+51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …

51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …

Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa sinifikanti ħafna għandha tapplika l - proċess li ġej:

  • a. L- inizjatur għandu jistieden lill - awtorità l - oħra biex tipparteċipa fit - twettiq tal - attività filwaqt li jiżgura li d - deċiżjoni dwar l - attività tkun ittieħdet fi żmien raġonevoli u b'hekk l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jorganizzaw il - parteċipazzjoni tagħhom (ġeneralment sitt ġimgħat qabel il - bidu tal - attività fil - każ ta' attività ppjanata minn qabel, iżda notifika iqsar tista' tkun biżżejjed fil - każ ta' attività straordinarja). Meta jagħmel dan, l - inizjatur għandu jinforma lill - awtorità mistiedna dwar il - kamp ta' applikazzjoni tal - attività sabiex din tkun tista' tieħu deċiżjoni informata.
  • b. L- awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l - parteċipazzjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn ġimgħa mill - wasla tal - istedina msemmija fil - punt (a), sakemm il - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post ma tkunx ta'
naturaurġenti, f'liema każ l - awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l -

parteċipazzjoni tagħha fi żmien raġonevoli stabbilit mill - awtorità l - oħra, fid - dawl taċ - ċirkostanzi partikolari li jitolbu verifika jew spezzjoni fuq il - post.

  • c. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li tipparteċipa fl - attività:
i.l - inizjatur għandu, sa fejn ikun possibbli, jiskeda l - attività, inkluż il - ħin tal - laqgħat organizzati fit - twettiq tal - attività, b'kunsiderazzjoni xierqa għad - disponibbiltà tal - awtorità parteċipanti;
ii.l - inizjatur għandu jiżgura li l - informazzjoni rilevanti għat - twettiq tal - attività tkun disponibbli għall - awtorità parteċipanti, soġġett għal - liġi nazzjonali tal - Istat Membru fejn titwettaq il - verifika jew l - ispezzjoni;
iii.l - inizjatur għandu jabbozza rapport li jiġbor fil - qosor is -se jbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u għandu jippermetti żmien raġonevoli biex l - awtorità parteċipanti tkun tista' tikkummenta f'perjodu ta' żmien speċifikat sabiex ir - rapport ikun jista' jiġi ffinalizzat f'waqtu;
iv.l - awtoritajiet parteċipanti fl - attività għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar ir - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post qabel ma jikkomunikaw ir - rapport lill - istituzzjoni u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, lill - fergħa; 14
v.ladarba l - awtoritajiet li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl - attività jiffinalizzaw ir- rapport, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jikkomunikawh lill - istituzzjoni jew lill - grupp u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, l - awtorità kompetenti ospitanti għandha tikkomunikah lill - maniġment tal - fergħa;
vi.meta l - awtoritajiet li jipparteċipaw fl - attività jonqsu milli jilħqu ftehim dwar ir- rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post, l - awtorità li tibda jew torganizza l - attività tibqa' responsabbli biex tiffinalizza r - rapport u l - komunikazzjoni tiegħu lill - istituzzjoni jew lill - maniġment tal - fergħa.
  • d. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li ma tipparteċipax fl - attività, l - inizjatur għandu jabbozza r - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u jinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew ospitanti dwar is - sejbiet finali kif ikkomunikati lill - istituzzjoni u lill - fergħa. Meta verifika jew spezzjoni fuq il - post ta' fergħa titwettaq mill - awtorità kompetenti ospitanti, u s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jiddeċiedu li ma jipparteċipawx fl - attività, l -aw torità kompetenti ospitanti għandha tinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju dwar is - sejbiet qabel ma tikkomunikahom lill - fergħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/