+40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …
|
40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …
Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - riskji inerenti fl - ipprezzar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - mudelli ta’ fatti li ġejjin, li potenzjalment jindikaw stimi inadegwati tal - ECL; - a. l- għoti ta’ kreditu lil mutwatarji skont flussi ta’ dħul fraġli (li jistgħu jsiru mhux rikorrenti malli jkun hemm tnaqqis) jew b’ebda dokumentazzjoni jew b’verifika limitata tas - sorsi ta’ dħul tal - mutwatarju;
- b. rekwiżiti tas - servizz ta’ dejn għoli relattivi mal - flussi ta’ flus mistennija disponibbli netti tal - mutwatarju;
- c. skedi flessibbli ta’ ħlas lura, inkuż ħlas ta’ vaganzi, ħlas tal - imgħax biss u karatteristiċi negattivi tal- amortizzament;
- d. għal proprjetà immobbli u finanzjament ieħor ibbażat fuq l - assi, self ta’ ammonti daqs jew li jaqbżu l - valur tal - proprjetà ffinanzjati jew inkella li jonqsu li jipprovdu marġini adegwat ta’ protezzjoni kollaterali;
- e. żidiet żejda fil - modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self minħabba diffikultajiet finanzjarji affaċċjati mill - mutwatarju11 jew negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal- għoti ta’ self għal raġunijiet oħra (bħal pressjonijiet kompetittivi affaċċjati mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu);
- f. ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tal - klassifikazzjoni u tal - gradazzjoni, inkluż l - iskedar mill - ġdid, il - finanzjament mil l- ġdid jew il - klassifikazzjoni mill - ġdid tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self;
- g. żidiet żejda fil - volum ta’ kreditu, speċjalment fir - rigward maż - żieda fil - volum ta’ kreditu minn mutwanti oħrajn fl - istess suq; u
- h. żieda fil - volum u fis - severità ta’ kreditu skadut, ta’ kwalità baxxa u indebolit.
11 Ara wkoll ir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2015/227 tad -9 ta’ Jannar 2015 li jemenda r - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir -rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 41, 20.2.2015, p. 1) li jistabbilixxi definizzjonijiet speċifiċi ta’ skoperturi mrażżna u improduttivi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|