+REGOLAMENT (UE) 2021/783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
------+Artikolu 3 Objettivi
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 4 Struttura
---------+Artikolu 4 (1)
---------+Artikolu 4 (2)
------+Artikolu 5 Baġit
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
---------+Artikolu 5 6
------+Artikolu 6 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm LIFE
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 7 Kooperazzjoni internazzjonali
------+Artikolu 8 Sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni
------+Artikolu 9 Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-Unjoni
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
---+KAPITOLU II Eliġibbiltà
------+Artikolu 10 Għotjiet
------+Artikolu 11 Azzjonijiet eliġibbli
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---------+Artikolu 11 3
---------+Artikolu 11 4
---------+Artikolu 11 5
---------+Artikolu 11 6
------+Artikolu 12 Entitajiet eliġibbli
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
---------+Artikolu 12 4
---------+Artikolu 12 5
------+Artikolu 13 Għotjiet diretti
------+Artikolu 14 Speċifikazzjoni tal-kriterji għall-għoti
---------+Artikolu 14 (a)
---------+Artikolu 14 (b)
---------+Artikolu 14 (c)
---------+Artikolu 14 (d)
---------+Artikolu 14 (e)
---------+Artikolu 14 (f)
---------+Artikolu 14 (g)
---------+Artikolu 14 (h)
------+Artikolu 15 Kostijiet eliġibbli relatati max-xiri tal-art
---------+Artikolu 15 (a)
---------+Artikolu 15 (b)
---------+Artikolu 15 (c)
---------+Artikolu 15 (d)
------+Artikolu 16 Finanzjament kumulattiv u alternattiv
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---+KAPITOLU III Operazzjonijiet ta' taħlit
------+Artikolu 17 Operazzjonijiet ta' taħlit
---+KAPITOLU IV Programmazzjoni, monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni
------+Artikolu 18 Programm ta’ ħidma pluriennali
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
---------+Artikolu 18 5
------+Artikolu 19 Monitoraġġ u rappurtar
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
---------+Artikolu 19 4
---------+Artikolu 19 5
---------+Artikolu 19 6
------+Artikolu 20 Evalwazzjoni
---------+Artikolu 20 1
---------+Artikolu 20 2
---------+Artikolu 20 3
---------+Artikolu 20 4
---+KAPITOLU V Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
------+Artikolu 21 Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
---------+Artikolu 21 1
---------+Artikolu 21 2
------+Artikolu 22 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 22 1
---------+Artikolu 22 2
---------+Artikolu 22 3
---------+Artikolu 22 4
------+Artikolu 23 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 23 1
---------+Artikolu 23 2
---------+Artikolu 23 3
---------+Artikolu 23 4
---------+Artikolu 23 5
---------+Artikolu 23 6
------+Artikolu 24 Tħassir
------+Artikolu 25 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---------+Artikolu 25 1
---------+Artikolu 25 2
---------+Artikolu 25 3
---------+Artikolu 25 4
---------+Artikolu 25 5
------+Artikolu 26 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS I IL-KORPI LI LILHOM JISTGĦU JINGĦATAW L-GĦOTJIET MINGĦAJR SEJĦA GĦAL PROPOSTI
---+ANNESS II INDIKATURI
------+1. Indikaturi tal-output
---------+1.1. Għadd ta' proġetti li qed jiżviluppaw, juru u jippromwovu tekniki u approċċi innovattivi;
---------+1.2. Għadd ta' proġetti li japplikaw l-aħjar prassi f'dak li għandu x'jaqsam man-natura u …
---------+1.3. Għadd ta' proġetti għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ jew l-infurzar …
---------+1.4. Għadd ta' proġetti li jtejbu l-governanza billi jsaħħu l-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u …
---------+1.5. Għadd ta' proġetti, inklużi proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar …
------+2. Indikaturi tar-riżultat
---------+2.1. Bidla netta għall-ambjent u għall-klima, ibbażata fuq l-aggregazzjoni tal-indikaturi …
---------+2.2. Investimenti kumulattivi ġġenerati permezz tal-proġetti jew finanzjament aċċessat (miljun EUR);
---------+2.3. Għadd ta' organizzazzjonijiet involuti fi proġetti jew li jirċievu għotjiet operattivi;
---------+2.4. Is-sehem ta' proġetti li kellhom l-effett ta' katalizzatur wara d-data ta' tmiem il-proġett.
---+ANNESS III
English - European Union - Environment - Sustainability -

REGOLAMENT (UE) 2021/783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2021/783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa' sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li jekk ma jiġux indirizzati ser ikollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

(2)

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għall-perijodu bejn l-2014 u l-2020, huwa l-aktar wieħed reċenti f'sensiela ta' programmi tal-Unjoni mill-1992 li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Il-Programm LIFE ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu reċenti bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 jenħtieġ, għalhekk, li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u f'valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE) (il-"Programm LIFE") jiġi stabbilit għal perijodu ta' seba' snin biex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma' dak tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (5).

(3)

Il-Programm LIFE, li jimmira li jikseb l-objettivi u l-miri stabbiliti bil-leġiżlazzjoni, il-politika u l-pjanijiet, b'mod partikolari l-objettivi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (“Patt Ekoloġiku Ewropew”) u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, lejn il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, u tas-saħħa, u lejn it-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, permezz ta' interventi diretti jew inkella permezz tal-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-objettivi f'politiki oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ġenerali ta' azzjoni adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bħas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (6) u kwalunkwe programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni sussegwenti.

(4)

L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizzaw il-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fit-tul u s-servizzi tal-ekosistema, u r-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm LIFE jenħtieġ li jirrifletti l-prinċipji tas-solidarjetà, filwaqt li jagħti kontribut materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali.

(5)

Bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u klimatika jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant jiġu promossi sinerġiji u komplementarjetà ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż billi jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplementaw proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura u li jappoġġaw l-użu u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm LIFE. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu duplikazzjoni amministrattiva u piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji ta' proġett li jkunu jirriżultaw minn obbligi ta' rappurtar minn strumenti finanzjarji differenti.

(6)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (7) u l-Ftehim ta' Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (8) (il-“Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima”), u, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-Teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (9) (il-“Konvenzjoni ta' Aarhus”), il-Konvenzjoni NU/KEE dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, u l-Konvenzjoni tan-NU ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.

(7)

L-Unjoni tagħti importanza kbira lis-sostenibbiltà fit-tul tar-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE, u lill-kapaċità li jiġu żgurati u miżmuma dawk ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-proġett, fost l-oħrajn bit-tkomplija tal-proġett, jew bir-replikazzjoni jew bit-trasferiment tar-riżultati.

(8)

Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Tali trasformazzjoni, min-naħa tagħha, tirrikjedi azzjoni b’enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta' tniġġis, li tippromovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, kif ukoll li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija fit-tul, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.

(9)

Il-proġetti fil-qafas tas-sottoprogramm il-ġdid “Tranżizzjoni Lejn Enerġija Nadifa” tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiffokaw fuq il-ħolqien tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u d-diffużjoni ta' għarfien, ħiliet, tekniki, metodi u soluzzjonijiet innovattivi biex jinkisbu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni dwar it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija. Tali tisħiħ tal-kapaċitajiet u diffużjoni huma tipikament azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ ta’ valur miżjud għoli fil-livell tal-Unjoni, li għandhom l-għan li jkissru l-ostakli tas-suq li jfixklu t-tranżizzjoni soċjoekonomika għal enerġija sostenibbli, u li prinċipalment jinvolvu entitajiet żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll atturi multipli, inkluż awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Tali azzjonijiet iġibu magħhom kobenefiċċji multipli, bħall-indirizzar tal-faqar enerġetiku, it-titjib tal-kwalità tal-arja interna, it-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa lokali bis-saħħa tat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ż-żieda fl-enerġiji rinnovabbli distribwiti, u l-kontribut għal effetti ekonomiċi lokali pożittivi u għal aktar tkabbir soċjalment inklużiv.

(10)

Sabiex jingħata kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni, teħtieġ li titħaffef it-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, iffinanzjati sal-2020 fl-ambitu ta' Orizzont 2020 (10), jenħtieġ li jiġu integrati fis-sottoprogramm il-ġdid “Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa tal-Programm LIFE”, peress li l-objettiv tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li ser tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u lis-setturi kollha involuti fi tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. L-inklużjoni ta' tali azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm LIFE toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-sottoprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tinġabar u titqassam data dwar l-użu ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti tal-Programm LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (“Orizzont Ewropa”) u l-predeċessuri tiegħu.

(11)

Il-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għad-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li emendat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), tikkalkula li l-ilħuq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ser teħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perijodu 2021-2030. L-akbar lakuni huma relatati mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini biex jinżdiedu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, fejn il-kapital jeħtieġ jgħaddi lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-objettivi tas-sottoprogramm “Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa”, li jkopri l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu rapidu ta' enerġija rinnovabbli, huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u l-aggregazzjoni ta' tali proġetti, biex b'hekk jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jaġixxi ta' katalizzatur għall-investimenti f'enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, anki billi juża l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(12)

Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat speċifikament għall-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima, u għalhekk għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f’dawk l-oqsma.

(13)

Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jgħinu l-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal–ħtiġijiet relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-Unjoni matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, inkluż billi juża u japplika r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar jekk dan ikun jista' jgħin l-indirizzar ta' kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta' tranżizzjoni enerġetika. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa jista' jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll is-sinerġiji mal-Fond ta' Innovazzjoni fil-qafas tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, stabbilita taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(14)

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm LIFE jenħtieġ li tkun tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn programmi oħrajn tal-Unjoni, dment li tali kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu awditjati darba biss u b'mod li jkopri l-programmi kollha tal-Unjoni involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

(15)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali: L-isfidi ewlenin u kif ser ngħaqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (EIR) tindika li huwa meħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex jittejbu l-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-objettivi ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ għalhekk li jaġixxi bħala katalizzatur biex jiġu indirizzati l-isfidi orizzontali u sistemiċi kif ukoll il-kawżi fundamentali għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni identifikati fl-EIR u biex jinkiseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, l-ittestjar u r-replikazzjoni ta’ approċċi ġodda; l-appoġġ, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-iżvilupp tal-politika; it-titjib tal-governanza dwar kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u ta’ tranżizzjoni tal-enerġija relatati, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-komunikazzjoni u l-għarfien; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti mill-programmi ta' investiment tal-Unjoni jew sorsi finanzjarji oħra, u permezz tal-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin mitluba mil-leġiżlazzjoni ambjentali.

(16)

It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluż il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (16), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, il-wiri u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, bħal pereżempju l-ġestjoni effettiva, fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' azzjoni mogħtija prijorità adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqiesu s-sovrappożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk tal-bijodiversità.

L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw in-nefqa tagħhom relatata mal-bijodiversità biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għal monitoraġġ previsti f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-infiq tal-Unjoni relatat mal-bijodiversità jiġi mmonitorjat f'konformità ma' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva li tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, kif imsemmi fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (19).

(17)

L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat.

L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (il-“Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”) u l-Fond ta' Koeżjoni stabbilit skont ir-Regolament 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (il-“Fond ta’ Koeżjoni”), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali stabbilit skont ir-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (il-“Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali”) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 (“il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura”), jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jiġu ssodisfati dawk il-ħtiġijiet, fuq bażi komplementari. Il-Programm LIFE jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali inklużjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati li jaġixxu ta' katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inkluż l-azzjonijiet stabbiliti fl-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri immirati lejn l-inklużjoni tal-objettivi tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki u fi programmi ta' finanzjament oħra, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawk il-politiki.

L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali sabiex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkumplementaw il-proġetti strateġiċi dwar in-natura kif definiti skont dan ir-Regolament.

(18)

Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza fir-riżorsi jirrikjedu bidla fil-mod kif il-materjali u l-prodotti, inkużi l-plastiks, jiġu mfassla, prodotti, ikkunsmati, imsewwija, użati mill-ġdid, irriċiklati u mormija, u jirrikjedu fokus fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju li jimmira lejn varjetà ta' atturi(bħal negozji, awtoritajiet pubbliċi u konsumaturi, b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa, u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u permezz tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-iskart. Permezz tal-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari, tista' tittieħed azzjoni biex tkun indirizzata l-problema tal-iskart fil-baħar b'mod partikolari.

(19)

Livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali huwa ta’ importanza fundamentali għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-użu ta' sustanzi kimiċi b’modi li jwasslu għall-minimizzazzjoni tal-effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ta’ ambjent mhux tossiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm LIFE jappoġġa wkoll attivitajiet biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) sabiex jinkisbu livelli ta’ storbju li ma jirriżultawx f’impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem.

(20)

L-objettiv fit-tul tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar l-arja huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx riskji u impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, filwaqt li jissaħħu s-sinerġiji bejn it-titjib fil-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Il-pubbliku huwa konxju ħafna dwar it-tniġġis tal-arja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu, b’mod partikolari f’żoni fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' arja nadifa. Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm LIFE jappoġġa proġetti, inkluż proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji tal-aħjar prattika u jaġixxu ta' katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

(21)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) stabbiliet qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ, l-ilmijiet tal-kosta, l-ilmijiet transitorji u l-ilma ta' taħt l-art tal-Unjoni. L-objettivi ta' dik id-Direttiva ser ikunu appoġġati b'implimentazzjoni mtejba u bl-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika dwar l-ilma f'oqsma ta' politika oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ għaldaqstant li jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/60/KE u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-ilma li tikkontribwixxi lejn il-kisba ta' status tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni, l-iżvilupp u r-replikazzjoni tal-aħjar prattiki, kif ukoll permezz tal-mobilizzazzjoni ta' azzjonijiet komplementari fl-ambitu ta' programmi jew sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni.

(22)

Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa dawn li ġejjin: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar, b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000, u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26); il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastik f’Ekonomija Ċirkolari, l-indirizzar b’mod partikolari tal-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart fil-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza tal-oċeani internazzjonali, li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u biex jiġu garantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar.

(23)

It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta’ tranżizzjoni enerġetika jirrikjedi l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni li tieħu kont tal-media l-ġodda u n-netwerks soċjali, l-involviment tal-konsumaturi, u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs), f’konsultazzjonijiet dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livelli kollha. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Programm LIFE jappoġġa firxa wiesgħa ta’ NGOs kif ukoll netwerks ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ li jsegwu għan li huwa ta’ interess ġenerali għall-Unjoni, u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew l-azzjoni dwar il-klima, bl-għoti, b’mod kompetittiv u trasparenti, ta’ għotjiet operattivi sabiex jgħinu lil NGOs, netwerks u entitajiet bħal dawn, jagħtu kontribut effettiv lill-politika tal-Unjoni, u biex jibnu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex b'hekk isiru sħab aktar effiċjenti.

(24)

Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun objettiv trasversali għas-sottoprogrammi kollha tal-Programm LIFE, il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-acquis dwar l-ambjent u l-klima u l-konformità miegħu, b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni Aarhus (NU/KEE).

(25)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti u servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi, u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi eżistenti u l-pajsaġġ kummerċjali. Biex ikun appoġġat użu kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.

(26)

Il-Programm LIFE huwa mfassal biex jappoġġa t-turija ta’ tekniki, approċċi u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu replikati u użati fuq skala ikbar. Soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ prattiki ta’ biedja sostenibbli fiż-żoni attivi fl-oqsma tal-klima, l-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-iskart. Jenħtieġ li ssir enfasi f’dan ir-rigward fuq is-sinerġiji ma’ programmi u politiki oħra, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola u l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE.

(27)

Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi ta’ inklużjoni biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta' attivitajiet taħt programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta’ salvagwardji tas-sostenibbiltà fl-istrumenti kollha tal-Unjoni. Fil-kuntest tar-rwol tagħhom ta’ katalizzaturi, il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati fl-ambitu tal-Programm LIFE jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament, bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu sinerġiji.

(28)

Is-suċċess ta’ proġetti strateġiċi dwar in-natura u ta’ proġetti integrati strateġiċi jiddependi minn kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-atturi mhux Statali affettwati mill-objettivi tal-Programm LIFE. Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ żvelar rigward deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti jenħtieġ, għalhekk, li jiġu applikati, b’mod partikolari fil-każ ta’ integrazzjoni jew meta jkunu involuti sorsi ta’ finanzjament multipli.

(29)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod koordinat u ambizzjuż, f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil tal-Klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm LIFE ser jikkontribwixxi biex jiġu inklużi azzjonijiet dwar il-klima u biex tinkiseb mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet fl-ambitu tal-Programm LIFE huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm LIFE għal objettivi klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE ser jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u dawn ser jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti. Jenħtieġ li, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-azzjonijiet taħt il-programm LIFE jirrispettaw il-prinċipju 'la tagħmilx ħsara'.

(30)

Fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi, li tinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr dawk fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

(31)

B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora man-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-Programm LIFE biex tistimula l-kooperazzjoni bil-għan li s-servizzi tal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali madwar l-Unjoni jitjiebu u jsiru aktar effettivi, sabiex iżżid il-kwalità ġenerali tal-proposti ppreżentati, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-Programm LIFE jew twettaq attivitajiet oħra, pereżempju kampanji tal-media, sabiex isiru magħrufa aktar ir-riżultati tal-proġetti u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati ta' proġetti fl-Unjoni kollha, u b'hekk ikunu promossi l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni. Jenħtieġ li tali attivitajiet ikunu mmirati b'mod partikolari lejn l-Istati Membri li fihom hemm użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti u l-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestewjew dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li tali attivitajiet ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni jiġu indirizzati lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-partijiet ikkonċernati.

(32)

Il-kwalità jenħtieġ li tkun il-kriterju li jirregola l-evalwazzjoni tal-proġett u l-proċess tal-għoti fil-Programm LIFE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm LIFE madwar l-Unjoni u biex tiġi promossa kwalità għolja fi proposti ta’ proġetti, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni finanzjament għal proġetti ta’ assistenza teknika li jimmiraw lejn parteċipazzjoni effettiva fil-Programm LIFE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi kopertura ġeografika effettiva u bbażata fuq il-kwalità madwar l-Unjoni, inkluż billi tappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-proġetti permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Parteċipazzjoni effettiva baxxa għall-Programm LIFE, l-attivitajiet eliġibbli u l-kriterji għall-għoti tal-Programm LIFE jenħtieġ li jkunu speċifikati fil-Programm ta' Ħidma Pluriennali ggwidat mill-parteċipazzjoni u r-rata ta' suċċess tal-applikanti mill-Istati Membri rilevanti, b'kont meħud, fost l-oħrajn, tal-popolazzjoni u tad-densità tal-popolazzjoni, tal-arja totali tas-siti ta' Natura 2000 għal kull Stat Membru espressa bħala proporzjon tal-arja totali ta' Natura 2000, u tal-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' Natura 2000. Jenħtieġ li l-attivitajiet eliġibbli jkunu ta' tali natura li jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-applikazzjoni għall-proġetti.

(33)

F'konformità mal-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2018 dwar "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali", in-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE), u l-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE) inħolqu biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u jkollhom irwol uniku fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Huma jagħtu kontribut sostanzjali biex tissaħħaħ il-konsistenza fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, u biex itejbu l-kwalità tal-ispezzjoni ambjentali u l-mekkaniżmi tal-infurzar tal-liġi permezz ta' sistema ta' networking kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, u jipprovdu għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'livelli amministrattivi differenti, permezz ta' taħriġ u diskussjonijiet fil-fond dwar kwistjonijiet ambjentali u aspetti ta' infurzar, inkluż il-proċessi ta' monitoraġġ u ta' għoti ta' permessi. Fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-Programm LIFE, jixraq li jiġi awtorizzat l-għoti ta' għotjiet lil IMPEL, ENPE u EUFJE mingħajr sejħa għal proposti sabiex ikompli jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta' dawk il-partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, f'każijiet oħra, tista' ma tkunx meħtieġa sejħa skont ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) (ir-“Regolament Finanzjarju”), per eżempju għall-korpi maħtura mill-Istati Membri u li joperaw taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu identifikati bħala benefiċjarji ta' għotja b'att leġiżlattiv tal-Unjoni.

(34)

Jixraq li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(35)

Ir-rati ta' kofinanzjament massimi ta' għotjiet iffinanzjati taħt il-Programm LIFE jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu meħtieġa sabiex jinżamm il-livell effettiv ta' sostenn ipprovdut mill-Programm LIFE. Sabiex titqies l-adattabbiltà meħtieġa fid-dawl tal-firxa eżistenti ta' azzjonijiet u entitajiet, rati ta' kofinanzjament speċifiċi jenħtieġ li jiffaċilitaw iċ-ċertezza, filwaqt li jżommu grad ta' flessibbiltà proporzjonat għal ħtiġijiet jew rekwiżiti speċifiċi. Ir-rati ta' kofinanzjament speċifiċi jenħtieġ li jkunu dejjem soġġetti għar-rati massimi ta' kofinanzjament rilevanti stabbiliti.

(36)

Ir-Regolament Finanzjarju adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplika għal dan ir-Regolament. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta' esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(37)

F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) ir-Regolamentii tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (29), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (30) u (UE) 2017/1939 (31), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(38)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-Programm LIFE jenħtieġ li jintgħażlu skont l-abbiltà tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jwasslu għal riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għal għotjiet, l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni li tinftiehem faċilment, u tippromwovi simplifikazzjoni reali għall-iżviluppaturi tal-proġetti.

(39)

Fejn ikun adatt, l-objettivi ta' politika tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji taħt ir-Regolament (UE) 2021/523, inkluż permezz tal-ammont allokat mill-Programm LIFE, kif speċifikat fil-programmi ta' ħidma pluriennali taħt dak il-Programm.

(40)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (33), l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Programm LIFE u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti. Il-parteċipazzjoni ta' tali entitajiet fil-Programm LIFE jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti li jaqgħu taħt is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità'.

(41)

L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji Extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluż l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inkluż approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u t-tgħaffija tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. Permezz tal-azzjoni preparatorja BEST adottata fl-2011 u l-Programm BEST 2.0 u l-proġett BEST RUP sussegwenti, il-BEST għenet biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej u r-rwol ewlieni tagħhom fil-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju għal proġetti fuq il-post f'dawk it-territorji hija ta' EUR 8 miljun fis-sena. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa għaldaqstant xieraq li l-Programm LIFE jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità, inkluż azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet u azzjonijiet li għandhom effett katalitiku, kemm fir-Reġjuni Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.

(42)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jkun miftuħ għal pajjiżi terzi skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tagħhom.

(43)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (34), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta' deċiżjoni adottata skont dak il-Ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(44)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (35), jenħtieġ li l-Programm LIFE jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm LIFE fil-prattika. L-impatt sħiħ tal-Programm LIFE huwa dovut għat-totalità tal-kontributi indiretti, fit-tul u diffiċli li jitkejlu biex tinkiseb il-firxa sħiħa ta' objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Għall-monitoraġġ tal-Programm LIFE, l-indikaturi tal-output dirett u r-rekwiżiti ta' segwiment stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn aggregazzjoni ta' indikaturi speċifiċi fil-livell tal-proġetti li jridu jiġu deskritti fil-programmi ta' ħidma pluriennali jew is-sejħiet għal proposti, fost l-oħrajn fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja.

(45)

abiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma pluriennali, jenħtieġ li setgħat ta' implimentazzjoni jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).

(46)

Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ għall-Programm LIFE u l-implimentazzjoni tiegħu huma konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, u dan bil-għan li temenda dan ir-Regolament billi tirrevedi jew tikkomplimenta l-indikaturi jew li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi indikaturi speċifiċi għal kull sottoprogramm u tip ta' proġett, kif ukoll sabiex jiġi stabbilit il-qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(47)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni ambizzjuża dwar il-klima, għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-bijodiversità, il-klima, l-ekonomija ċirkolari u dawk rilevanti dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz ta' governanza tajba u approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(48)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jenħtieġ li jitħassar.

(49)

Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) preċedenti u l-Programm LIFE u li l-bidu tal-Programm LIFE jiġi allinjat ma' dak tal-qafas finanzjarju pluriennali kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
KAPITOLU II Eliġibbiltà KAPITOLU II Eliġibbiltà
KAPITOLU III Operazzjonijiet ta' taħlit KAPITOLU III Operazzjonijiet ta' taħlit
KAPITOLU IV Programmazzjoni, monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni KAPITOLU IV Programmazzjoni, monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni
KAPITOLU V Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali KAPITOLU V Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
ANNESS I IL-KORPI LI LILHOM JISTGĦU JINGĦATAW L-GĦOTJIET MINGĦAJR SEJĦA GĦAL PROPOSTI

ANNESS I

IL-KORPI LI LILHOM JISTGĦU JINGĦATAW L-GĦOTJIET MINGĦAJR SEJĦA GĦAL PROPOSTI

1.   

In-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL);

2.   

In-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE);

3.   

Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE).

ANNESS II INDIKATURI

ANNESS II

INDIKATURI

ANNESS III

ANNESS III

LOGO TAL-PROGRAMM LIFE

Image 1

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.