+Linja Gwida 4: Analiżi aggregata tal-ilmenti

Linja Gwida 4: Analiżi aggregata tal-ilmenti

4.1. Billi tal-inqas iqisu l-informazzjoni miġbura taħt il-Linja Gwida 2.1., l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ proċedura għall-ilmenti li tippermetti analiżi aggregata tal-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw, jifhmu u jivvalutaw, għal perjodu ta’ żmien partikolari:

  • a. l-għadd totali ta’ lmenti li waslu dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
  • b. in-natura tat-tipi l-aktar komuni ta’ lmentaturi;
  • c. l-identità tal-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas li ta’ spiss isiru lmenti dwarhom;
  • d. il-kwistjonijiet u, fejn ikun possibbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366 li l-aktar isiru lmenti dwarhom;
  • e. is-servizzi ta’ ħlas li l-aktar isiru lmenti dwarhom, fejn ikun possibbli; u
  • f. il-miżuri l-aktar komuni meħuda mill-awtorità kompetenti bi tweġiba għall-ilmenti li jaslu sabiex tiġi żgurata l-konformità effettiva mad-Direttiva (UE) 2015/2366.

4.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-analiżi aggregata tal-ilmenti msemmija fil-Linja Gwida 4.1. biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas mad-Direttiva (UE) 2015/2366.

4.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw ilmenti mill-istess ilmentatur, dwar l-istess fornitur ta’ servizz ta’ ħlas u bl-istess deskrizzjoni tas-sitwazzjoni li tat lok għall-ilment, bħala lment wieħed għall-finijiet tal-analiżi aggregata tal-ilmenti msemmija fil-Linja Gwida 4.1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/