+161. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu …
|
161. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu …
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat skont it-taqsima 6.3.2. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu metodu ta’ kalibrazzjoni li jkun xieraq għall-metodoloġija tal-istima tagħhom tal-LGD mill-approċċi li ġejjin: - (a) il-kalibrazzjoni tal-istimi tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat għal kull grad jew aggregazzjoni, li f’dan il-każ jenħtieġ li jipprovdu testijiet addizzjonali ta’ kalibrazzjoni fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni rilevanti;
- (b) il-kalibrazzjoni tal-istimi tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, b’mod partikolari fejn huma jużaw stimi diretti tal-LGD skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż fejn huma jużaw metodoloġija tal-istima tal-LGD ibbażata fuq parametri intermedjarji. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mill-inqas iqabblu dan l-LGD medju fuq perjodu twil mal-istima tal-LGD medju applikata għall-istess sett ta’ osservazzjonijiet bħal dawk li jintużaw għall-kalkolu tal-LGD medju fuq perjodu twil u, fejn ikun meħtieġ, jikkoreġu l-istimi individwali tal-LGD għall-portafoll tal-applikazzjoni skont kif ikun xieraq, pereżempju bl-użu ta’ fattur ta’ gradazzjoni. Fejn il-valuri realizzati jkunu ogħla mill-valuri stmati fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkoreġu l-istimi ’l fuq jew jaġġustaw mill-ġdid l-istima tagħhom sabiex din tkun tirrifletti l-esperjenza tat-telf tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|