+67. Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - …

67. Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - …

Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - elementi li ġejjin:

  • a. Rwoli u responsabbiltajiet ċari għall - validazzjoni tal - mudell b’indipendenza u b’kompetenza adegwati. Il - validazzjoni tal - mudell għandha ssir indipendentement mill - proċess ta’ żvilupp tal- mudell u minn persunal bl - esperjenza u bl - għarfien espert meħtieġ. Is - sejbiet u r - riżultati tal- validazzjoni tal - mudell għandhom jiġu rrappurtati fil - pront u f’manjiera f’waqtha lil - livell ta’ awtorità xieraq. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tkun esternalizzat il - funzjoni tal - validazzjoni tagħha lil parti esterna, l - istituzzjoni ta’ kreditu tibqa’ responsabbli għall - effettività tax - xogħol tal- validazzjoni tal - mudell kollu u għandha tiżgura li x - xogħol li jsir mill - parti esterna jissodisfa l- elementi ta’ qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod fuq bażi kontinwa.
  • b. Kamp ta’ applikazzjoni u metodoloġija tal - validazzjoni tal - mudell xierqa għandhom jinkludu proċess sistematiku biex tiġi vvalutata r- robustezza, il - konsistenza u l - preċiżjoni tal - mudell, kif ukoll ir - rilevanza kontinwa tiegħu għall - iskopertura tal - għoti ta’ self jew portafoll individwali sottostanti. Proċess tal - validazzjoni tal - mudell effettiv għandu wkoll jippermetti limitazzjonijiet potenzjali ta’ mudell li għandu jiġi identifikat u indirizzat fuq bażi f’waqtha. Il - kamp ta’ applikazzjoni għall - validazzjoni għandu jinkludi reviżjoni tal - inputs tal - mudell, tfassil tal- mudell u outputs/prestazzjoni tal - mudell.
  • • Inputs tal-mudell: L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards ta’ kwalità u ta’ affidabbiltà stabbiliti internament fuq id - data (informazzjoni storika, attwali u li tħares ‘il quddiem) użata bħala inputs tal - mudell. Id - data li tintuża biex jiġu stmati l - provvediment i tal- ECL għandha tkun rilevanti għall - portafolli tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u, sa fejn ikun possibbli, preċiża, affidabbli u kompleta (jiġifieri mingħajr esklużjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw stimi tal - ECL).Il - validazzjoni għandha tiżgura li d -data li tintuża tissodisfa dawn l- istandards.
  • • Tfassil tal-mudell: Għat - tfassil tal - mudell, il - validazzjoni għandha tivvaluta li t - teorija sottostanti tal - mudell tkun kunċettwalment soda, rikonoxxuta u ġeneralment aċċettata għall - iskop intenzjonat tagħha.Minn perspettiva li tħares ‘il quddiem, il - validazzjoni għandha wkoll tivvaluta l - punt sa fejn il - mudell, fil - livell tal - mudell ġenerali u tal - fattur tar - riskju individwali, tista’ tikkunsidra bidliet fl - ambjent ekonomiku jew tal - kreditu, kif ukoll bidliet għall - profil jew għall - istrateġija tal - negozju tal - portafoll, mingħajr ma tnaqqas b’mod sinifikanti r - robusutezza tal - mudell.
  • • Output/prestazzjoni tal-mudell: L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards stabbiliti internament għal prestazzjoni aċċet tabbli tal- mudell.Fejn il - limiti tal - prestazzjoni jinkisru b’mod sinifikanti, għandhom jittieħdu azzjonijiet korrettivi sal - punt tal -kalibrar mill - ġdid jew tal - iżvilupp mill - ġdid tal - mudell.
  • c. Dokumentazzjoni komprensiva tal - qafas u l - proċess tal - validazzjon i tal- mudell. Din għandha tinkludi dokumentazzjoni tal - proċeduri tal - validazzjoni li saru, kwalunkwe tibdil fil - metodoloġija u fl - għodod tal - validazzjoni, il - firxa tad - data użata, riżultati tal - validazzjoni u kwalunkwe azzjonijiet korrettivi li ttieħdu fejn kien meħtieġ. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li d - dokumentazzjoni tiġi riveduta u aġġornata regolarment.
  • d. Reviżjoni tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell minn partijiet indipendenti (eż. partijiet interni jew esterni) biex tiġi vvalidata l - effettività ġenerali tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell u l - indipendenza tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell mill - proċess tal - iżvilupp. Is - sejbiet tar - reviżjoni għandhom jiġu rrappurtat fil - pront u f’manjiera f'waqtha lil - livell ta’ awtorità xieraq (eż. maniġment superjuri, kumitat ta’ verifika).

4.2.6 Prinċipju 6 — Ġudizzju tal-kreditu esperjenzat

L- użu tal - ġudizzju tal - kreditu għaqli ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, speċjalment fil - kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inklużi fatturi makroekonomiċi, hu essenzjali għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/