+27. Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - …
|
27. Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - …
Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - kreditu għandha tinkludi: - a. miżuri biex tikkonforma mal - liġijiet, regolament, politiki u proċeduri interni applikabbli;
- b. miżuri li jipprovdu sorveljanza tal - integrità tal - informazzjoni użata u li b’mod raġjonevoli jiżguraw li l - provvedimenti riflessi fid - dikjarazzjonijiet u r - rapporti finanzjarji tal - istituzzjoni ta’ kreditu ppreżentati lill - awtorità kompetenti jkunu ppreparati skont il - qafas kontabilistu applikabbli u r - rekwiżiti superviżorji rilevanti;
- c. proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ kejl tar - riskju tal - kreditu definiti sew li (filwaqt li jqisuha) huma indipendenti mill - funzjoni tas - self, li fihom:
- i. sistema ta’ klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu effettiva li tiġi applikata b’mod konsistenti, li b’mod preċiż tikklassifika d - differenzjar skont il - karatteristiċi tar - riskju tal- kreditu, tidentifika bidliet fir - riskju tal - kreditu fuq bażi f’waqtha, u tqanqal azzjoni xierqa;
- ii. p roċess effettiv biex jiġi żgurat li kull informazzjoni rilevanti, raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inkluża informazzjoni li tħares ‘il quddiem, tiġi kkunsidrata kif xieraq fil - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u fil - kejl tal - ECL. Dan jinkludi ż - żamma ta’ rapporti xierqa, id - dettalji ta’ reviżjonijiet li saru, u l - identifikazzjoni u d - deskrizzjonijiet tar - rwoli u r - responsabbiltajiet tal - persunal involut;
- iii. politika ta’ valutazzjoni li tiżgura li l - kejl tal - ECL iseħħ fil - livell tal - iskopertura ta’ għot i ta’ self individwali u, fejn ikun meħtieġ biex l - ECL jitkejjel b’mod xieraq skont il - qafas kontabilistiku applikabbli, anki fil - livell tal - portafoll kollettiv bl - aggruppament ta’ skoperturi bbażat fuq karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma identif ikati;
- iv. proċess ta’ validazzjoni tal - mudell effettiv biex jiġi żgurat li l - mudelli tal - valutazzjoni u tal- kejl tar - riskju tal - kreditu jkunu kapaċi jiġġeneraw stimi preċiżi, konsistenti u imparzjali fuq bażi kontinwa. Dan jinkludi l - istabbiliment ta’ politiki u proċeduri li jistabbilixxu l - istruttura tal - akkontabbiltà u tar - rappurtar tal - proċess tal - validazzjoni tal- mudell, regoli interni għall - valutazzjoni u għall - approvazzjoni ta’ bidliet għall - mudelli, u r - rappurtar tar - riżultat tal - mudell tal - validazzjoni ;
- v. komunikazzjoni u koordinament formali u ċar fost il - persunal tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, il - persunal tar - rappurtar finanzjarju, il - maniġment superjuri, il - korp maniġerjali u oħrajn li huma involuti fil - proċessi tal - valutazzjoni t ar- riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL. Dan għandu jkun evidenzjat minn politiki u proċeduri bil - miktub, rapporti tal - ġestjoni u minuti tal - kumitati involuti bħall - kumitati tal - korp maniġerjali jew tal - maniġment superjuri; u
- d. uffiċċju tal - awditjar intern9 li:
- i. b’mod indipendenti jivvaluta l - effettività tas - sistemi u l - proċessi tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni tal - kreditu, inkluża s - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu; u
- ii. jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l -i ndirizzar ta’ kwalunkwe nuqqas identifikat matul din il - valutazzjoni.
4.2.2 Prinċipju 2 — Metodoloġiji sodi tal-ECL L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw, jiddokumentaw u jaderixxu għal politiki li jinkludu metodoloġiji, proċeduri u kontrolli sodi għa ll- valutazzjoni u għall - kejl tar - riskju tal - kreditu fuq kull skopertura ta’ għoti ta’ self. Il - kejl ta’ provvedimenti għandu jibni fuq dawk il - metodoloġiji u jirriżulta fir - rikonoxximent xieraq u f’waqtu tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.
9 L- Artikolu 74 tad- DIrettiva 2013/36/UE u l -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna (GL 44).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|