ANNESS III
Normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturi tqal ġodda kif msemmijin fl-Artikolu 4
1. Normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi
Għall-finijiet tal-kalkolu fil-punt 2.1 tal-Anness I, iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 CO2v,mp tal-vetturi tqal huma normalizzati kif ġej:
CO2v,mp = reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m) + ΔCO2cvv,mp
|
m = PLsg,mp – PLv,mp + cCWv
|
(għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O)
|
|
m = PMsg,mp – PMv,mp + cCWv
|
(għall-vetturi tqal tal-kategorija M)
|
Iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 CO2pv,mp
tal-vetturi primarji huma normalizzati skont l-istess metodoloġija, bl-użu tal-parametri għall-vetturi primarji.
Fejn
|
CO2v,mp
|
huma l-emissjonijiet normalizzati tas-CO2 tal-vettura tqila v determinati għal profil tal-missjoni mp li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-punt 2.1 tal-Anness I;
|
|
reportCO2v,mp
|
huma l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila ġdida v determinati għal profil tal-missjoni mp u rrapportati skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
ΔCO2v,mp(m)
|
għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 3;
|
|
ΔCO2cvv,mp
|
għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 4;
|
|
PLv,mp
|
hija t-tagħbija tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp, kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
PLsg,mp
|
hija t-tagħbija għas-subgrupp tal-vetturi sg u għall-profil tal-missjoni mp kif prevista fil-punt 2.5 tal-Anness I;
|
|
PMv,mp
|
hija l-massa tal-passiġġieri tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp, kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
PMsg,mp
|
hija l-massa tal-passiġġieri għas-subgrupp tal-vetturi sg u għall-profil tal-missjoni mp kif prevista fil-punt 2.5 tal-Anness I;
|
|
cCWv
|
hija l-korrezzjoni tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli tal-vettura tqila v skont il-punt 2.
|
2. Normalizzazzjoni tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli
Peress li l-utilità tat-trasport ta’ vettura tqila tiżdied mat-tagħbija massima teknikament possibbli jew mal-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tagħha, iżda għal raġunijiet tekniċi ċifri ogħla għal dawk il-parametri huma korrelatati ma’ piżijiet ogħla tal-vettura sħiħa bit-tank mimli u, għalhekk, ma’ emissjonijiet ogħla tas-CO2, għandha tiġi applikata l-korrezzjoni li ġejja tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli ta’ vettura tqila v fis-subgrupp tal-vetturi sg għall-fini tan-normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħha skont il-punt 1:
|
cCWv = asg · (maxPLsg – maxPLv)
|
għall-vetturi tqal tal-kategorija N;
|
|
cCWv = 0
|
għall-vetturi tqal tal-kategorija O;
|
|
cCWv = asg · (maxPNsg – maxPNv)
|
għall-vetturi tqal tal-kategorija M;
|
Fejn
|
asg
|
huwa koeffiċjent lineari determinat skont il-punt 2.1 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena li fiha l-vettura tqila v tkun ġiet irreġistrata;
|
|
maxPLv
|
hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
maxPNv
|
huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;.
|
|
maxPLsg
|
hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tas-subgrupp tal-vetturi sg determinata skont il-punt 2.5 tal-Anness I;
|
|
maxPNsg
|
huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tas-subgrupp tal-vetturi sg determinat skont il-punt 2.5 tal-Anness I.
|
2.1. Determinazzjoni tal-parametri tan-normalizzazzjoni
Għal kull perijodu ta’ rapportar, il-parametri asg
u bsg
għandhom jiġu ddeterminati b’analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-korrelazzjoni taċ-ċifri ta’ CWv
maċ-ċifri ta’ maxPLv
(vetturi tqal tal-kategorija N) u maxPNv
(vetturi tqal tal-kategorija M), meta jitqiesu l-vetturi tqal kollha rreġistrati ġodda v fis-subgrupp tal-vetturi sg;
|
CWv ≈ asg maxPLv + bsg
|
għall-vetturi tqal tal-kategorija N;
|
|
CWv ≈ asg maxPNv + bsg
|
għall-vetturi tqal tal-kategorija M.
|
Fejn
|
CWv
|
huwa l-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b; jekk l-ebda ċifra preċiża ma tkun disponibbli, dan ikun jista’ jiġi approssimat mill-massa attwali kkoreġuta tal-vettura tqila v;
|
|
maxPLv
|
hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
maxPNv
|
huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.
|
3. Bidla fl-emissjonijiet tas-CO2 għal bidla fil-massa totali tal-vettura
Il-bidla ex post tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila v li għandha tiġi ddeterminata għal profil tal-missjoni mp minħabba bidla ex post fil-massa totali li għandha tiġi attribwita għall-vettura tqila għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 hija definita mill-approssimazzjoni lineari li ġejja:
ΔCO2v,mp(m) = m (CO2v,r – CO2v,l) / (Mr – Ml)
Fejn:
|
m
|
hija l-bidla tal-massa totali attribwita għall-vettura tqila v għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħha;
|
|
CO2v,r
|
huma l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tqila v fi g/km, mingħajr il-bidla fil-massa, determinati għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija rappreżentattiva;
|
|
CO2v,l
|
huma l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tqila v fi g/km, mingħajr il-bidla fil-massa, determinati għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija baxxa;
|
|
Mr
|
hija l-massa totali tal-vettura f’simulazzjoni, mingħajr il-bidla fil-massa, għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija rappreżentattiva;
|
|
Ml
|
hija l-massa totali tal-vettura f’simulazzjoni, mingħajr il-bidla fil-massa, għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija baxxa.
|
4. Normalizzazzjoni għal volumi differenti ta’ merkanzija
Il-vetturi tqal tal-kategorija O fl-istess subgrupp tal-vetturi għandhom volumi ta’ merkanzija differenti. Peress li l-utilità tat-trasport ta’ vettura tqila tiżdied mal-volum tal-merkanzija, iżda għal raġunijiet tekniċi tali żieda hija wkoll korrelatata ma’ emissjonijiet ogħla tas-CO2, għandha tiġi applikata l-korrezzjoni li ġejja tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila v fis-subgrupp tal-vetturi sg:
ΔCO2cvv,mp = asg,mp (CVsg – CVv)
Where
|
asg,mp
|
huwa koeffiċjent lineari determinat skont il-punt 4.1 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena li fiha l-vettura tqila v tkun ġiet irreġistrata;
|
|
CVv
|
huwa l-volum tal-merkanzija tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
CVsg
|
huwa l-volum tal-merkanzija tas-subgrupp tal-vetturi sg determinat skont il-punt 2.5 tal-Anness I.
|
Għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u M, il-korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2
ΔCO2cvv,mp
għandha tkun ta’ 0.
4.1. Determinazzjoni tal-parametri tan-normalizzazzjoni
Għal kull perijodu ta’ rapportar u għal kull profil tal-missjoni, il-parametri asg,mp
u bsg,mp
għandhom jiġu ddeterminati b’analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-korrelazzjoni taċ-ċifri ta’ [reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m)] maċ-ċifri ta’ CVv, meta jitqiesu l-vetturi tqal rreġistrati ġodda kollha v fis-subgrupp tal-vetturi sg:
reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m) ≈ asg,mp · CVv + bsg,mp
Fejn
|
CVv
|
huwa l-volum tal-merkanzija tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;
|
|
reportCO2v,mp, ΔCO2v,mp(m)
|
huma kif definiti fil-punt 1.
|