+6.2 Model development in LGD estimation
---+121. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw u janalizzaw motivaturi tar-riskju potenzjali li …
---+122. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw l-motivaturi tar-riskju mhux biss fil-mument …
---+123. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw jew jikkalkolaw il-movitaturi tar-riskju …
---+124. Skont l-Artikoli 170 u 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-istimi tagħhom tal-LGD …
---+125. Safejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux …
---+126. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni dwar it-tipi ewlenin kollha ta’ …
---+127. Il-kollaterali li ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru …
---+128. Sabiex jiġi stmat l-LGD, l-istituzzjonijiet jistgħu jaggruppaw it-tipi ta’ kollaterali li …
---+129. Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi …
---+130. Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-Artikolu 38 tal-RTS dwar il-metodoloġija …

6.2 Model development in LGD estimation

6.2.1 Risk drivers

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
121. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw u janalizzaw motivaturi tar-riskju potenzjali li …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw u janalizzaw motivaturi tar-riskju potenzjali li jkunu rilevanti għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u għall-karatteristiċi speċifiċi tat-tip ta’ skoperturi koperti mis-sistema tal-klassifikazzjoni. Il-motivaturi tar-riskju potenzjali analizzati mill-istituzzjonijiet jenħtieġ li jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

  • (a) karatteristiċi tar-riskju relatati mat-tranżazzjoni, inkluż it-tip ta’ prodott, it-tip ta’ kollateral, il-lokalità ġeografika tal-kollateral, il-protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata, il-prijorità, il-proporzjon bejn is-Self u l-Valur (LtV), id-daqs tal-iskopertura, il-maturazzjoni, u l-proċeduri ta’ rkupru;
  • (b) karatteristiċi tar-riskju relatati mad-debitur, inkluż, fejn ikun applikabbli, id-daqs, l-istruttura tal-kapital, ir-reġjun ġeografiku, is-settur industrijali, u l-linja ta’ negozju;
  • (c) fatturi relatati mal-istituzzjoni, inklużi l-organizzazzjoni interna u l-governanza interna, avvenimenti rilevanti bħal fużjonijiet, u l-eżistenza ta’ entitajiet speċifiċi fil-grupp dedikat għall-irkupri;
  • (d) fatturi esterni, inklużi rati tal-imgħax, qafas legali u fatturi oħra li jinfluwenzaw it-tul mistenni tal-proċess ta’ rkupru.
122. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw l-motivaturi tar-riskju mhux biss fil-mument …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw l-motivaturi tar-riskju mhux biss fil-mument tal-inadempjenza iżda anki mill-inqas fi żmien sena qabel l-inadempjenza. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw data ta’ referenza għal motivatur tar-riskju li jirrappreżenta r-realizzazzjonijiet tal-motivatur tar-riskju fi żmien sena qabel l-inadempjenza. Meta jkunu qegħdin jagħżlu d-data ta’ referenza xierqa għal motivatur tar-riskju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw il-volatilità tagħha matul iż-żmien. Jenħtieġ li -istituzzjonijiet japplikaw dawn il-prattiki anki fir-rigward tad-data ta’ referenza tal-valutazzjoni ta’ kollateral; il-valur tal-kollateral fid-data ta’ referenza ma għandux jirrifletti l-impatt tat-tnaqqis fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura ftit qabel l-inadempjenza.

123. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw jew jikkalkolaw il-movitaturi tar-riskju …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw jew jikkalkolaw il-movitaturi tar-riskju fl-applikazzjoni tal-istimi tal-LGD bl-istess mod kif jiġu speċifikati jew ikkalkolati fl-istima tal-LGD. 6.2.2 Eliġibbiltà ta’ kollaterali

124. Skont l-Artikoli 170 u 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-istimi tagħhom tal-LGD …

Skont l-Artikoli 170 u 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-istimi tagħhom tal-LGD l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kull tip ta’ kollateral li għalihom ikunu stabbilixxew rekwiżiti interni f’termini ta’ ġestjoni tal-kollateral, ċertezza tad-dritt u ġestjoni tar-riskju, li ġeneralment ikunu konsistenti ma’ dawk stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tat-tipi ta’ kollateral li ma jiġux speċifikati fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dawk it-tipi ta’ kollaterali fl-istimi tagħhom tal-LGD, fejn il-politiki u l-proċeduri tagħhom relatati mar-rekwiżiti interni għall-valutazzjoni u għaċ-ċertezza tad-dritt ta’ dawn il-kollaterali jkunu xierqa għat-tip ta’ kollateral rispettiv.

125. Safejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux …

Safejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kriterji u l-metodoloġija biex jirrikonoxxu u jinkludu fl-istimi tagħhom tal-LGD il-protezzjoni fil-forma ta’ garanzija u derivattivi tal-kreditu li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 60 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB.

126. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni dwar it-tipi ewlenin kollha ta’ …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni dwar it-tipi ewlenin kollha ta’ kollaterali li jintużaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell tal-LGD bħala motivatur tar-riskju jew kriterju tas-segmentazzjoni. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet, fil-politiki interni tagħhom, jiddefinixxu b’mod ċar it-tipi ewlenin u tipi oħra ta’ kollaterali li jintużaw għat-tip ta’ skoperturi koperti mis-sistema tal-klassifikazzjoni u jiżguraw li, safejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kollateral, il-politiki li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ dawn it-tipi ta’ kollateral jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw it-tipi ewlenin ta’ kollaterali b’tali mod li l-flussi tal-flus mit-tip ta’ kollaterali li jifdal mhux se jippreġudika b’mod sinifikanti l-istima tal-irkupri li jiġu realizzati mingħajr l-użu ta’ kollaterali.

127. Il-kollaterali li ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru …

Il-kollaterali li ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jistgħux jiġu inklużi bħala motivatur tar-riskju fl-istima tal-LGD u l-flussi tal-flus li jiġu rċevuti minn dawk il-kollaterali jenħtieġ li jiġu trattati daqslikieku jkunu ġew riċevuti mingħajr l-użu ta’ kollaterali. Irrispettivament minn dan it-trattament fl-istima tal-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiġbru l-informazzjoni dwar is-sors tal-flussi tal-flus relatati ma’ dawk il-kollaterali u jallokawhom bħala relatati ma’ dawk il-kollaterali. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod regolari l-livelli ta’ dawn il-flussi tal-flus kif ukoll il-punt safejn it-tipi rilevanti ta’ kollaterali jintużaw. Fejn ikun meħtieġ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu aġġustamenti xierqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju fl-istimi tal-LGD. 6.2.3 Inklużjoni ta’ kollaterali fl-istima tal-LGD

128. Sabiex jiġi stmat l-LGD, l-istituzzjonijiet jistgħu jaggruppaw it-tipi ta’ kollaterali li …

Sabiex jiġi stmat l-LGD, l-istituzzjonijiet jistgħu jaggruppaw it-tipi ta’ kollaterali li jkunu omoġenji f’termini tal-mudelli ta’ rkupru filwaqt li jikkunsidraw kemm il-ħin medju tal-proċess tal-ġbir kif ukoll ir-rati ta’ rkupru fuq dawn it-tipi ta’ kollaterali.

129. Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi …

Jenħtieġ li k-approċċ żviluppat mill-istituzzjonijiet sabiex l-effett tal-kollaterali jiġi inkluż fl-istima tal-LGD jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jevitaw il-preġudizzju li jista’ jiġi mill-inklużjoni tal-flussi tal-flus relatati mar-realizzazzjoni tal-kollateral fl-istima tal-irkupri li jiġu realizzati mingħajr l-użu ta’ kollaterali u viċi versa;
  • (b) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għal tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li jevitaw preġudizzju li jista’ jiġi mill-inklużjoni fil-kampjun tal-istima tal-osservazzjonijiet fejn l-iskopertura kienet iggarantita permezz ta’ parti biss tal-valur tal-kollateral. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi raġonevoli sabiex jiksbu d-data dwar il-valur totali tal-kollateral u l-prezz tal-bejgħ totali tal-kollateral u jinkludu din l-informazzjoni fl-istima, fejn din tkun disponibbli;
  • (c) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għal tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li jirrikonoxxu u jinkludu f’din l-istima l-ispejjeż diretti relatati mal-ġbir fuq kull wieħed minn dawn it-tipi speċifiċi ta’ kollaterali b’mod separat ukoll;
  • (d) fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ rati ta’ rkupru separati għat-tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li huma jinkludu f’din l-istima l-irkupri kollha li ġew realizzati minn tip speċifiku ta’ kollateral, inklużi dawk realizzati fuq skoperturi fejn ir-realizzazzjoni tal-kollateral tlestiet iżda l-proċess ta’ rkupru ġenerali għadu ma ġiex magħluq;
  • (e) fejn l-istess kollateral ikopri diversi skoperturi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw metodoloġija tal-allokazzjoni adegwata sabiex jiġi evitat għadd doppju tal-kollaterali; il-metodoloġija tal-allokazzjoni jenħtieġ li tkun konsistenti bejn l-istima tal-LGD u l-applikazzjoni tal-istimi tal-LGD u mal-metodoloġija li tintuża għal skopijiet kontabilistiċi;
  • (f) l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur fis-suq stmat tal-kollateral, iżda jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll l-irkupri realizzati minn likwidazzjonijiet tal-passat u l-inabbiltà potenzjali li istituzzjoni tikseb kontroll u tillikwida l-kollateral. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw fl-istima dawk l-osservazzjonijiet storiċi fejn il-kollateral ma setax jiġi realizzat jew fejn il-proċess ta’ rkupru kien itwal minn kemm kien mistenni, minħabba l-inabbiltà jew id-diffikultà li jiksbu kontroll jew li jillikwidaw il-kollateral. Fejn l-istituzzjonijiet jagħtu stima tar-rati ta’ rkupru relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ kollaterali, jenħtieġ li huma jikkunsidraw ukoll iż-żmien bejn il-mument tal-inadempjenza u ż-żmien meta l-flussi tal-flus relatati mal-ġbir fuq dawn it-tipi ta’ kollaterali jkunu ġew riċevuti u jinkludu fl-istima dawk l-osservazzjonijiet fejn il-kollateral ma jkunx ġie realizzat bħala riżultat tal-inabbiltà li jiksbu kontroll;
  • (g) jenħtieġ li l-istimi jikkunsidraw it-tnaqqis potenzjali fil-valur tal-kollateral mill-punt tal-istima tal-LGD sal-irkupru eventwali, b’mod partikolari dak li jirriżulta minn bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, l-istat u l-età tal-kollateral u, fejn ikun rilevanti, fluttwazzjonijiet fil-muniti. Fejn l-istituzzjonijiet ikunu esperjenzaw tnaqqis fil-valuri ta’ kollaterali u dawn ikunu diġà riflessi fl-irkupri osservati, ma għandu jsir l-ebda aġġustament ulterjuri għall-istimi tal-LGD ibbażat fuq dawn l-osservazzjonijiet. Fejn tnaqqis potenzjal fil-valuri tal-kollaterali ma jkunux riflessi fl-osservazzjonijiet storiċi jew fejn l-istituzzjonijiet ibassru tnaqqis ulterjuri u potenzjalment aktar sever fil-futur, jenħtieġ li huma jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-LGD permezz ta’ aġġustament xieraq ibbażat fuq aspettattivi li jħarsu ’l quddiem. Madankollu, l-istimi tal-LGD ma’ għandhomx jiġu aġġustati sabiex jikkunsidraw xi żieda potenzjali fil-valur tal-kollateral;
  • (h) jenħtieġ li l-istimi jikkunsidraw b’mod konservattiv il-grad ta’ dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur u r-riskju tat-tnaqqis fil-valur tal-kollateral kif ukoll l-ispiża tal-likwidazzjoni tal-kollateral.

6.2.4 Omoġeneità tal-gradi ta’ faċilitajiet jew tal-aggregazzjonijiet

130. Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-Artikolu 38 tal-RTS dwar il-metodoloġija …

Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-Artikolu 38 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw l-omoġeneità tal-iskoperturi assenjati għall-istess gradi jew aggregazzjonijiet abbażi tad-data fl-RDS u jiżguraw, b’mod partikolari, li l-gradi jkunu definiti b’tali mod li l-gradi individwali jkunu omoġenji biżżejjed fir-rigward tal-karatteristiċi tat-telf.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/