+3. Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR …

3. Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR …

Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR, oħrajn jistgħu jvarjaw minħabba rekwiżiti espliċiti tad-Direttiva jew minħabba nuqqas ta’ kompatibilità metodoloġika relatata mal-kunċett tal-VaR taħt Stress. B’mod partikolari, dan huwa l-każ fl-oqsma li ġejjin:

  • (i) Tul tal-perjodu ta’ stress

Peress li t-tul tal-perjodu ta’ stress irid ikun ta’ 12-il xahar, ma tista’ ssir ebda azzjoni għat-tnaqqis jew għaż-żieda tal-perjodu ta’ stress iddikkjarat fuq il-bażi tal-ħtieġa għal konsistenza bejn VaR u VaR taħt Stress.

  • (ii) Rekwiżit ta’ ttestjar b’lura

Il-fattur ta’ multiplikazzjoni m s użat għar-rekwiżiti ta’ kapital għandu jkun tal-inqas 3 u jiżdied b’addend ta’ bejn 0 u 1 skont ir-riżultati ta’ ttestjar b’lura tal-VaR. Minkejja dan, l-ittestjar b’lura mhuwiex rekwiżit minnu nnifsu għad-determinazzjoni tal-kejl tal-VaR taħt Stress.

  • (iii) Perjodiċità tal-kalkolu tal-VaR taħt Stress

Peress li s-CRD tistipula li l-kalkolu tal-VaR taħt Stress għandu jsir tal-inqas darba fil-ġimgħa, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jikkalkolaw il-kejl aktar spiss, pereżempju, ta’ kuljum, biex jaħbtu eżatt mal-perjodiċità tal-VaR.

Pereżempju, jekk l-istituzzjonijiet jiddeċiedu dwar kalkolu ta’ darba fil-ġimgħa tal-VaR taħt Stress, u jekk jiġi ssopponut VaR taħt Stress ta’ jum wieħed skalat sa 10 ijiem, għall-kalkolu ta’ kuljum tar-rekwiżiti ta’ kapital bbażati fuq il-mudelli interni, ikun japplika dan li ġej:

  • a) L-istess numru tal-VaR taħt Stress jintuża għall-5 ijiem ta’ negozju sussegwenti wara t-tħaddim tal-mudell tal-VaR taħt Stress;
  • b) Fir-rigward tal-kalkolu tan-numri medji tal-VaR taħt Stress matul is-sittin jum ta’ negozju preċedenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-12-il numru tal-VaR taħt Stress preċedenti biex jikkalkolaw dik il-medja;
  • c) Istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li, fil-jum tal-ġimgħa magħżula għall-kalkolu tal-VaR taħt Stress, il-portafoll tagħha jkun jirrappreżenta l-portafoll li kellha matul il-ġimgħa u li l-portafoll magħżul ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tan-numri tal-VaR taħt Stress meta jiġi kkalkolat darba fil-ġimgħa. Pereżempju, jista’ jitqies li hi prova biżżejjed li jintwera li l-VaR mhuwiex sistematikament iktar baxx fil-jum tal-ġimgħa magħżula għall-kalkolu tal-VaR taħt Stress.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/