+33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …
|
33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …
B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - kejl tal - livell ta’ provvedimenti (soġġetti għat - tip ta’ skopertura, pereżempju tal - ingrossa u tal - imnut) għandhom: - a. jinkludu proċess robust li hu mfassal biex jipprovdi l - istituzzjoni tal - kreditu bil - kapaċità li tidentifika l - livell, in - natura u l - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu m ar- rikonoxximent inizjali tal - iskopertura tal - għoti ta’ self, biex jiġi żgurat li bidliet sussegwenti fir - riskju tal - kreditu jkunu jistgħu jiġu identifikati u kwantifikati;
- b. jinkludu kriterji biex l - impatt tal - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, jitqies sew. Jekk il - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu ssirx fuq bażi kollettiva jew individwali, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi turi li din il - kunsiderazzjoni seħħet sabiex ir - rikonoxximent tal - ECL ma jiddewwimx. Da wn il- kriterji għandhom jirriżultaw fl - identifikazzjoni ta’ fatturi li jaffettwaw il - ħlas lura, jekk hux relatati mal - inċentivi, mar - rieda jew mal - kapaċità li l - mutwatarju jwettaq fuq l - obbligi kuntrattwali, jew it - termini u l - kundizzjonijiet tal - skopertur a tal- għoti ta’ self. Il - fatturi ekonomiċi kkunsidrati (bħar -rati tal-qgħad u r -rati tal- okkupanza) għandhom ikunu rilevanti għall - valutazzjoni u, skont iċ - ċirkustanzi, dan jista’ jkun fil - livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali jew lokali;
- c. fil - każ ta’ skoperturi vvalutati kollettivament, jinkludu deskrizzjoni tal - bażi għall - ħolqien ta’ gruppi ta’ portafolli ta’ skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma;
- d. jidentifikaw u jiddokumentaw il - metodi tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL (bħal metodu tar -rata ta’ telf, metodu tal - probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)/telf fil - każ ta’ inadempjenza (LGD), jew metodu ieħor) li għandhom jiġu applikati għal kull skopertura jew portafoll;
- e. jiddokumentaw ir - raġunijiet għaliex il - metodu li ntgħażel huwa xieraq, speċjalment jekk jiġu applikati metodi ta’ kejl tal - ECL differenti lil portafolli u tipi differenti ta’ skoperturi individwali. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jispjegaw lill - awtoritajiet kompetenti r - raġunament għal kwalunkwe bidla fl - approċċ tal - kejl (pereżempju, ċaqliqa minn metodu ta’ telf ta’ rata għal metodu PD/LGD) u l - impatti kwantitattivi ta’ dawn il - bidliet;
- f. dokument:
- i. l- inputs, id - data u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal - istima tal - provvedimenti, bħar -rati ta ’ telf storiku, stimi PG/LGD u previżjonijiet ekonomiċi;
- ii. kif tiġi ddeterminata l - ħajja ta’ skopertura jew portafoll (inkluż kif ġew ikkunsidrati prepagamenti u inadempjenzi mistennija);
- iii. il- perjodu ta’ żmien li matulu tiġi vvalutata l - esperjenza storika ta’ telf;
- iv. kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall - istima tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli. Pereżempju, jekk il - kundizzjonijiet ekonomiċi attwali u previsti jkunu differenti minn dawk li jeżistu matul il - perjodu storiku ta’ stima li qed jintuża, għandhom isiru aġġustamenti li jkunu direttament konsistenti ma’ dawk id - differenzi. Barra minn hekk, jista’ jkun li istituzzjoni ta’ kreditu esperjenzat ftit jew l - ebda telf reali fil - perjodu storiku analizzat; madankollu, kundizzjonijiet attwali jew li jħarsu ‘l quddiem jistgħu jvarjaw mill - kundizzjonijiet matul il - perjodu storiku, u l - impatt ta’ dawn il- bidliet fuq l - ECL għandu jiġi vvalutat u imkejjel;
- g. jinkludu proċess għall - valutazzjoni tal - adegwatezza ta’ inputs u suppożizzjonijiet sinifikanti fil - metodu tal - kejl tal - ECL magħżul. Il - bażi għall - inputs u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal- istima tal - provvedimenti ġeneralment għandha tkun konsistenti minn perjodu għall - ieħor. Fejn l - inputs u s - suppożizzjonijiet jew il - bażi għal dawn jinbidlu, għandu jiġi dokumentat ir - raġunament;
- h. jidentifika s - sitwazzjonijiet li ġeneralment iwasslu għal bidliet fil - metodi, fl - inputs jew fis - suppożizzjonijiet tal - kejl tal - ECL minn perjodu għall - ieħor (pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiddikjara li self li qabel ġie vvalutat fuq bażi kollettiva bl - użu ta’ metodu PD/LGD jista’ jitneħħa u jiġi vvalutat individwalment bl - użu tal - metodu tal - fluss ta’ flus skontat malli tiġi rċevuta informazzjoni ġdida u speċifika għall - mutwatarju bħat - telf tal - impjieg);
- i. j ikkunsidra l - fatturi interni u esterni rilevanti li jistgħu jaffettwaw l - istimi tal - ECL, bħall - istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skopertura ta’ għoti ta’ self fl - oriġini u bidliet fil - fatturi industrijali, ġeografiċi, ekonomiċi u politiċi;
- j. jind irizza kif l - istimi tal - ECL jiġu ddeterminati (pereżempju rati ta’ telf storiku jew analiżi tal - migrazzjoni bħala punt ta’ bidu, aġġustati għal informazzjoni dwar kundizzjonijiet attwali u mistennija). Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha ħarsa imparzjali fuq l - inċertezza u r - riskji fl - attivitajiet ta’ self tagħha meta tagħmel stima tal - ECL;
- k. tidentifika liema fatturi jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu stabbiliti perjodi storiċi ta’ żmien xierqa li matulhom tiġi vvalutata l - esperjenza tat - telf storiku. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżomm biżżejjed data storika tat - telf biex tipprovdi analiżi sinifikanti tal - esperjenza tat - telf ta’ kreditu tagħha għall - użu bħala punt ta’ bidu meta jiġi stmat il - livell ta’ provvedimenti fuq bażi kollettiva jew individwa li;
- l. tiddetermina sa liema punt il - valur tal - kollateral u ta’ mitiganti oħra tar - riskju tal - kreditu jaffettwa l - ECL;
- m. tiddeskrivi l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjoni tal - kreditu fuq tħassir u rkupri;
- n. teħtieġ li analiżi, stimi, reviżjonijiet u kompiti/proċessi oħra li huma inputs għal jew outputs mill - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu jsiru minn persunal kompetenti u mħarreġ sew u jiġu vvalidati minn persunal li hu indipendenti mill - attivitajiet ta’ self tal - istituzzjoni tal - kreditu. Dawn l - inputs għal u outputs minn dawn il - funzjonijiet għandhom ikunu dokumentati sew, u d - dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjonijiet ċari li jappoġġjaw l - analiżi, l - istimi u r - reviżjonijiet;
- o. tiddokumenta l - metodi li ntużaw biex jiġu vvalidati mudelli għall - kejl tal - ECL (pereżempju, ittestjar b’lura);
- p. tiżgura li l - istimi tal - ECL jinkorporaw b’mod xieraq informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, li għadha ma ġietx inkluża fil - provvedimenti mitkejla fuq bażi ta’ skopertura individwali. Dan jista’ jeħtieġ li l - maniġment juża l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tiegħu biex jikkunsidra xejriet mifruxa fil - protafoll sħiħ tas - self, bidliet fil - mudell tan - negozju tal- istituzzjoni tal - kreditu, fatturi makroenkonomiċi, eċċ.; u
- q. teħtieġ proċess biex tivvaluta l - adegwatezza ġenerali tal - provvedimenti skont il - qafas kontabilistiku rilevanti, inkluża reviżjoni regolari tal - mudelli tal - ECL.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|