+ANNESS XXX Tabelli u mudelli ta’ divulgazzjoni tal-approċċ standardizzat u intern għar-riskju tas-suq: Struzzjonijiet
|
ANNESS XXX Tabelli u mudelli ta’ divulgazzjoni tal-approċċ standardizzat u intern għar-riskju tas-suq: Struzzjonijiet
ANNESS XXX
Tabelli u mudelli ta’ divulgazzjoni tal-approċċ standardizzat u intern għar-riskju tas-suq: Struzzjonijiet
1. Dan l-anness jinkludi l-istruzzjonijiet li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 435, 445 u 455 tar-Regolament (UE) 575/2013 (
23
) (“CRR”) sabiex jimlew it-tabelli u l-mudelli tad-divulgazzjoni tar-riskju tas-suq li huma ppreżentati fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Tabella EU MRA - Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni kwalitattiva relatati mar-riskju tas-suq: Kaxxi tat-test b’format liberu
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 435(1) CRR fir-rigward tar-riskju tas-suq billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-tabella EU MRA li hija ppreżentata fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
(a)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 435(1) CRR dwar l-objettivi u l-politiki ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jimmaniġġjaw ir-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu:
— spjegazzjoni tal-objettivi strateġiċi tal-ġestjoni tagħhom fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ negozjar;
— il-proċessi implimentati sabiex jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskji tas-suq tal-istituzzjoni;
— il-politiki għall-iħħeġġjar u għall-mitigazzjoni tar-riskju;
— l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-ħeġġijiet.
|
|
(b)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 435(1) CRR dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu:
— deskrizzjoni tal-istruttura tal-governanza tar-riskju tas-suq stabbilita sabiex jimplimentaw l-istrateġiji u l-proċessi tal-istituzzjoni diskussi fir-ringiela (a) aktar ’il fuq,
— deskrizzjoni tar-relazzjonijiet u tal-mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet differenti involuti fil-ġestjoni tar-riskju tas-suq.
|
|
(c)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 435(1) CRR dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tas-sistemi ta’ divulgazzjoni u kejl tar-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tan-natura tad-divulgazzjoni tar-riskju tas-suq u tas-sistemi ta’ kejl.
|
Mudell EU MR1 - Ir-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat: format fiss
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 445 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU MR1 li huwa ppreżentat fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
Prodotti diretti
|
|
1
|
Riskju tar-rata tal-imgħax (ġenerali u speċifiku)
Riskju ġenerali u speċifiku ta’ pożizzjonijiet fi strumenti ta’ dejn negozjati fil-portafoll tan-negozjar, f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR, eskluż ir-riskju speċifiku relatat mat-titolizzazzjoni, u li mhuwiex fakultattiv
|
|
2
|
Riskju ta’ ekwità (ġenerali u speċifiku)
Riskju ġenerali u speċifiku ta’ pożizzjonijiet f’ekwitajiet fil-portafoll tan-negozjar, f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR, esklużi strumenti fakultattivi
|
|
3
|
Riskju tal-kambju
Riskju ta’ pożizzjonijiet fil-kambju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR, esklużi strumenti fakultattivi
|
|
4
|
Riskju tal-komoditajiet
Riskju ta’ pożizzjonijiet f’komoditajiet f’konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR, esklużi strumenti fakultattivi
|
|
Opzjonijiet
|
|
5
|
Approċċ simplifikat
Opzjonijiet jew warrants kif iddefiniti fl-Artikolu 329(3) tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR li għalihom l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju mhux delta billi jużaw l-approċċ simplifikat (1)
|
|
6
|
Approċċ delta plus
Opzjonijiet jew warrants fil-portafoll tan-negozjar kif definiti fl-Artikolu 329(3) tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR li għalihom l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju mhux delta billi jużaw l-approċċ delta plus (2).
|
|
7
|
Approċċ tax-xenarju
Opzjonijiet jew warrants fil-portafoll tan-negozjar kif definiti fl-Artikolu 329(3) tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR li għalihom l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju mhux delta billi jużaw l-approċċ tax-xenarju. (3).
|
|
8
|
Titolizzazzjoni (riskju speċifiku)
Riskju speċifiku ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar f’konformità mal-Artikoli 337 u 338 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR.
|
|
9
|
Total
Somma tal-ammonti fir-ringieli minn 1 sa 8 ta’ dan il-mudell.
|
|
Ittra tal-kolonna
|
Spjegazzjoni
|
|
a
|
RWEAs
Divulgazzjoni tal-iskoperturi ponderati għar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 438 CRR, ikkalkolata bħala l-valur fil-kolonna b immoltiplikat bi 12,5 f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 92(4) CRR
|
(1)
Kif definit fir-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29).
(2)
Kif definit fir-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29).
(3)
Kif definit fir-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29).
|
Tabella EU MRB: Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni kwalitattiva għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Mudelli tar-Riskju tas-Suq interni: format b’test liberu
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (f) tal-Artikolu 455 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-tabella EU MRB li hija ppreżentata fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
EU (a)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 455 CRR dwar il-firxa u l-metodoloġiji għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 104 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu:
— deskrizzjoni tal-proċeduri u tas-sistemi implimentati għall-assigurazzjoni tan-negozjabbiltà tal-pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll tan-negozjar sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 104 CRR;
— deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi żgurat li l-politiki u l-proċeduri implimentati għall-ġestjoni ġenerali tal-portafoll tan-negozjar ikunu xierqa.
|
|
EU (b)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 455 CRR dwar il-firxa u l-metodoloġiji għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 105 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu:
— deskrizzjoni tal-metodoloġiji ta’ valwazzjoni, inkluża spjegazzjoni ta’ kemm jintużaw metodoloġiji ta’ valwazzjoni skont is-suq u ta’ valwazzjoni skont mudell;
— deskrizzjoni tal-proċess indipendenti ta’ verifika tal-prezzijiet;
— proċeduri għall-aġġustamenti jew għar-riżervi tal-valwazzjoni (inkluża deskrizzjoni tal-proċess u tal-metodoloġija għall-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet tan-negozjar skont it-tip ta’ strument).
|
|
(A)
|
L-istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal-VaR u mudelli tal-SVaR, kif iddefiniti fl-Artikolu 365 CRR
|
|
(a)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 455 u fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-attivitajiet u tar-riskji koperti mill-mudelli tal-VaR u tal-SVaR, li tispeċifika kif inhuma ddistribwiti f’portafolli/f’subportafolli li għalihom l-awtorità kompetenti tkun tat permess.
|
|
(b)
|
Meta jiddikjaraw kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu:
— deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudelli tal-VaR u tal-SVaR li għalihom l-awtorità kompetenti tkun tat permess;
— meta rilevanti, informazzjoni dwar liema entitajiet fil-grupp jużaw dawn il-mudelli u kif il-mudelli jirrappreżentaw il-mudelli kollha użati fil-livell tal-grupp, kif ukoll il-perċentwal ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji koperti mill-mudelli /jew jekk jintużawx l-istess mudelli tal-VaR/SVaR għall-entitajiet kollha bi skopertura għar-riskju tas-suq.
|
|
|
Divulgazzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 455 CRR dwar il-karatteristiċi tal-mudell użat għandhom jinkludu:
|
|
(c)
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-mudelli tal-VaR u tal-SVaR regolatorji
|
|
(d)
|
Diskussjoni tad-differenzi ewlenin, jekk ikun hemm, bejn il-mudelli użati għall-finijiet ta’ ġestjoni u l-mudell użat għal finijiet regolatorji (99% ta’ 10 ijiem) għall-mudelli tal-VaR u tal-SVaR
|
|
(e)
|
Għal mudelli tal-VaR:
|
|
(i)
|
Il-frekwenza tal-aġġornar tad-data;
|
|
(ii)
|
It-tul tal-perjodu tad-data li jintuża sabiex jiġi kkalibrat il-mudell. Deskrizzjoni tal-iskema ta’ ponderazzjoni li tintuża (jekk ikun hemm);
|
|
(iii)
|
Deskrizzjoni dwar kif l-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-perjodu ta’ żamma ta’ 10 ijiem (pereżempju, jiskalaw il-VaR ta’ jum wieħed bl-għerq kwadrat ta’ 10, jew jimmudellaw direttament il-VaR ta’ 10 ijiem?);
|
|
(iv)
|
Deskrizzjoni tal-approċċ ta’ aggregazzjoni, li huwa l-metodu għall-aggregazzjoni tar-riskju speċifiku u ġenerali (jiġifieri l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-imposta speċifika bħala imposta awtonoma billi jużaw metodu differenti minn dak użat sabiex jikkalkolaw ir-riskju ġenerali jew l-istituzzjonijiet jużaw mudell wieħed li jiddiversifika r-riskju ġenerali u speċifiku?);
|
|
(v)
|
Approċċ ta’ valwazzjoni (rivalwazzjoni sħiħa jew użu ta’ approssimazzjonijiet);
|
|
(vi)
|
Jekk, meta jiġu ssimulati movimenti potenzjali f’fatturi ta’ riskju, jintużawx redditi assoluti jew relattivi (jew approċċ imħallat) (jiġifieri tibdil proporzjonali fil-prezzijiet jew fir-rati jew tibdil assolut fil-prezzijiet jew fir-rati).
|
|
(f)
|
Għall-mudelli tal-SVaR:
|
|
(i)
|
Deskrizzjoni dwar kif jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ żamma ta’ 10 ijiem. Pereżempju, l-istituzzjoni tiskala l-VaR ta’ jum wieħed bl-għerq kwadrat ta’ 10, jew timmudella direttament il-VaR ta’ 10 ijiem? Jekk l-approċċ ikun l-istess bħal dak għall-mudelli tal-VaR, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkonfermaw dan u jirreferu għad-divulgazzjoni (e)(iii) ta’ hawn fuq;
|
|
(ii)
|
Deskrizzjoni tal-perjodu ta’ stress magħżul mill-istituzzjoni u tar-raġuni wara din l-għażla;
|
|
(iii)
|
Deskrizzjoni tal-approċċ ta’ valwazzjoni (rivalwazzjoni sħiħa jew użu ta’ approssimazzjonijiet).
|
|
(g)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-ittestjar tal-istress applikat għall-parametri tal-immudellar konsistenti mal-informazzjoni ddikjarata skont (A)(a) aktar ’il fuq (xenarji ewlenin żviluppati sabiex jiġu koperti l-karatteristiċi tal-portafolli li għalihom japplikaw il-mudelli tal-VaR u tal-SVaR fil-livell tal-grupp).
|
|
(h)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw deskrizzjoni tal-approċċ użat għall-ittestjar b’lura/għall-validazzjoni tal-akkuratezza u tal-konsistenza interna tad-data u tal-parametri użati għall-mudelli interni u għall-proċessi ta’ mmudellar.
|
|
(B)
|
Istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni sabiex ikejlu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni (IRC) f’konformità mat-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
|
|
(a)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 455 u fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tar-riskji koperti mill-mudelli tal-IRC, li tispeċifika kif inhuma ddistribwiti f’portafolli/f’subportafolli li għalihom l-awtorità kompetenti tkun tat permess.
|
|
(b)
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell tal-IRC li għalih l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess, u għandha tkun ikkomplementata b’informazzjoni dwar liema entitajiet fil-grupp jużaw dawn il-mudelli u kif il-mudelli jirrappreżentaw il-mudelli kollha użati fil-livell tal-grupp, inkluż il-perċentwal tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji koperti mill-mudelli jew jekk jintużawx l-istess mudelli tal-IRC għall-entitajiet kollha bi skopertura għar-riskju tas-suq.
|
|
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 455 CRR dwar il-karatteristiċi tal-mudelli tal-IRC użati għandha tinkludi:
|
|
(c)
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-metodoloġija użata għall-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni, inklużi:
|
|
(i)
|
Informazzjoni dwar l-approċċ kumplessiv tal-immudellar (b’mod partikolari, l-użu ta’ mudelli bbażati fuq il-firxa jew mudelli bbażati fuq matriċi ta’ tranżizzjoni);
|
|
(ii)
|
Informazzjoni dwar il-kalibrar tal-matriċi ta’ tranżizzjoni;
|
|
(iii)
|
Informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni;
|
|
(d)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-approċċ użat sabiex jiddeterminaw l-perjodi ta’ likwidità;
|
|
(e)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiksbu valutazzjoni kapitali li tkun konsistenti mal-istandard ta’ solidità meħtieġ;
|
|
(f)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-approċċ użat fil-validazzjoni tal-mudelli.
|
|
(g)
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-ittestjar tal-istress applikat għall-parametri tal-immudellar konsistenti mal-informazzjoni ddikjarata skont (B)(a) aktar ’il fuq (xenarji ewlenin żviluppati sabiex jiġu koperti l-karatteristiċi tal-portafolli li għalihom japplikaw il-mudelli tal-IRC fil-livell tal-grupp).
|
|
(h)
|
Linformazzjoni msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-approċċ użat għall-ittestjar b’lura/għall-validazzjoni tal-akkuratezza u tal-konsistenza interna tad-data u tal-parametri użati għall-mudelli interni u għall-proċessi ta’ mmudellar tal-IRC
|
|
(C)
|
Istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni sabiex ikejlu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni (kejl tar-riskju komprensiv) f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
|
|
(a)
|
Meta jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 455 u fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tar-riskji koperti mill-mudelli tal-kejl tar-riskju komprensiv, li tispeċifika kif inhuma ddistribwiti f’portafolli/f’subportafolli li għalihom l-awtorità kompetenti tkun tat permess.
|
|
(b)
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju komprensiv li għalihom l-awtorità kompetenti tkun tat permess. Għandha tkun ikkomplementata minn informazzjoni dwar liema entitajiet fil-grupp jużaw dawn il-mudelli u kif il-mudelli jirrappreżentaw il-mudelli kollha użati fil-livell tal-grupp, inkluż il-perċentwal ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji koperti mill-mudelli jew jekk jintużawx l-istess mudelli tal-IRC għall-entitajiet kollha bi skopertura għar-riskju tas-suq.
|
|
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 455 CRR dwar il-karatteristiċi tal-mudelli tal-kejl tar-riskju komprensiv użati għandha tinkludi:
|
|
(c)
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-metodoloġija użata għan-negozjar ta’ korrelazzjoni, inklużi:
|
|
(i)
|
Informazzjoni dwar l-approċċ tal-immudellar kumplessiv (għażla tal-korrelazzjoni tal-mudell bejn l-inadempjenza/migrazzjonijiet u l-firxa: (i) proċessi stokastiċi separati iżda korrelatati li jwasslu għall-migrazzjoni/għall-inadempjenza u ċ-ċaqliq tal-firxa; (ii) it-tibdiliet fil-firxa li jwasslu għall-migrazzjoni/għall-inadempjenza; jew (iii) tibdiliet fil-firxa li jwasslu għall-inadempjenza/għall-migrazzjonijiet);
|
|
(ii)
|
Informazzjoni użata sabiex jiġu kkalibrati l-parametri tal-korrelazzjoni bażi: l-ipprezzar tal-LGD tas-segmenti (kostanti jew stokastiċi);
|
|
(iii)
|
Informazzjoni dwar l-għażla ta’ jekk jitħallewx jiqdiemu l-pożizzjonijiet (il-profitti u t-telf ibbażati fuq il-moviment simulat tas-suq fil-mudell ikkalkolati fuq il-bażi taż-żmien sal-iskadenza ta’ kull pożizzjoni fi tmiem l-orizzont kapitali ta’ sena jew bl-użu taż-żmien sal-iskadenza tagħhom fid-data tal-kalkolu);
|
|
(d)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-approċċ użat sabiex jiddeterminaw l-perjodi ta’ likwidità.
|
|
(e)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiksbu valutazzjoni kapitali li tkun konsistenti mal-istandard ta’ solidità meħtieġ.
|
|
(f)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-approċċ użat fil-validazzjoni tal-mudelli.
|
|
(g)
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-ittestjar tal-istress applikat għall-parametri tal-immudellar (xenarji ewlenin żviluppati sabiex jiġu koperti l-karatteristiċi tal-portafolli li għalihom japplikaw il-mudelli tal-kejl tar-riskju komprensiv fil-livell tal-grupp).
|
|
(h)
|
Linformazzjoni msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-approċċ użat għall-ittestjar b’lura jew għall-validazzjoni tal-akkuratezza u tal-konsistenza interna tad-data u tal-parametri użati għall-mudelli interni u għall-proċessi ta’ mmudellar tal-kejl tar-riskju komprensiv.
|
|
(i)
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw l-informazzjoni dikjarata rigward il-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni u għall-portafolli ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni bl-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 455 dwar il-perjodu medju ponderat ta’ likwidità għas-subportafolli, koerenti mad-deskrizzjoni pprovduta taħt ir-ringieli (B) (a) u (d) u (C) (a) u (d) tat-tabella EU MRB.
|
Mudell EU MR2-A - Ir-riskju tas-suq skont l-Approċċ ta’ Mudell Intern (internal Model Approach, IMA): format fiss
5. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 455 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU MR2-A li huwa ppreżentat fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
1
|
VaR (l-ogħla mill-valuri a u b)
|
|
a
|
VaR tal-jum preċedenti (VaRt-1)
Numru tal-valur fir-riskju tal-jum ta’ qabel (VaRt-1) ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 365(1) CRR
|
|
b
|
Fattur ta’ multiplikazzjoni (mc) x il-medja ta’ 60 jum ta’ xogħol preċedenti (VaRavg)
Medja tan-numri tal-valur f’riskju ta’ kuljum ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 365(1) CRR, f’kull wieħed mis-60 jum ta’ negozju preċedenti (VARavg) x immoltiplikat bil-fattur ta’ moltiplikazzjoni (mc) f’konformità mal-Artikolu 366 CRR
|
|
2
|
SVaR (l-ogħla mill-valuri a u b)
|
|
a
|
L-aħħar SVaR disponibbli (SVaRt-1))
L-aħħar numru tal-valur fir-riskju taħt stress disponibbli (sVaRt-1) ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 365(2) CRR
|
|
b
|
Fattur ta’ multiplikazzjoni (mc) x il-medja ta’ 60 jum ta’ xogħol preċedenti (sVaRavg)
Medja tan-numri tal-valur fir-riskju taħt stress ikkalkolata bil-mod u bil-frekwenza speċifikati fl-Artikolu 365(2) CRR matul is-sittin jum ta’ negozju preċedenti (sVaRavg), immoltiplikata bil-fattur ta’ moltiplikazzjoni (ms) f’konformità mal-Artikolu 366 CRR
|
|
3
|
IRC (l-ogħla mill-valuri a u b)
|
|
a
|
L-aktar kalkolu riċenti tal-IRC
L-aktar numru ta’ riskji riċenti għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni kkalkolat f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
|
|
b
|
Il-medja tal-kejl tal-IRC fuq 12-il ġimgħa
Medja tan-numru ta’ riskji għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni kkalkolat f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR fuq it-12-il ġimgħa preċedenti
|
|
4
|
Kejl komprensiv tar-riskju (l-ogħla mill-valuri a, b u c)
|
|
a
|
L-aktar kejl tar-riskju riċenti mill-kalkolu tar-riskju komprensiv
L-aktar numru ta’ riskji riċenti għall-portafoll ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni kkalkolat f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
|
|
b
|
Il-kalkolu medju ta’ 12-il ġimgħa tar-riskju komprensiv
Medja tan-numru ta’ riskji għall-portafoll ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni kkalkolat f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR fuq it-12-il ġimgħa preċedenti
|
|
c
|
Livell minimu tal-kalkolu tar-riskju komprensiv
8 % tar-rekwiżit ta’ fondi proprji li, fiż-żmien tal-kalkolu tal-aktar numru ta’ riskju riċenti msemmi fir-ringiela (a) ta’ dan il-mudell, jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 338(4) CRR, għal dawk il-pożizzjonijiet kollha inkorporati fil-mudell intern għall-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni
|
|
5
|
Oħrajn
Oħrajn jirreferu għal fondi proprji addizzjonali meħtieġa mis-superviżuri għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudell intern għar-riskju tas-suq (pereż. kapital addizzjonali skont l-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE).
|
|
6
|
Total (1+2+3+ 4+5)
|
|
Ittra ta’ kolonna
|
Spjegazzjoni
|
|
a
|
RWEAs
Divulgazzjoni tal-iskoperturi ponderati għar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 438 CRR, ikkalkolata bħala l-valur fil-kolonna b immoltiplikat bi 12,5 f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 92(4) CRR.
|
|
b
|
Rekwiżiti ta’ fondi proprji
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq kif iddeterminat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR f’konformità mal-istruzzjonijiet fir-ringieli minn 1 sa 4 aktar ’il fuq.
|
Mudell EU MR2-B - Rapporti tal-flussi tar-RWEA tal-iskoperturi għar-riskju tas-suq skont l-IMA: format fiss
6. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 438 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU MR2-B li huwa ppreżentat fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
7. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-flussi tal-RWEA bħala t-tibdiliet bejn l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju fi tmiem il-perjodu ta’ referenza tad- divulgazzjoni (kif speċifikati hawn taħt fir-ringiela 8) u r-riskju-w tal-ammonti tal-iskopertura ponderati ta’ dan il-mudell fi tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-divulgazzjoni preċedenti (kif speċifikati hawn taħt fir-ringiela 1; fil-każ ta’ divulgazzjonijiet trimestrali, tmiem it-trimestru qabel it-trimestru tal-perjodu ta’ referenza tad-divulgazzjoni). L-istituzzjonijiet jistgħu jikkomplementaw id-divulgazzjonijiet tal-Pilastru 3 tagħhom billi jiddikjaraw l-istess informazzjoni għat-tliet trimestri preċedenti.
8. L-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell iċ-ċifri dikjarati fir-ringiela 8 ta’ dan il-mudell, jiġifieri kwalunkwe fattur ieħor li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-varjazzjonijiet tal-RWEA.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
1
|
RWEAs f’għeluq il-perjodu preċedenti
L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju fi tmiem il-perjodu preċedenti dderivati mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 364 CRR bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 364(2) CRR, u l-fondi proprji addizzjonali meħtieġa mis-superviżuri għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ ta’ mudell intern għar-riskju tas-suq, immoltiplikati bi 12,5 f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 92(4) CRR
|
|
2
|
Ċaqliq fil-livelli tar-riskju
Tibdiliet minħabba tibdiliet fil-pożizzjoni, minbarra dawk li jirriżultaw minn tibdiliet fil-politika regolatorja
|
|
3
|
Tibdiliet fil-mudell
Aġġornamenti sinifikanti fil-mudell sabiex tiġi riflessa esperjenza riċenti (pereż. rikalibrar), kif ukoll tibdiliet sinifikanti fl-ambitu tal-mudell. Jekk ikun sar aktar minn aġġornament wieħed fil-mudell, jistgħu jkunu meħtieġa ringieli addizzjonali.
|
|
4
|
Metodoloġija u politika
Tibdiliet fil-metodoloġija fil-kalkoli xprunati minn tibdiliet fil-politika regolatorja
|
|
5
|
Akkwiżizzjonijiet u disponimenti
Modifiki minħabba l-akkwiżizzjoni jew id-disponiment ta’ linji ta’ negozju/prodotti jew ta’ entitajiet
|
|
6
|
Ċaqliq fil-kambju
Tibdiliet li jirriżultaw minn ċaqliq minħabba qlib ta’ munita barranija
|
|
7
|
Oħrajn
Din il-kategorija għandha tintuża sabiex tkopri tibdiliet li ma jistgħux jiġu attribwiti għal kwalunkwe kategorija ta’ fatturi inkluża fir-ringieli minn 2 sa 6 ta’ dan il-mudell, u l-ispjegazzjonijiet dwar il-fatturi wara dawn it-tibdiliet iridu jiġu pprovduti fin-narrattiva li takkumpanja.
|
|
8
|
RWEAs fi tmiem il-perjodu ta’ divulgazzjoni
L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju fi tmiem il-perjodu dderivati mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 364 CRR bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 364(2) CRR, u l-fondi proprji addizzjonali meħtieġa mis-superviżuri għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ ta’ mudell intern għar-riskju tas-suq, immoltiplikati bi 12,5 f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 92(4) CRR
|
|
1a /1b/ 8a/8b
|
Ir-ringieli 1a/1b u 8a/8b ta’ dan il-mudell għandhom jintużaw meta r-rekwiżit tal-RWEA/ta’ fondi proprji għal kwalunkwe waħda mill-kolonni minn a sa d ta’ dan il-mudell ikun il-medja ta’ 60 jum (għal VaR u għal SVaR) jew il-kejl medju fuq 12-il ġimgħa jew il-kejl minimu (għall-IRC u għall-Kejl tar-riskju komprensiv) u mhux ir-rekwiżit tal-RWEA/ta’ fondi proprji fi tmiem il-perjodu (preċedenti jew ta’ divulgazzjoni) f’konformità mal-punti (a)(i) u (b)(i) tal-Artikolu 364(1), mal-punt (b)(i) tal-Artikolu 364(2) u mal-punt (a) tal-Artikolu 364(3) CRR. L-ammont fir-ringieli addizzjonali 1a u 8b għandu jkun id-differenza bejn l-RWEA derivat finali fuq il-kejl medju, kif iddikjarat fir-ringieli 1 jew 8 ta’ dan il-mudell, u l-kejl idderivat direttament mill-mudelli fir-ringieli 1b/8a ta’ dan il-mudell. F’dawn il-każijiet, ringieli addizzjonali għal aġġustament regolatorju (1a u 8b ta’ dan il-mudell) jiżguraw li l-istituzzjoni tkun tista’ tipprovdi s-sors tat-tibdiliet fir-rekwiżit tal-RWEA/ta’ fondi proprji fuq il-bażi tal-aħħar miżura tar-kejl tar-rekwiżit tal-RWEA/ta’ fondi proprji fi tmiem il-perjodu (preċedenti jew ta’ divulgazzjoni), fir-ringieli minn 1b u 8a ta’ dan il-mudell. F’dan il-każ, ir-ringieli 2, 3, 4, 5, 6, 7 ta’ dan il-mudell jirrikonċiljaw il-valur fir-ringieli 1b u 8a (1) ta’ dan il-mudell.
|
|
Ittra ta’ kolonna
|
Spjegazzjoni
|
|
a
|
VaR Il-fatturi ewlenin li wasslu għal tibdiliet matul il-perjodu f’konformità mar-ringieli minn (2) sa (7) ta’ dan il-mudell (fuq il-bażi ta’ stima raġonevoli), tal-RWEAs tal-valur fir-riskju dderivati mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 364(1) CRR.
|
|
b
|
SVaR
Il-fatturi ewlenin li wasslu għal tibdiliet matul il-perjodu f’konformità mar-ringieli minn (2) sa (7) ta’ dan il-mudell (fuq il-bażi ta’ stima raġonevoli), tal-RWEAs tal-valur fir-riskju taħt stress idderivati mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 364(1) CRR, u l-fondi proprji addizzjonali meħtieġa mis-superviżuri, jekk ikun hemm
|
|
c
|
IRC
Il-fatturi ewlenin li wasslu għal tibdiliet matul il-perjodu f’konformità mar-ringieli minn (2) sa (7) ta’ dan il-mudell (fuq il-bażi ta’ stima raġonevoli), tal-RWEAs inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni dderivati mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 364(2) CRR, u l-fondi proprji addizjonali meħtieġa mis-superviżuri, jekk ikun hemm
|
|
d
|
Kejl tar-riskju komprensiv
Il-fatturi ewlenin li wasslu għal tibdiliet matul il-perjodu f’konformità mar-ringieli minn (2) sa (7) ta’ dan il-mudell (fuq il-bażi ta’ stima raġonevoli), tal-RWEAs tal-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni dderivati mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 364(3) CRR, u l-fondi proprji addizjonali meħtieġa mis-superviżuri, jekk ikun hemm
|
|
e
|
Oħrajn
Il-fatturi ewlenin li wasslu għal tibdiliet matul il-perjodu f’konformità mar-ringieli minn (2) sa (7) ta’ dan il-mudell tal-RWEAs fuq il-bażi tal-approċċi ta’ mudell mhux irrapportati fil-kolonni minn (a) sa (d)
|
|
f
|
Total tal-RWEAs (a + b + c + d + e)
|
|
g
|
Total tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji (f x 8 %)
|
(1)
Ara l-illustrazzjoni fil-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, Dis Disclosure requirements DIS 99 Worked examples, Diċembru 2019.
|
Mudell EU MR3 - Valuri tal-IMA għall-portafolji tan-negozjar: format fiss
9. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 455 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU MR3 li huwa ppreżentat fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
|
VaR (99 % ta’ 10 ijiem)
Kejl tal-valur fir-riskju f’konformità mal-Artikolu 365(1) CRR
L-ammonti ma għandhomx jinkludu rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali fuq deċiżjoni tas-superviżur (relatati mal-moltiplikatur, pereżempju).
|
|
minn 1 sa 4
|
L-ogħla/l-anqas/il-medja tal-kejl tal-valur fir-riskju ta’ kuljum matul il-perjodu u l-kejl tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-perjodu.
|
|
|
SVaR (99 % ta’ 10 ijiem)
Kejl tal-valur fir-riskju taħt stress f’konformità mal-Artikolu 365(2) CRR
L-ammonti ma għandhomx jinkludu rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali fuq id-deċiżjoni tas-superviżur (moltiplikatur).
|
|
minn 5 sa 8
|
L-ogħla/l-anqas/il-medja tal-kejl tal-valur fir-riskju ta’ kuljum taħt stress matul il-perjodu u l-kejl tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-perjodu.
|
|
|
IRC (99,9 %)
Valur tar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
L-ammonti ma għandhomx jinkludu rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali fuq id-deċiżjoni tas-superviżur (moltiplikatur).
|
|
minn 9 sa 12
|
L-ogħla/l-anqas/il-medja tal-kejl tal-IRC matul il-perjodu u l-kejl tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-perjodu
|
|
|
Kejl tar-riskju komprensiv (99,9 %)
Valur tal-portafolli tan-negozjar ta’ korrelazzjoni f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR
|
|
minn 13 sa 16
|
L-ogħla/l-anqas/il-medja tal-kejl tal-portafolli tan-negozjar ta’ korrelazzjoni matul il-perjodu u l-kejl tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-perjodu
|
|
Ittra ta’ kolonna
|
Spjegazzjoni
|
|
a
|
L-ogħla/l-anqas/il-medja tal-valuri matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni u l-valuri ta’ tmiem il-perjodu li jikkorrispondu għar-ringieli minn (1) sa (16) ta’ dan il-mudell
|
Mudell EU MR4 - Tqabbil tal-estimi tal-VaR bi profitt/telf: Mudell flessibbli
10. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 455 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw ċart li hija ppreżentata fl-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, inkluża l-informazzjoni indikata f’din it-tabella.
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
|
Spjegazzjoni
|
|
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 455 CRR għandha tinkludi l-valur tal-kejl tar-riskju użat għal finijiet regolatorji f’konformità mal-Artikolu 365(1) CRR, ikkalibrat għal perjodu ta’ żamma ta’ jum wieħed għat-tqabbil mal-livell ta’ fiduċja ta’ 99 % mal-eżiti tan-negozjar tal-istituzzjoni
|
|
|
L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw analiżi tal-“outliers” (eċċezzjonijiet tal-ittestjar retrospettiv skont l-Artikolu 366 CRR) f’riżultati ttestjati b’mod retrospettiv, li tispeċifika d-dati u l-eċċess korrispondenti (VaR-P&L). L-analiżi jenħtieġ li tal-anqas tispeċifika l-fatturi ewlenin tal-eċċezzjonijiet.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw paraguni simili għal P&L attwali u għal P&L ipotetiċi (jiġifieri fuq il-bażi ta’ tibdiliet ipotetiċi fil-valuri tal-portafoll li jseħħu jekk il-pożizzjonijiet ta’ tmiem il-jum jibqgħu l-istess) skont l-Artikolu 366 CRR.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw din l-informazzjoni b’informazzjoni dwar il-qligħ/it-telf attwali, u b’mod speċjali bi kjarifika dwar jekk jinkludux riżervi u, jekk le, kif ir-riżervi jiġu integrati fil-proċess ta’ ttestjar retrospettiv.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|