+129. Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi …
|
129. Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi …
Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi inkluż fl-istima tal-LGD jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jevitaw il-preġudizzju li jista’ jiġi mill-inklużjoni tal-flussi tal-flus relatati mar-realizzazzjoni tal-kollateral fl-istima tal-irkupri li jiġu realizzati mingħajr l-użu ta’ kollaterali u viċi versa;
- (b) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għal tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li jevitaw preġudizzju li jista’ jiġi mill-inklużjoni fil-kampjun tal-istima tal-osservazzjonijiet fejn l-iskopertura kienet iggarantita permezz ta’ parti biss tal-valur tal-kollateral. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi raġonevoli sabiex jiksbu d-data dwar il-valur totali tal-kollateral u l-prezz tal-bejgħ totali tal-kollateral u jinkludu din l-informazzjoni fl-istima, fejn din tkun disponibbli;
- (c) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għal tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li jirrikonoxxu u jinkludu f’din l-istima l-ispejjeż diretti relatati mal-ġbir fuq kull wieħed minn dawn it-tipi speċifiċi ta’ kollaterali b’mod separat ukoll;
- (d) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għat-tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li huma jinkludu f’din l-istima l-irkupri kollha li ġew realizzati minn tip speċifiku ta’ kollateral, inklużi dawk realizzati fuq skoperturi fejn ir-realizzazzjoni tal-kollateral tlestiet iżda l-proċess ta’ rkupru ġenerali għadu ma ġiex magħluq;
- (e) fejn l-istess kollateral ikopri diversi skoperturi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw metodoloġija tal-allokazzjoni adegwata sabiex jiġi evitat għadd doppju tal-kollaterali; il-metodoloġija tal-allokazzjoni jenħtieġ li tkun konsistenti bejn l-istima tal-LGD u l-applikazzjoni tal-istimi tal-LGD u mal-metodoloġija li tintuża għal skopijiet kontabilistiċi;
- (f) l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur fis-suq stmat tal-kollateral, iżda jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll l-irkupri realizzati minn likwidazzjonijiet tal-passat u l-inabbiltà potenzjali li istituzzjoni tikseb kontroll u tillikwida l-kollateral. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw fl-istima dawk l-osservazzjonijiet storiċi fejn il-kollateral ma setax jiġi realizzat jew fejn il-proċess ta’ rkupru kien itwal minn kemm kien mistenni, minħabba l-inabbiltà jew id-diffikultà li jiksbu kontroll jew li jillikwidaw il-kollateral. Fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima tar-rati ta’ rkupru relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li huma jikkunsidraw ukoll iż-żmien bejn il-mument tal-inadempjenza u ż-żmien meta l-flussi tal-flus relatati mal-ġbir fuq dawn it-tipi ta’ kollaterali jkunu ġew riċevuti u jinkludu fl-istima dawk l-osservazzjonijiet fejn il-kollateral ma jkunx ġie realizzat bħala riżultat tal-inabbiltà li jiksbu kontroll;
- (g) jenħtieġ li l-istimi jikkunsidraw it-tnaqqis potenzjali fil-valur tal-kollateral mill-punt tal-istima tal-LGD sal-irkupru eventwali, b’mod partikolari dak li jirriżulta minn bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, l-istat u l-età tal-kollateral u, fejn ikun rilevanti, fluttwazzjonijiet fil-muniti. Fejn l-istituzzjonijiet ikunu esperjenzaw tnaqqis fil-valuri ta’ kollaterali u dawn ikunu diġà riflessi fl-irkupri osservati, ma għandu jsir l-ebda aġġustament ulterjuri għall-istimi tal-LGD ibbażat fuq dawn l-osservazzjonijiet. Fejn tnaqqis potenzjal fil-valuri tal-kollaterali ma jkunux riflessi fl-osservazzjonijiet storiċi jew fejn l-istituzzjonijiet ibassru tnaqqis ulterjuri u potenzjalment aktar sever fil-futur, jenħtieġ li huma jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-LGD permezz ta’ aġġustament xieraq ibbażat fuq aspettattivi li jħarsu ’l quddiem. Madankollu, l-istimi tal-LGD ma’ għandhomx jiġu aġġustati sabiex jikkunsidraw xi żieda potenzjali fil-valur tal-kollateral;
- (h) jenħtieġ li l-istimi jikkunsidraw b’mod konservattiv il-grad ta’ dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur u r-riskju tat-tnaqqis fil-valur tal-kollateral kif ukoll l-ispiża tal-likwidazzjoni tal-kollateral.
6.2.4 Omoġeneità tal-gradi ta’ faċilitajiet jew tal-aggregazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|