+5.3 Il - verifiki u l - ispezzjonijiet fuq il - post ta' fergħat sinifikanti ħafna
---+46. Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 52 tad - Direttiva 2013/36/UE, il - verifiki u l - …
---+47. Sabiex jiġi żgurat li s - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju …
---+48. Meta s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti t ad- domiċilju jew ospitanti …
---+49. Verifiki u spezzjonijiet fuq il - post f'fergħa li ma ġewx ippjanati oriġinarjament iżda li …
---+50. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …
---+52. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jistiednu lill …
|
5.3 Il - verifiki u l - ispezzjonijiet fuq il - post ta' fergħat sinifikanti ħafna
5.3 Il - verifiki u l - ispezzjonijiet fuq il - post ta' fergħat sinifikanti ħafna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
46. Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 52 tad - Direttiva 2013/36/UE, il - verifiki u l - …
|
Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 52 tad - Direttiva 2013/36/UE, il - verifiki u l - ispezzjonijiet tal - fergħat fuq il - post, sal - punt li dawn jiġu ppjanati bil - quddiem, għandhom jiġu inklużi fl - SEP tal - kulleġġ żviluppat skont l - Artikoli 16 u 31 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/98.
|
|
47. Sabiex jiġi żgurat li s - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju …
|
Sabiex jiġi żgurat li s - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti jkollhom ħarsa ġenerali tal - verifiki u l -i spezzjonijiet tal - fergħat fuq il - post ippjanati, anke dawk li ma jitwettqux fuq bażi konġunta, u sabiex tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tal - isforzi u t - talbiet superviżorji lill - istituzzjonijiet, l - SEP tal - kulleġġ għandu, sa fejn ikun prattiku, jinkludi informazzjoni dwar l - attivitajiet kollha bħal dawn organizzati mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew minn dik ospitanti, u l - kamp ta' applikazzjoni, il - ħin u r - riżorsi ppjanati tagħhom.
|
|
48. Meta s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti t ad- domiċilju jew ospitanti …
|
Meta s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti t ad- domiċilju jew ospitanti jiddeċiedu dwar il - ħin tal - attivitajiet imwettqa b'mod konġunt, l - awtorità li tibda u li torganizza l - attivitajiet għandha tqis kif xieraq il - ħtiġijiet tal - awtoritajiet parteċipanti f'termini tar - riżorsi u ċ - ċikli superviżorji, u b'mod partikolari ċ - ċiklu SREP.
|
|
49. Verifiki u spezzjonijiet fuq il - post f'fergħa li ma ġewx ippjanati oriġinarjament iżda li …
|
Verifiki u spezzjonijiet fuq il - post f'fergħa li ma ġewx ippjanati oriġinarjament iżda li jinbdew matul is - sena għandhom jiġu kkomunikati minn awtorità għall - oħra mingħajr dewmien żejjed, u jiġu riflessi kif xieraq fl -SEP tal - kulleġġ aġġornat. 13
|
|
50. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jiżguraw li l - għadd ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il - post għal fergħat sinifikanti ħafna fuq bażi annwali huwa ogħla minn tipi oħra ta' fergħat.
|
|
51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …
|
Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa sinifikanti ħafna għandha tapplika l - proċess li ġej: - a. L- inizjatur għandu jistieden lill - awtorità l - oħra biex tipparteċipa fit - twettiq tal - attività filwaqt li jiżgura li d - deċiżjoni dwar l - attività tkun ittieħdet fi żmien raġonevoli u b'hekk l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jorganizzaw il - parteċipazzjoni tagħhom (ġeneralment sitt ġimgħat qabel il - bidu tal - attività fil - każ ta' attività ppjanata minn qabel, iżda notifika iqsar tista' tkun biżżejjed fil - każ ta' attività straordinarja). Meta jagħmel dan, l - inizjatur għandu jinforma lill - awtorità mistiedna dwar il - kamp ta' applikazzjoni tal - attività sabiex din tkun tista' tieħu deċiżjoni informata.
- b. L- awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l - parteċipazzjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn ġimgħa mill - wasla tal - istedina msemmija fil - punt (a), sakemm il - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post ma tkunx ta'
| natura | urġenti, f'liema każ l - awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l - |
parteċipazzjoni tagħha fi żmien raġonevoli stabbilit mill - awtorità l - oħra, fid - dawl taċ - ċirkostanzi partikolari li jitolbu verifika jew spezzjoni fuq il - post. - c. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li tipparteċipa fl - attività:
| i. | l - inizjatur għandu, sa fejn ikun possibbli, jiskeda l - attività, inkluż il - ħin tal - laqgħat organizzati fit - twettiq tal - attività, b'kunsiderazzjoni xierqa għad - disponibbiltà tal - awtorità parteċipanti; | | ii. | l - inizjatur għandu jiżgura li l - informazzjoni rilevanti għat - twettiq tal - attività tkun disponibbli għall - awtorità parteċipanti, soġġett għal - liġi nazzjonali tal - Istat Membru fejn titwettaq il - verifika jew l - ispezzjoni; | | iii. | l - inizjatur għandu jabbozza rapport li jiġbor fil - qosor is -se jbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u għandu jippermetti żmien raġonevoli biex l - awtorità parteċipanti tkun tista' tikkummenta f'perjodu ta' żmien speċifikat sabiex ir - rapport ikun jista' jiġi ffinalizzat f'waqtu; | | iv. | l - awtoritajiet parteċipanti fl - attività għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar ir - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post qabel ma jikkomunikaw ir - rapport lill - istituzzjoni u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, lill - fergħa; 14 | | v. | ladarba l - awtoritajiet li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl - attività jiffinalizzaw ir- rapport, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jikkomunikawh lill - istituzzjoni jew lill - grupp u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, l - awtorità kompetenti ospitanti għandha tikkomunikah lill - maniġment tal - fergħa; | | vi. | meta l - awtoritajiet li jipparteċipaw fl - attività jonqsu milli jilħqu ftehim dwar ir- rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post, l - awtorità li tibda jew torganizza l - attività tibqa' responsabbli biex tiffinalizza r - rapport u l - komunikazzjoni tiegħu lill - istituzzjoni jew lill - maniġment tal - fergħa. |
- d. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li ma tipparteċipax fl - attività, l - inizjatur għandu jabbozza r - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u jinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew ospitanti dwar is - sejbiet finali kif ikkomunikati lill - istituzzjoni u lill - fergħa. Meta verifika jew spezzjoni fuq il - post ta' fergħa titwettaq mill - awtorità kompetenti ospitanti, u s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jiddeċiedu li ma jipparteċipawx fl - attività, l -aw torità kompetenti ospitanti għandha tinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju dwar is - sejbiet qabel ma tikkomunikahom lill - fergħa.
|
|
52. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jistiednu lill …
|
Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jistiednu lill - awtorità kompetenti ospitanti biex tipparteċipa fil - verifiki jew l - ispezzjonijiet fuq il - post imwettqa f'istituzzjoni meta tali attivitajiet ikunu rilevanti għal fergħat sinifikanti ħafna (b'mod partikolari, dan għandu jinkludi laqgħat mal - maniġment tal - grupp jew tal - istituzzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw tali fergħat, ara wkoll it - Taqsima 5.6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|