+6.3.2.4 Treatment of cases with no loss or positive outcome
---+160. Fejn l-istituzzjonijiet josservaw li huma jkunu rrealizzaw profitt fuq l-osservazzjonijiet …
---+161. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu …
---+162. Fejn l-istituzzjonijiet josservaw valuri għoljin ferm ta’ LGDs realizzati li jaqbżu sew …
---+163. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li …
---+164. Fl-analiżi tar-rappreżentattività tad-data skont it-taqsima 4.2.4, jenħtieġ li …

6.3.2.4 Treatment of cases with no loss or positive outcome

6.3.2.4 Treatment of cases with no loss or positive outcome

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
160. Fejn l-istituzzjonijiet josservaw li huma jkunu rrealizzaw profitt fuq l-osservazzjonijiet …

Fejn l-istituzzjonijiet josservaw li huma jkunu rrealizzaw profitt fuq l-osservazzjonijiet tagħhom ta’ inadempjenzi, jenħtieġ li l-LGD irrealizzat fuq dawn l-osservazzjonijiet ikun ugwali għal żero sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat u l-istima tal-LGD medju fuq perjodu twil. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni fuq l-LGDs realizzati qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-livell minimu fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-finijiet ta’ differenzazzjoni tar-riskju.

6.3.3 Kalibrazzjoni għal-LGD medju fuq perjodu twil

161. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalibraw l-istimi tagħhom tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat skont it-taqsima 6.3.2. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu metodu ta’ kalibrazzjoni li jkun xieraq għall-metodoloġija tal-istima tagħhom tal-LGD mill-approċċi li ġejjin:

  • (a) il-kalibrazzjoni tal-istimi tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat għal kull grad jew aggregazzjoni, li f’dan il-każ jenħtieġ li jipprovdu testijiet addizzjonali ta’ kalibrazzjoni fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni rilevanti;
  • (b) il-kalibrazzjoni tal-istimi tal-LGD għal-LGD medju fuq perjodu twil ikkalkolat fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, b’mod partikolari fejn huma jużaw stimi diretti tal-LGD skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż fejn huma jużaw metodoloġija tal-istima tal-LGD ibbażata fuq parametri intermedjarji. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mill-inqas iqabblu dan l-LGD medju fuq perjodu twil mal-istima tal-LGD medju applikata għall-istess sett ta’ osservazzjonijiet bħal dawk li jintużaw għall-kalkolu tal-LGD medju fuq perjodu twil u, fejn ikun meħtieġ, jikkoreġu l-istimi individwali tal-LGD għall-portafoll tal-applikazzjoni skont kif ikun xieraq, pereżempju bl-użu ta’ fattur ta’ gradazzjoni. Fejn il-valuri realizzati jkunu ogħla mill-valuri stmati fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkoreġu l-istimi ’l fuq jew jaġġustaw mill-ġdid l-istima tagħhom sabiex din tkun tirrifletti l-esperjenza tat-telf tagħhom.
162. Fejn l-istituzzjonijiet josservaw valuri għoljin ferm ta’ LGDs realizzati li jaqbżu sew …

Fejn l-istituzzjonijiet josservaw valuri għoljin ferm ta’ LGDs realizzati li jaqbżu sew il-100%, speċjalment għal skoperturi b’ammont pendenti żgħar fil-mument tal-inadempjenza, huma jenħtieġ li jidentifikaw il-motivaturi tar-riskju rilevanti biex jiddiferenzjaw dawn l-osservazzjonijiet u jirriflettu b’mod adegwat dawn il-karatteristiċi speċifiċi fl-assenjazzjoni għall-gradi jew għall-aggregazzjoni. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw skala ta’ klassifikazzjoni kontinwa fl-istima tal-LGD, huma jistgħu joħolqu segment tal-kalibrazzjoni separat għal dawn l-iskoperturi.

163. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li …

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fil-kwantifikazzjoni tal-LGD, l-istituzzjonijiet ma għandhom jeskludu l-ebda inadempjenza osservata fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell tal-LGD.

164. Fl-analiżi tar-rappreżentattività tad-data skont it-taqsima 4.2.4, jenħtieġ li …

Fl-analiżi tar-rappreżentattività tad-data skont it-taqsima 4.2.4, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw mhux biss il-karatteristiċi attwali tal-portafoll iżda anki, fejn ikun rilevanti, il-bidliet għall-istruttura tal-portafoll li huma mistennija li jseħħu fil-futur prevedibbli minħabba azzjonijiet jew deċiżjonijiet speċifiċi li diġà jkunu ttieħdu. L-aġġustamenti li jsiru abbażi tal-bidliet mistennija fil-futur previst ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fl-istimi tal-parametru tal-LGD.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/