom xi impatt negattiv fuq ir - riżolvibbiltà tal -entità, l- emittent għandu jġibhom għall -attenzjoni tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni f’nota bħala anness għall -pjan ta’ fidi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar - rieżami tal - awtorità ta’ riżoluzzjoni tal - pjan ta’ fidi wara li titqies ir- riżolvibbiltà tal -entità u s- setgħa tagħha li tindirizza rakkomandazzjonijiet lill -awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
76. Meta wieħed iqis li l - pjan ta’ riżoluzzjoni jiġi żviluppat mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni u …
|
Meta wieħed iqis li l - pjan ta’ riżoluzzjoni jiġi żviluppat mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni u li l -pjan ta’ fidi jiġi żviluppat mill - emittent, iż - żewġ pjanijiet se jkunu dokumenti separati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|