+6.3. Monitoraġġ kontinwu u ġudizzju espert
---+63. Sabiex itejbu r - robustezza tal- mudelli tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw …
---+64. Sabiex jindirizzaw in - nuqqasijiet residwi tal -mudelli tat- test tal - istress tagħhom, l - …
---+65. B’mod aktar ġenerali, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw ġudizzju espert meta jwettqu …
---+66. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari ta’ żviluppi sinifikanti fl -ambjent …
---+67. L- analiżi tax - xenarji għandha tkun imfassla b’kunsiderazzjoni tal - adattabbiltà u l - …

6.3. Monitoraġġ kontinwu u ġudizzju espert

6.3. Monitoraġġ kontinwu u ġudizzju espert

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
63. Sabiex itejbu r - robustezza tal- mudelli tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw …

Sabiex itejbu r - robustezza tal- mudelli tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jikkontestaw l - approċċ ta’ kalibrazzjoni tagħhom billi:

  • a. iqabblu r - riżultati u s - suppożizzjonijiet tagħhom ma’ osservazzjonijiet esterni, inklużi dawk superviżorji, minn sorsi kredibbli biex jivvalutaw il - konsistenza tas - suppożizzjonijiet u r- riżultati tagħhom stess;
  • b. l- użu ta’ analiżijiet tas - sensittività biex jiġi ttestjat il - grad ta’ stabbiltà u konsistenza tal - outputs tal - mudelli tagħhom jew biex jiġi identifikat l - effett ta’ tendenzi mhux lineari potenzjali mhux inklużi fix - xenarji;
  • c. fejn jintuża mudell ta’ parti terza, li jivverifika li l - qafas ta’ validazzjoni tal - fornituri esterni jikkonforma mal -Linji Gwida tal-EBA dwar l- arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni.
64. Sabiex jindirizzaw in - nuqqasijiet residwi tal -mudelli tat- test tal - istress tagħhom, l - …

Sabiex jindirizzaw in - nuqqasijiet residwi tal -mudelli tat- test tal - istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jqisu l - impatti tal - fatturi li ma setgħux, f’dan l - istadju, jiġu integrati mod ieħor (eż. riskji li jirriżultaw mill - katina tal -valur tal- kontropartijiet, punti kritiċi, effetti ta’ kontaġju, eċċ.), billi jaġġustaw b’mod konservattiv ir - riżultati tal - mudelli tagħhom abbażi ta’ ġudizzju espert.

65. B’mod aktar ġenerali, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw ġudizzju espert meta jwettqu …

B’mod aktar ġenerali, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw ġudizzju espert meta jwettqu analiżijiet kwantitattivi biex jikkumpensaw għal data ambjentali mhux kompluta jew approssimattiva, in - nuqqas ta’ korrelazzjonijiet storiċi osservati u limitazzjonijiet oħ ra tal-mudell.

66. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari ta’ żviluppi sinifikanti fl -ambjent …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari ta’ żviluppi sinifikanti fl -ambjent tagħhom (inkluża l - istrateġija tal - kontropartijiet biex ilaħħqu mar - riskji ambjentali) sabiex ix - xenarji u l - approċċi ta’ mmudellar użati jibqgħu rilevanti. Il -fre kwenza li biha titwettaq l - analiżi tax - xenarji għandha tiġi adattata għall - ħtiġijiet u l - prattiki tal - istituzzjonijiet.

67. L- analiżi tax - xenarji għandha tkun imfassla b’kunsiderazzjoni tal - adattabbiltà u l - …

L- analiżi tax - xenarji għandha tkun imfassla b’kunsiderazzjoni tal - adattabbiltà u l - modularità sabiex tippermetti għal irfinar kontinwu hekk kif jevolvu l -ambjent u l- għarfien. L - istituzzjonijiet għandhom iżommu ruħhom aġġornati dwar l - aħħar għarfien xjentifiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/