+4. Linji Gwida dwar proċeduri għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366
---+Linja Gwida 1: Mezzi għall-preżentazzjoni tal-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366
---+Linja Gwida 2: Informazzjoni li għandha tintalab mill-ilmentaturi
---+Linja Gwida 3: Tweġibiet lill-ilmentaturi
---+Linja Gwida 4: Analiżi aggregata tal-ilmenti
---+Linja Gwida 5: Dokumentazzjoni tal-proċeduri għall-ilmenti
---+Linja Gwida 6: Informazzjoni pubblika dwar proċeduri għall-ilmenti
|
4. Linji Gwida dwar proċeduri għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366
4. Linji Gwida dwar proċeduri għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Linja Gwida 1: Mezzi għall-preżentazzjoni tal-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366
|
1.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tal-inqas, l-ilmentaturi jkollhom għad-disponibbiltà tagħhom żewġ mezzi differenti biex jippreżentaw l-ilmenti tagħhom dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li tal-inqas wieħed minn dawn il-mezzi jkun faċilment aċċessibbli għat-tipi kollha ta’ lmentaturi. 1.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tal-inqas, wieħed mill-mezzi msemmija fil-Linja Gwida 1.1 ikun diġitali u aċċessibbli online, bħall-email jew formola web.
|
|
Linja Gwida 2: Informazzjoni li għandha tintalab mill-ilmentaturi
|
2.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-ilmentaturi jipprovdu, fejn ikun possibbli, informazzjoni li tinkludi, iżda mhux limitata għal: - a. l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-ilmentatur;
- b. indikazzjoni dwar jekk l-ilmentatur huwiex persuna fiżika jew ġuridika;
- c. indikazzjoni dwar jekk l-ilmentatur huwiex utent ta’ servizz ta’ ħlas jew le;
- d. l-identità tal-fornitur(i) ta’ servizz ta’ ħlas li ta/taw lok għall-ilment dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366; u
- e. deskrizzjoni tas-sitwazzjoni li tat lok għall-ilment dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
2.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mogħtija mill-ilmentaturi taħt il-Linja Gwida 2.1. 2.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu mezzi disponibbli għall-ilmentaturi biex jippreżentaw kwalunkwe evidenza dokumentarja biex tissostanzja l-ilment, bħal kopja tal-kuntratt tagħhom mal-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas, kwalunkwe korrispondenza skambjata mal-fornitur(i) ta’ servizz ta’ ħlas jew ma’ kwalunkwe entità oħra u informazzjoni relatata mal-kont ta’ ħlas tagħhom jekk rilevanti.
|
|
Linja Gwida 3: Tweġibiet lill-ilmentaturi
|
3.1. Meta jwieġbu lill-ilmentaturi u, fejn xieraq, jinfurmawhom bl-eżistenza ta’ proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 99(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll: - a. konferma tal-wasla tal-ilment;
- b. informazzjoni dwar il-kompetenza ġenerali tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-proċedura għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
- c. informazzjoni dwar jekk l-awtorità kompetenti bagħtitx l-ilment lil awtorità oħra jew korp ieħor, li jistgħu jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, flimkien mal-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità jew korp; u
- d. informazzjoni dwar il-ħin u l-forma ta’ kwalunkwe komunikazzjoni ulterjuri mal-ilmentatur dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew inkella dwar jekk it-tweġiba tirrappreżentax it-tmiem tal-proċedura għall-ilmenti mal-awtorità kompetenti.
3.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu t-tweġibiet tagħhom lill-ilmentatur mingħajr dewmien żejjed. 3.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu informazzjoni kif stabbilit fil-Linja Gwida 3.1.d. fi kwalunkwe komunikazzjoni sussegwenti li huma jista’ jkollhom mal-ilmentatur.
|
|
Linja Gwida 4: Analiżi aggregata tal-ilmenti
|
4.1. Billi tal-inqas iqisu l-informazzjoni miġbura taħt il-Linja Gwida 2.1., l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ proċedura għall-ilmenti li tippermetti analiżi aggregata tal-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw, jifhmu u jivvalutaw, għal perjodu ta’ żmien partikolari: - a. l-għadd totali ta’ lmenti li waslu dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
- b. in-natura tat-tipi l-aktar komuni ta’ lmentaturi;
- c. l-identità tal-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas li ta’ spiss isiru lmenti dwarhom;
- d. il-kwistjonijiet u, fejn ikun possibbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366 li l-aktar isiru lmenti dwarhom;
- e. is-servizzi ta’ ħlas li l-aktar isiru lmenti dwarhom, fejn ikun possibbli; u
- f. il-miżuri l-aktar komuni meħuda mill-awtorità kompetenti bi tweġiba għall-ilmenti li jaslu sabiex tiġi żgurata l-konformità effettiva mad-Direttiva (UE) 2015/2366.
4.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-analiżi aggregata tal-ilmenti msemmija fil-Linja Gwida 4.1. biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas mad-Direttiva (UE) 2015/2366. 4.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw ilmenti mill-istess ilmentatur, dwar l-istess fornitur ta’ servizz ta’ ħlas u bl-istess deskrizzjoni tas-sitwazzjoni li tat lok għall-ilment, bħala lment wieħed għall-finijiet tal-analiżi aggregata tal-ilmenti msemmija fil-Linja Gwida 4.1.
|
|
Linja Gwida 5: Dokumentazzjoni tal-proċeduri għall-ilmenti
|
5.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddokumentaw il-proċeduri għall-ilmenti tagħhom billi jiddeskrivu l-proċedura għall-wasla ta’ lmenti ppreżentati mill-utenti ta’ servizz ta’ ħlas u partijiet interessati oħrajn, kif stipulat f’dawn il-Linji Gwida u l-governanza interna ta’ dik il-proċedura.
|
|
Linja Gwida 6: Informazzjoni pubblika dwar proċeduri għall-ilmenti
|
6.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata u faċilment disponibbli u għandha tinkludi, iżda mhux limitata għal: - a. l-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri għall-ilmenti;
- b. il-mezzi li bihom jistgħu jiġu ppreżentati l-ilmenti u kif dawn jistgħu jiġu aċċessati;
- c. l-informazzjoni li l-ilmentaturi jintalbu jipprovdu kif stabbilit fil-Linja Gwida 2.1.;
- d. il-passi sekwenzjali tal-proċeduri għall-ilmenti u kwalunkwe skadenza li tista’ tapplika;
- e. il-kompetenza ġenerali tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-proċedura għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366; u
- f. il-miżuri varji disponibbli għall-awtorità kompetenti biex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva mad-Direttiva (UE) 2015/2366.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|